Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Minn Jesmar Baldacchino DIN is-sena mhix se tiġi organizzata l-Malta International Airshow, dan wara deċiżjoni li ttieħdet mill-Malta Aviation Society (MAS), li qed issostni li ma kellhiex għażla oħra ħlief li tabbanduna l-preparamenti kollha abbinati ma' dan l-ispettaklu annwali. Fil-mezzi soċjali, il- Malta Aviation Society qalet li kienet bagħtet komunikazzjoni lill- Ministeru għat-Turiżmu fuq 'guidance and commitment' wara d-deċiżjoni li kienet ittieħdet bejnha u l-awtoritajiet li l-Airshow ma jibqax isir fl-ajruport iżda tiċċaqlaq għal post ħdejn il-baħar. Mal-ILLUM, il-President tal-Malta Aviation Society Joe Ciliberti sostna li qatt ma ntalbet as-sistenza mill-Gvern sabiex tiġi organizzata l-Airshow, iżda jekk l-ispettaklu jsir minn ħdejn xatt il-baħar, bħala organizzaturi jitilu l-qligħ mill-biljett tad- dħul. Ciliberti spjega li l-organizzazzjoni tal- Airshow tinvolvi spejjeż konsiderevoli, li jammontaw għal eluf kbar ta' ewro. Sostna li matul dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern kien għen b'għotjiet finanzjarji. Joe Ciliberti eskluda l-possibilità li l-Airshow ta' din is-sena ssir xorta waħda, jekk issir stedina mill- Ministeru għal taħdidiet. Huwa spjega li l-Malta Aviation Society tibda taħdem għall-ispettaklu li jmiss mis-sena ta' qabel, fejn jinħarġu l-istediniet lill-parteċipanti. Qal li jkun hemm pressjoni ta' kordinazzjoni u issa f 'dan l-istadju anke jekk isir taħdidiet mal-Ministeru, mhux se jkun hemm biżżejjed żmien biex l-Airshow issir. Fil-paġna tal-Facebook, il-MAS qalet li tinsab konxja b'xogħlijiet fl-ajruport iżda tinsab id-dispjaċuta li wara 25 sena, ma kellhiex risposta mill-Ministeru. Qed tittama li jkun hemm edizzjonijiet oħra tal-Airshow, u saħqet li tinsab ippreparata li tgħin f 'dan l-avveniment sa-kemm ikun hemm l-impenn min- naħa tal-Gvern li jsostniha finanzjarjament, jekk tibqa' d-deċiżjoni li l-Airshow tiċċaqlaq għal post ħdejn il-baħar. Qed tittama wkoll li jkun hemm il-kundizzjonijiet kollha possibbli sabiex torganizza edizzjoni oħra tal- Airshow fl-2019. Tkompli minn paġna 1: Din il-gazzetta tinsab infurmata li t-tmexxija tal-iskola ta' Barts tinsab urtata u anke mħassba dwar l-aħħar żviluppi fil-proġett tat-tliet sptarijiet, li jinkorpora l-bini minn fejn Barts suppost se jkunu qed joperaw. Apparti mill-wegħda ta' bejgħ 'bla mistenni' tal-isptarijiet, din il-gazzetta tinsab infurmata li l-aktar li qed idejjaq lil din l-iskola huwa d-dewmien biex jitlesta l-bini minn fejn suppost se tibda topera Barts. Meta l-VGH ingħatawlhom dawn il-proprjetajiet pubbliċi għal 30 sena kien imħabbar illi l-Isptar t'Għawdex mibni mill-ġdid kellu jiftaħ il-bibien erba' xhur ilu, f 'Settembru 2017. Minkejja dan, s'issa għadu sar biss xogħol skavar. