Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Jien kont għawwiem fejn kont nipparteċipa f 'diversi kompetizzjonijiet tal-għawm. Imbagħad ippruvajt il-waterpolo u tista' tgħid illi għoġobni wkoll. Ridt nagħżel bejn dawn iż-żewġ dixxiplini u fl-aħħar tfajt ħarsti lejn il-waterpolo għax għoġobni l-fatt illi qiegħed ma' grupp mhux individwali kif ukoll fejn trid tiftiehem sabiex tasal biex tikseb ir-riżultati. Kemm huwa importanti illi plejer tal-waterpolo jkun ukoll għawwiem tajjeb? Bla dubju illi huwa ferm importanti li tkun taf tgħum tajjeb. Jekk ma tkunx hekk ma tistax tkun plejer tal-waterpolo. Nemmen għalhekk illi qabel ma tibda dan l-isport huwa importanti li titgħallem tgħum sew. Dan jgħinek sabiex issegwi l-azzjoni kif ukoll tkun kapaċi tagħmel movimenti biex tqarraq l-avversarju. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali Franċiż tal- waterpolo. Iva, kelli esperjenza ferm sabiħa ma' Franza fejn domt nilgħab għal 10 snin mat-tim nazzjonali. Ħadt sehem f 'diversi avvenimenti magħhom fost l-oħrajn il-kampjonati Ewropej u l-FINAWorldLeague. Jien lgħabt diversi logħbiet ma' Franza fejn iltqajt ma' avversarji rinomati u dejjem tajt il-mija fil-mija tiegħi sabiex ngħin lil pajjiżi javvanza fir-rankings Ewropej. Tiftakar kif ġejt tilgħab hawn Malta? Iva, niftakar sew meta 11-il sena ilu eżattament fis-sena 2007 ġejt akkwistat mill-klabb ta' Exiles. Għamilt numru ta' snin nilgħab ma' dan it-tim qabel ma ddeċidejt illi nkun il-kowċ tagħhom fis-sena 2011. Tħoss in-nuqqas ta' Franza? Mhux daqshekk ħa ngħidlek il- verità. Jien bniedem illi nivjaġġa ħafna u għalhekk mhux li tant inħoss in-nuqqas ta' pajjiżi. Bħalissa ninsab Malta u kuntent illi ġejt ngħix hawnhekk. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il- livell tal-waterpolo f 'pajjiżna? Ifhem bħala livell nista' nikklassifikah mhux ħażin. Mhuwiex l-aqwa fl- Ewropa żgur iżda nemmen illi qed jitjieb bil-mod il-mod. F'dawn l-aħħar għaxar snin kemm ili b'konnessjoni ma' Malta rajt ħafna titjib. Hemm fejn tkun aħjar bla dubju. Fis-sajf meta jiġu plejers barranin ta' ċertu isem tista' tgħid tara l-aqwa livell ta' waterpolo fil-kampjonat. Illum il-ġurnata li ilek tgħix għal ħafna snin f 'pajjiżna tikkunsidra ruħek bħala Malti? Ħa ngħidlek meta nilgħab mat- tim nazzjonali Malti nħossni li jien Malti għax qed ngħin lil dan in-nazzjon sabiex itejjeb il-wirjiet tiegħu. Ovvjament jien narani li jien nofsni Malti u n-nofs l-ieħor Franċiż. M'hemmx xi tgħid ma tistax tiċħad lil pajjiżek fejn trabbejt u għext fih. Imma issa li ilni ngħix hawn Malta nħossni miġbud lejn dan il-pajjiż tant sabiħ. Semmejt lit-tim nazzjonali Malti. L-esperjenza tiegħek fl-aħħar kampjonati Ewropej fejn Malta kklasifikat fil-15-il post ta' din il- kompetizzjoni. Kienet xi ħaġa ferm sabiħa illi niġi magħżul ma' Malta biex nikkompeti f 'dan il-kampjonat. Jien diġà kelli esperjenza ma' Franza meta ħadt sehem fis-sena 2001 u naf xi tfisser din il-kompetizzjoni. Kont kuntent għall- fatt li rnexxielna nirbħu l-aħħar partita sabiex ma nispiċċawx l-aħħar f 'dan l-avveniment. Nemmen illi din it-Tazza Ewropea kien bidu tajjeb sabiex nibdew it-triq tagħna u navvanzaw aktar 'il quddiem fil-livell tagħna. Issa xogħolna huwa li naħdmu sabiex dejjem inkun aħjar fil-futur. X'taħseb dwar il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Karl Izzo? Karl Izzo kien iċ-ċavetta tas-suċċess tal-waterpolo Malti. Ir-riżultati li kiseb it-tim nazzjonali qed jitkellmu għalih. Hu qed jagħtina ħafna motivazzjoni u qed jixpruna lil kulħadd anke lit- tim taż-żgħażagħ. Jien narah bħala l-persuna ideali sabiex imexxi lil Malta u wasal fiż-żmien opportun meta dan l-isport f 'pajjiżna qed jiffjorixxi. