Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Sports 32 GĦAL din is-sena, Malta se jerġa' jkollha erba' referis u tmien assistenti referis fuq il-Panel tal-FIFA. Il-preżentazzjoni tal-FIFA badges saret waqt festin tal- Milied fil-lukanda db San Antonio Hotel, organizzat mir-Refereeing Centre fi ħdan l-MFA flimkien mal-Malta Football Referees Association (MFRA). Il-preżentazzjoni tal-FIFA Badges saret mill-Viċi- President tal-MFA li huwa ukoll Chairman tar-Referees' Committee, Alex Manfrè, fil-preżenza ta' Dr Angelo Chetcuti u Dr Matthew Paris, Segretarju Ġenerali u Viċi President tal-assoċjazzjoni rispettivament. Preżenti wkoll id-Direttur tar-Refereeing fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi, u l-President tal-MFRA, Alexei Tabone. L-uffiċjali Maltin fuq il-panel tal-FIFA għas-sena 2018 huma dawn: FIFA REFEREES Trustin Farrugia Cann; Clayton Pisani; Alan Mario Sant; Fyodor Zammit FIFA ASSISTANT REFEREES Alan Camilleri; Christopher Francalanza; Luke Portelli; Mitchell Scerri; Edward Spiteri; Jurgen Spiteri; Duncan Sultana; Roberto Vella FIFA FUTSAL REFEREE Matthew Vella FIFA BEACH SOCCER REFEREES Jonathan Mallia; Jude Amin Utulu Fl-indirizz tiegħu d-Direttur tar-Referees fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi, esprima l-apprezzament għall-ħidma u s-sagrifiċċji li jagħmlu r-referees matul is-sena kollha, b'aċċenn partikolari lil dawk ir-referees li żammew isimhom fuq il-panel tal-FIFA. Azzopardi qal: "Kontu ambaxxaturi eċċellenti għar-refereeing Malti u l-konferma tagħkom bħala uffiċjali tal-FIFA tirrifletti l-impenn kontinwu u l-wirjiet konsistenti tagħkom." Għas-sena l-ġdida 2018, kompla Azzopardi, l-opportunitajiet għall- uffiċjali tagħna anke fix-xena internazzjonali se jkomplu jiżdiedu. Il-UEFA għażlet lill-MFA biex f 'Jannar tospita kors għall-aqwa referees tal- football fl-Ewropa, li b'hekk se jkunu għal ftit jiem f 'pajjiżna qabel l-impenji tagħhom fl-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA li se ssir ir-Russja fis-sajf li ġej. Seminar simili, din id-darba għall-assistant referees minn madwar l-Ewropa kollha, ukoll se jsir f 'Malta f 'April li ġej. Fid-diskors tiegħu, d-Direttur tar-Referees fi ħdan l-MFA ħabbar ukoll li s-seminar ta' qabel l-istaġun organizzat mill-MFA għar- referees Elite se jsir il- Ġermanja fis-sajf filwaqt li se jissoktaw il-programmi ta' skambji ma' assoċjazzjonijiet oħrajn. Semma wkoll l-inizjattivi kontinwi tar-Recruitment Unit u l-MFA Referees Academy bil-għan li aktar żgħażagħ jiġu mħajra jibdew karriera bħala referis. Min-naħa tiegħu, l-President tal-MFRA Alexie Tabone qal il-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, dan ir- riċeviment annwali tal-Milied ġie organizzat flimkien mar-Refereeing Centre fi ħdan l-MFA huwa riflessjoni tar-relazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ naħat. Tabone rringrazzja lir-referis għad-dedikazzjoni tagħhom u sostna l-impenn tal-MFRA li tmexxi 'l quddiem u tipproteġi l-interessi tal- uffiċjali u l-irwol kruċjali tagħhom fil-logħba tal-futbol. Konfermati erba' referis u tmien assistenti fuq il-Panel tal-FIFA għall-2018 Ir-referis u l-assistenti referis tal-MFA imkien ma' Kevin Azzopardi Ritratt - Joe Borg / MFA Bormla Subbuteo Club jorganizza t-tieni Satellite tournament għal dan l-istaġun Erba' plejers li ttrijonfaw waqt it-tieni Satellite tournament organizzat minn Bormla Subbuteo Club NHAR il-Ħadd li għadda, is-7 ta' Jannar, Bormla Subbuteo Club organizza t-tieni Satellite tournament għal dan l-istaġun. F'dan it-tournament ħadu sehem tnax-il plejer. Ir-rebbieħ ta' dan it-tournament kien Mark Gauci li din is-sena huwa plejer ta' Bormla Subbuteo Club. Fil-finali Gauci għeleb lill-plejer ta' Salernitana Jean Tabone bl-iskor ta 2-1. Fis-semi-finali Mark Gauci għeleb lil George Ebejer (Bormla Subbuteo Club) bl-iskor ta' 4-1, filwaqt li Jean Tabone għeleb lil Josef Camilleri (Bormla Subbuteo Club) bl-iskor ta' 2-1. It-tielet Satellite tournament ser ikun organiżżat fl-10 ta' Frar li ġej ġewwa l-Każin tal-Banda ta' San Ġorg f 'Bormla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018