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi sa din il-ġimgħa stess kien hemm diversi komunikati u lagħqat bejn il-Gvern u Barts, dwar l-andament tal-proġett. Mistoqsijiet li ntbagħtu lill-iskola ta' Barts f 'Londra baqgħu ma kinux mwieġba, anke jekk intbagħtu ġimgħa u nofs ilu. Din il-gazzetta għamlet kuntatt telefoniku mal-iskola qabel bagħtet il- mistoqsijiet u irċeviet risposta awtomatika li l-mistoqsijiet kienu waslu. L-ILLUM staqsiet lil Barts jekk jikkonfermawx il-fatt li jinsabu urtati dwar id- dewmien li jidher li hemm fil-proġett u t-tieni jekk kinux infurmati dwar diskussjonijiet biex Vitals Global Healthcare tbigħ l-isptar ta' Għawdex lil Steward Heathcare. Din il-gazzetta staqsiet ukoll lil Barts biex tispeċifika jekk hemmx xi ħaġa mill-ftehim bejn il-VGH u l-Gvern li jista' jinbidel permezz ta' dan il-bejgħ. Rigward l-istudenti li bdew kors din is-sena, l-ILLUM staqsiet jekk hux vera li dawn it-42 student humiex kollha, jew kważi kollha, qed isegwu 'scholarships' mogħtijin mill- Gvern. L-iskola ta' Barts kienet kostretta illi topera mill- Binja tas-Sixth Form Sir M.A Refalo fir-Rabat Għawdex biex tkun tista' tibda toffri l-korsijiet f 'Malta. Meta kien iffirmat il- ftehim ma' Barts, li huwa kompletament indipendenti minn dak ma' Vitals, kien intqal li Barts se tiftaħ fl- 2016, se jkollha 300 student u li se jkunu aċċettati 60 student għal kull semestru. Nhar il-21 ta' Diċembru kien imħabbar ftehim, li wara rriżulta illi kien wieħed li jippermetti illi jibdew diskussjonijiet u negozjati dwar bejgħ ta' tliet sptarijiet minn VGH. Il-Ħadd li għadda din il- gazzetta żvelat kif l-MUMN ma kinitx ikkonsultata u lanqas infurmata dwar diskussjonijiet ta' bejgħ, anke jekk rapporti mhux miċħudin jgħidu illi l-Gvern kien ilu jaf b'dan il-"bejgħ" tliet xhur qabel tħabbar. L-Assoċjazzjoni Medika Matlija, talbet biex il-ftehim bejn il-VGH u Steward Healthcare ikun pospost sakemm tkun konkluża l-investigazzjoni tal-Awditur fil-bejgħ tal-isptarijiet. Is-Segretarju Ġenerali tal- Assoċjazzjoni Medika Maltija Martin Balzan qal li l-ftehim mal-VGH huwa wieħed 'dubjuż' u 'jinten'. (Ara opinjoni fuq paġna 17) agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Jobsplus permit number 607/2017 VACANCY NOTICE Legal Aid Malta was established in 2014 as part of the Justice Reform. It provides legal services to indigent people who qualify for legal aid in civil and criminal matters. ASSISTANT ADVOCATE FOR LEGAL AID Legal Aid Malta invites applications from team driven, motivated, communicative and willing-to-learn individuals for the post of Assistant Advocate for Legal Aid within our Agency. Required Qualifications: • Degree in Law from the University of Malta. • Warrant to practice as a lawyer on the Maltese Islands. • 2 years experience at the law courts after obtaining warrant. • 2 years experience in the legal field. • Be fluent in speaking and writing in Maltese and English languages. Copy of the job description in respect of this position may be obtained by sending an email on legalaidmalta.mjcl@gov.mt. A Europass curriculum vitae with a motivation letter, including references to substantiate experience, for the above mentioned post will be received latest by 2nd February 2018 at: legalaidmalta.mjcl@gov.mt or by post at the following address: Manager, Legal Aid Malta Agency, 'Chateau de la Ville', 21, Archbishop Street, Valletta VLT1443. Diskussjonijiet ma' Barts wara li jitħabbar il-bejgħ minn VGH L-iffirmar biex l-iskola ta' Barts tiġi pajjiżna Mhix se ssir il-Malta International Airshow ta' din is-sena Ritratt - James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018