Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Sports 33 HARRY MAGUIRE - Wara t-trasferiment ta' Virgil Van Dijk illi ngħaqad ma' Liverpool minn ma' Southampton għal 75 miljun lira sterlina, issa jidher illi ser ikun hemm trasferiment ta' difensur ieħor hekk kif skont ma rrapurtat The Sun, Manchester City jinsabu interessati fil-plejer ta' Leicester Harry Maguire. Dan il-plejer qed jogħġob ferm lilll-kowċ Pep Guardiola u dan il-ġurnal żvela li d-diriġenti ta' The Sky Blues lest li jonfqu 60 miljun ewro għall-akkwist ta' dan id-difensur ta' 24 sena. NABY KEITA - Il-klabb ta' Liverpool qed jittamaw illi jgħaġġlu l-proċess sabiex jiksbu l-firma tal-plejer ta' RB Leipzig Naby Keita iktar u iktar wara t-tluq ta' Philippe Coutinho. Din l-aħbar ġiet żvelata mill-gazzetta The Telegraph fejn kompliet issostni li l-player ta' 22 sena jista' jingħaqad mar-Reds matul dan ix-xahar hekk kif id- diriġenti qed jaħdmu qatigħ f'dawn is-sigħat. L-ewwel idea kienet dik illi l-plejer mill-Guinea jasal fis-sajf iżda minħabba n-nuqqas ta' player ta' nofs il-grawnd, Jurgen Klopp talab lid-diriġenti tiegħu biex ifittxu jakkwistaw lil dan il-plejer. THORGAN HAZARD - Thorgan Hazard jista' jerġa' jilgħab ma' ħuh Eden ma' Chelsea fis-sajf illi ġej hekk kif il-Blues qed jerġgħu jikkunsidraw illi jakkwistaw lil dan il-plejer għal darb'oħra. Thorgan jinsab interessat illi jerġa' jilgħab fi Stamford Bridge wara l-esperjenza li kellu bejn is-sena 2012 u l-2015. Bħalissa huwa jinsab jilgħab fil-Bundesliga ma' Borussia Moechengladbach fejn skorja 16-il gowl f '69 partita. THOMAS LEMAR - Minkejja illi tilfu lill-istilla Brażiljana Philippe Coutinho li ngħaqad ma' Barcelona, Liverpool mhumiex ser jieħdu lil Thomas Lemar ta' Monaco f 'Jannar. Din l-aħbar ingħatat mill-istazzjon Ingliż Sky Sports hekk kif il-klabb Franċiż xejn ma jridu jħallu lil dan il-player jitlaq għalissa u dan sar mhux biss mill-kowċ Leonardo Jardim iżda anke mill-ogħla awtoritajiet tal-klabb. Lemar huwa wkoll fil- mira ta' Arsenal u kollox jindika illi d-destinazzjoni li jmiss għal dan il-player huwa fir-Renju Unit. FREDERICO RODRIGUES SANTOS - Manchester United u Arsenal jinsabu f 'taqtiegħa bejniethom għall-akkwist tal-plejer ta' nofs il-grawnd Brażiljan Frederico Rodrigues Santos magħruf aħjar bħala Fred. Dan il-plejer bħalissa jinsab fuq il-kotba ta' Shaktar Donetsk u skont il-ġurnal Ingliż, il-Gunners u r-Red Devils lesti joħorġu mill-but somma ta' 35 miljun ewro. Fred għandu 24 sena u ilu ma' Shaktar Donetsk sa mis-sena 2013 fejn deher 90 darba magħhom u skorja 9 gowls. GUIDO CARRILLO - It-tim illi jinsab fis-17-il post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż Southampton qed jikkunsidraw illi jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta' Monaco, Guido Carrillo. Xi skawts tas-Saints marru Franza sabiex jaraw lil dan il-plejer jilgħab u kif waslu lura f 'pajjiżhom taw ir-rakkomandazzjoni tagħhom lill-kowċ Mauricio Pellegrino sabiex jakkwistawh.Carrillo twieled fl-1991 u huwa plejer Arġentin li ilu mal-klabb mill- Prinċipat sa mis-sena 2015. Huwa lagħab 63 partita u skorja 15-il gowl magħhom. Fil-passat huwa kien ukoll parti mill-iskwadra ta' Estudiantes fl-Arġentina. JANNICK VESTERGAARD - Il-klabb mill-Bundesliga Ġermaniża Borussia Monchengladbach permezz ta' stqarrija assigura illi mhumiex ser ibigħu lid-difensur ċentrali Jannick Vestergaard matul dan ix-xahar. Dan tal-aħħar huwa fil-mira ta' Arsenal u Tottenham iżda l-manager tal-klabb mill-belt ta' Gladbach Max Eberi ddikjara illi m'għandu l-ebda ħsieb ineħħih. Vestergaard għandu 25 sena u huwa Daniż illi ilu ma' Borussia Monchengladbach sa mis-sena 2016 fejn lagħab 50 partita u skorja 7 gowls. MAROUANE FELLAINI - It-tim Tork ta' Besiktas jinsab interessat fil-plejer internazzjonali Belġjan MarouaneFellaini. Dan il-plejer se jkun bla kuntratt matul is-sajf li ġej u dan il-klabb ser jagħmel li jista' sabiex jipperswadi lil Fellaini jiġi magħhom. Anke Galatasary urew interess fil-plejer illi huwa magħruf għall-istil ta' xagħar illi għandu. Fellaini għandu 29 sena u ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2013. Huwa lagħab 95 darba magħhom u skorja 11-il gowl. RUBEN LOFTUS-CHEEK - Crystal Palace qed jaħdmu qatigħ sabiex jiksbu b'mod permanenti lill-midfielder ta' Chelsea, Ruben Loftus-Cheek. Bħalissa dan il-plejer jinsab b'self mal-Eagles u wara li Chelsea xtraw lil Ross Barkley, infetaħ xaqq ta' tama illi Loftus-Cheek jista' jibqa' magħhom wara li qed ikollu wirjiet ferm tajbin fejn f '16-il partita skorja gowl iżda pprovda diversi blalen lil sħabu l-attakkanti. Meta kien qed jitkellem il-kowċ ta' Crystal Palace Roy Hodgson hu stqarr illi jixtieq ħafna li jżomm lil dan il-plejer illi qagħad malajr għat-tattika tiegħu. X'qed jinħema mix-xena tal- futbol internazzjonali...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018