Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Sports 35 Ritratt: Christine Borg l-esperjenza kollha li għandi ma' Exiles' Twieled f 'Pariġi -1 ta' Frar 1980. Huwa plejer tal-waterpolo Franċiż iżda naturalizzat Malti li jiorma parti wkoll mit-tim nazzjonali tal-waterpolo. Fix-xhur li għaddew ingħaqad ma' Exiles mingħand San Ġiljan. Aurelien Cousin Kien hemm min qal illi San Ġiljan mingħajr Ivovic xorta kienu ser ikunu kapaċi jirbħu l-kampjonat għax kellhom elementi ferm b'saħħithom. Taqbel ma' dan kollu? Nemmen illi Ivovic tana għajnuna kbira biex nilħqu l-għan tagħna. Minkejja kollox naqbel miegħek illi San Ġiljan kellna tim mimli plejers tajbin. Anke l-fatt li xi plejers lagħbu barra mill- pajjiż għamlet differenza kbira fit-tim. Kellna kollettiv mill-aqwa u dan il-fattur wassal għal dan is-suċċess miksub. Madankollu li tgħid li stajna ħadna l-league mingħajr barrani hi xi ftit barra minn lokha għax timijiet oħra wkoll kienu armati daqsna. Kif iddeċidejt illi titlaq lil San Ġiljan biex tmur ma' Exiles? Għandek il-ħsieb li tirtira dalwaqt? Xi darba bilfors se jkolli nirtira għax issa m'għadnix ta' tmintax! Illum għandi 38 sena u qed infittex biex intemm il-karriera bil-mod il-mod. Ma' Exiles għandi kuntratt ta' tliet snin u ddeċidejt illi ningħaqad magħhom għax wara li rbaħt prattikament kollox ma' San Ġiljan, issa lest li nagħti l-esperjenza kollha li għandi ma' dan it-tim il-ġdid tiegħi. Barra minn hekk jien bdejt il-karriera tiegħi f 'Malta proprju ma' Exiles u għalhekk għandu jkun ferm sabiħ li nerġa' nirritorna u ntemm hawnhekk dan l-isport. Ħa tħoss in-nuqqas tal- partitarji ta' San Ġiljan? Il-fatt illi hemm sett ta' partitarji illi jsegwuk u li jtuk is-sapport waqt il-logħba hija dejjem xi ħaġa sabiħa. Kulħadd jieħu pjaċir illi jilgħab quddiem numru ta' partitarju u iva nemmen illi ħa nħoss in-nuqqas tagħhom. Fil-futur tarak bħala l-kowċ ta' Exiles? Għaliex le? Kollox jista' jkun! Bħalissa qed niffoka fuq il-preżent fejn ser inkun qed nibda avventura ġdida ma' Exiles u mbagħad wara kollox il-futur ħadd ma jafu. Int ukoll kont parti mill- Iskola Nazzjonali tal-Isport. Kif jirnexxielek twassal l-imħabba tiegħek lejn l-isport lit-tfal? It-tfal li nieħu ħsieb jien diġà jħaddnu mħabba kbira lejn l-isport tant li huma l-aqwa f 'pajjiżna fejn għandu x'jaqsam livell sportiv. Jien għandi rwol li ngħinhom itejbu l-ħiliet tagħhom filwaqt illi jtejbuhom ħalli għada pitgħada jsiru atleti tajbin. Nisħaq ħafna fuq il-valur tad-dedikazzjoni sabiex jpoġġu l-isport fuq quddiem nett u jaslu għall-potenzjal veru tagħhom. Ngħidilhom ukoll illi għandhom jagħtu importanza kbira lit-taħriġ għax b'hekk tista' tkun ippreparat għal- logħba jew l-avveniment li ser tipparteċipa fih. L-iskużi mhux f 'posthom jekk trid issir plejer tajjeb, trid taħdem ħafna għax inkella ma ttejjibx il-livell tiegħek. Kif jgħinek il-waterpolo bħala sport biex tiżviluppa l-karattru tiegħek? Il-waterpolo jgħinek ħafna speċjalment għax itik ċertu stimolu wara ġimgħa mimlija xogħol u taħbit. Naf illi bħala sport jitlob impenn kbir minħabba li trid titħarreġ iktar minn sport ieħor. Iżda jekk tieħdu bis-serjetà u taħdem bis- sħiħ ma jiddispjaċikx għax bħalma ġara l-istaġun l-ieħor kien hemm Maltin illi marru jilagħbu barra minn Malta. Dan jista' jkun stimolu sabiex il-plejer Malti jagħmel il-qabża fil-kwalità tant meħtieġa. U speċjalment f 'Malta li titħarreġ f 'dan l-isport jgħinek ħafna għax huwa ferm popolari. Fl-aħħar nett il-waterpolo jgħinek sabiex tiżviluppa l-karattru tiegħek l-iktar soċjalment għax trid tintegra ma' diversi kollegi oħra fit- tim u dan il-fattur jgħallmek il-valuri tal-kollaborazzjoni u komunikazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018