Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Aħbarijiet Minn Jesmar Baldacchino LILLUM hija infurmata li l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) jinsab fi stadju avvanzat li jieħu pożizzjoni dwar it-talba li saritlu mill- MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa sabiex tiġi re- vokata l-liċenzja tal-bank Pilatus. Għaldaqstant għall- mistoqsijiet li ntbagħtu lill-Bank Ċentrali Ewropew, l-Uffiċjal Għoli għall- Istampa Nicos Keranis ma kummentax fuq il-każ. Sostna li minħabba s-segretezza professjonali l-ECB ma jistax jgħaddi dettalji. L-ILLUM staqsiet lill-ECB domandi speċifiċi fosthom jekk il- Bank Ċentrali Ewropew jistax jirrevoka l-liċenzja tal-bank Pilatus, ġaladarba din kienet ingħatat mill- MFSA u jekk sarux jew hemmx ħsieb li qabel isiru l-konklużjonijiet jsiru laqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-Pilatus Hamidreza Gambari. Fl-24 ta' Novembru li għadda, David Casa kiteb liċ-Chairperson tal-Bord tas- Superviżjoni tal-ECB, Daniéle Nouy sabiex tintervjeni u tiġi revokata l-liċenzja tal- bank Pilatus. Il-Kap tad- Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew qal li l-bank Pilatus jinsab fiċ- ċentru ta' investigazzjonijiet li wettqet Daphne Caruana Galizia u saħaq li r-rapport tal-FIAU wera li l-klijenti tal-bank kienu Persuni Esposti Politikament (PEPs) mill-Ażerbajġan. Dakinhar Casa appella lill-ECB biex juża l-poteri disponibbli biex tiġi revokata l-liċenzja lill-bank, speċjalment wara li l-Parlament Ewropew approva r-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta. David Casa reġa' għamel dan l-appell fil-mezzi soċjali wkoll wara li ġie ppubblikat l-abbozz tar-rapport tad- delegazzjoni tal-MEPs li ġew Malta f 'Diċembru biex jistħarrġu s-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. F'dan ir-rapport tal-MEPs dwar is-saltna tad-dritt, fil-parti li jikkonċerna l-bank Pilatus, jirriżulta li l-'whistleblower' Russa Maria Efimova wkoll sostniet mal-MEPs illi l-bank Pilatus kien qed jopera, "l-aktar fuq il-bażi ta' depożiti minn zewġ jew tliet kljienti mill- Ażerbajġan, fost diversi Persuni Esposti Politikament (PEPs) oħrajn." L-argument li Pilatus jiddependi minn ammont ta' flus li ġejjin mill- Ażerbajġan jirriżulta wkoll fil-kummenti li d-Deputat Chairman tal-Bord tal- Gvernaturi tal-FIAU Anthony Bartolo ta lill-MEPs. Mistoqsi mill-MEPs, huwa qal hekk "...ninsabu konxji li l-Bank (Pilatus) għandu kontijiet li huma direttament jew indirettament ta' persuni mill-Ażerbajġan, kif ukoll depożiti sinjifikanti minn persuni mill-Ażerbajġan. Fuq il-bażi ta' dan qed nagħmlu aktar verifiki." Huwa mifhum u jissemma fir-rapport ukoll li l-Bank għandu b'kollox 130, b'depożiti ta' €300 miljun. L-MEPs ikkonkludew li l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha twettaq assessjar fuq il-liċenzja tal-bank Pilatus u jekk l-MFSA wettqitx l-obbligi kollha tagħha. Meta intervistat mid- delegazzjoni tal-MEPs, il-Kap Eżekuttiv tal-bank Pilatus Hamidreza Ghanbari filwaqt illi fakkar li l-liċenzja tal-bank kienet ħarġet fl-2012, dak iż-żmien flimkien mal-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, qal ukoll li l-Bank "għadda