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar ir-riżorsi illi għandna f 'pajjiżna fejn għandu x'jaqsam il-pixxina nazzjonali? Ifhem ma nistgħux nikkomparaw ir-riżorsi ta' Malta ma' dawk ta' pajjiżi oħra. Biss biss ngħidlek illi belt partikolari bl-istess daqs ta' Malta għandha seba' pixxini. Huma għandhom pixxina prinċipali u oħrajn li fihom isiru sessjonijiet ta' taħriġ u għawm. Naħseb illi wasal iż-żmien illi f 'Malta jkun hawn pixxina oħra sabiex tikkumplimenta dik illi għandna eżistenti. Ħafna nies jużaw il-pixxina nazzjonali u fix-xitwa meta din tkun imsaħħna iktar hemm problema biex issib ħin biex tużaha. Apparti minn hekk għalkemm għandna pixxini oħra ta' Neptunes u Sirens dawn ma jistgħux jużawhom is-sena kollha minħabba illi biex ikollhom ilma msaħħan tiswa ħafna flus. Għalhekk ngħid illi hemm xi ftit tal- limitazzjonijiet fir-riżorsi u qed nerġa' ntenni li huwa importanti li jkun hemm pixxina oħra. X'sagrifiċċji u dedikazzjoni jrid ikollu plejer tal-waterpolo sabiex jirnexxi? Din il-mistoqsija hija waħda partikolari għax jiddependi jekk dan il-plejer huwiex professjonali jew le. Ħafna mill-plejers Maltin jaħdmu matul il-ġurnata u għalhekk il-waterpolo jqisuh bħala 'part-time' tagħhom. Naturalment meta tkun plejer professjonali trid titħarreġ minn tal-inqas darbtejn kuljum sabiex tkun fl-aħjar forma fiżika. Peress illi f 'Malta ftit huma l-plejers professjonali naħseb diġà hija dedikazzjoni illi ssib iċ-ċans titrenja dan l-isport wara ġurnata xogħol li xi kultant jafu jkunu twal. Kemm taħseb illi għandu jkun hemm plejers barranin f 'kull tim? Jien naħseb illi plejer barrani wieħed huwa biżżejjed f 'kull tim. B'hekk ukoll tagħti ċans lill-Maltin illi jilagħbu iktar. Naf illi hemm ċerti timijiet illi jippreferu jkunu bi tnejn imma mbagħad dan jista' jaffettwa ħafna l-livell. Wara kollox tnejn jistgħu jkunu tajbin imma fl-opinjoni tiegħi wieħed biżżejjed. Kif tiddeskrivihom dawn it-tliet snin illi lgħabt ma' San Ġiljan? Kienu tliet snin verament sbieħ fejn irnexxielna nirbħu dak kollu li joffri l-waterpolo lokali f 'sentejn b'eċċezzjoni ta' trofew wieħed. Dan il-klabb għandu plejers verament tajbin li taw kontribut kbir sabiex wasal dan is-suċċess. X'taħseb dwar il-president is-sur Daniel Aquilina? Mas-sur Aquilina għandi relazzjoni tajba ħafna. Hu għeni ħafna filwaqt illi emmen ħafna fija sabiex ninsab parti mill-grupp li jifforma t-tim tal- waterpolo ta' San Ġiljan. X'taħseb dwar il-kowċ Marko Orlovic? Huwa kowċ tajjeb ħafna. Kien iċ-ċavetta tiegħi sabiex nerġa' nirritorna għal-livelli tajbin tiegħi filwaqt li fehem il-bżonnijiet tiegħi. Nikkunsidrah bħala wieħed mill-aqwa kowċis illi kellha Malta fil-waterpolo f 'dawn l-aħħar snin. Fl-aħħar staġun kellek ċans tilgħab ma' wieħed mill-aqwa plejers tal-waterpolo ta' kull żmien AleksandarIvovic. Kif ħassejtek tilgħab miegħu? Kienet esperjenza mill-aqwa tilgħab ma' Ivovic li huwa bniedem ta' kalibru mondjali. Qisek qed tgħid li fil- futbol tkun qed tilgħab ma' Messi jew Ronaldo. Barra milli huwa plejer tajjeb ħafna, biex tpoġġi ċ-ċirasa fuq il-kejk huwa persuna li tieħu gost ħafna tkun miegħu għax għandu karattru mill- isbaħ. "Xi darba bilfors se jkolli nirtira għax issa m'għadnix ta' tmintax! Illum għandi 38 sena u qed infittex biex intemm il-karriera bil-mod il- mod. Ma' Exiles għandi kuntratt ta' tliet snin u ddeċidejt illi ningħaqad magħhom għax wara li rbaħt prattikament kollox ma' San Ġiljan, issa lest għal sfida ġdida fil-karriera tiegħi." 'Ninsab lest li nagħti l-esperjenza Cristian Antony Muscat Aurelien Cousin - plejer tal-waterpolo Franċiż iżda naturalizzat Malti li jiorma parti wkoll mit- tim nazzjonali tal-waterpolo u li x-xhur li għaddew ingħaqad ma' Exiles mingħand San Ġiljan. "Il-waterpolo jgħinek ħafna speċjalment għax itik ċertu stimolu wara ġimgħa mimlija xogħol u taħbit. Naf illi bħala sport jitlob impenn kbir minħabba li trid titħarreġ iktar minn sport ieħor. Iżda jekk tieħdu bis- serjetà u taħdem bis- sħiħ ma jiddispjaċikx għax bħalma ġara l-istaġun l-ieħor kien hemm Maltin illi marru jilagħbu barra minn Malta."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018