l-lista sħiħa tal- klijenti lill-FIAU u l-MFSA, inkluż rekord awditjat elettroniku." Daphne Caruana Galizia, fil-blogg tagħha tat-23 ta' April 2017, kitbet li dawn it-tliet klijenti huma l-Ministru għas-Sitwazzjoni ta' Emerġenza Kamaladdin Heydarov (Caruana Galizia kienet allegat li dan huwa l-akbar klijent) u miegħu Heydar u Leyla Aliyev, li huma wlied il-President tal- Ażerbajġan Ilham Aliyev. F'midja internazzjonali, Daniéle Nouy ġiet ikkwotata tgħid li l-liġijiet Ewropej jagħtu lill-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi rekwiżiti aktar ħorox fuq il-kapital u l-likwidità fuq ba-nek li uffiċjalment jinstab li kienu involuti f 'ħasil tal-flus. Il-Bank Ċentrali Ewropew fommu sieket dwar it-talba li tiġi revokata l-liċenzja tal-Pilatus • Sorsi indikaw li l-ECB jinsab fi stadju avvanzat li jiddeċiedi • Il-Bank Pilatus jissemma fir-rapport tal-MEPs dwar is-saltna tad-dritt L-eks Kunsilliera Nazzjonalisti f 'San Pawl se jivvutaw għal Sindku Laburista • Joseph Vella u Robert Piscopo, eks Kunsillieri tal-PN f 'San Pawl il-Baħar mhux lesti jivvutaw lil Kunsillier tal-PN biex ikun Sindku, għax.... JOSEPH Vella u Robert Piscopo, żewġ eks Kunsillieri tal-PN li baqgħu Kunsillieri Indipendenti fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, nhar it-Tnejn se jivvutaw biex il-lokalità jkollha Sindku Laburista. Fl-aħħar elezzjoni tal- Kunsilli Lokali l-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza relattiva ta' 47.7%, b'3,701vot filwaqt li l-PL kiseb 46.9%, jew 3,639. Minkejja li dan huwa wieħed mill-aktar riżultati qrib f 'din l-elezzjoni, kienu biss 39% tal-votanti li vvutaw. Dan ifisser li l-lokalità allura se jkollha sindku mill- Partit Laburista. Vella u Pisscopo, irreżenjaw wara nuqqas serju ta' qbil ma' Graziella Galea, li rriżenjat minn Sindku din il-ġimgħa. Dan is-sit għamel kuntatt u staqsihom jekk humiex lesti li jappoġġjaw Kunsillier tal- PN għal sindku, ladarba din il-pożizzjoni mhux se tibqa' okkupata minn Galea. Vella sostna illi "l-PN tilef il-maġġoranza tal-Kunsill Lokali ġewwa San Pawl il- Baħar minħabba l-arroganza u t-tip ta' tmexxija ħażina mar-residenti u magħna l-kunsilliera. Mhux l-ewwel darba li sfajt attakkat inġustament għalxejn," sostna Vella. Hu kompla jgħid li minkejja l-ħidma tiegħu, "dan kien kollu għalxejn għax ma tħallejtx naħdem, dejjem sibt bieb magħluq mit-tmexxija tal- PN. Meta tkellimt mal-PN dejjem injorawni għax il-PN moħħhom biss f 'dawk li huma tal-qalba ġewwa l-istamperija milli l-lokalità. F'dan il-mument, għalhekk le mhu ser nappoġġja l-ebda kandidat min-naħa tal-PN." Intant dan is-sit għamel kuntatt ukoll ma' Piscopo u staqsa l-istess mistoqsija. Piscopo qal illi minħabba li "l-PN jinsab f 'minoranza, jekk jiġi propost mill- PN is-sindku ser jistaġna l-andament tal-Kunsill. Jien ma nistax nappoġġja lil xi ħadd illi ser jeħel u jweħħel il-progress. Diġà qegħdin tard f 'ħafna kwistjonijiet importanti." Fl-ittra tar-riżenja tagħha Graziella Galea kienet wriet it-tama li l-PN jibqa' jmexxi l-Kunsill Lokali biex il- formazzjoni tiegħu tibqa' tirrifletti r-rieda tal-elettorat ta' San Pawl il-Baħar/ Buġibba/Qawra/Xemxija/ Wardija u Burmarrad.