Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
7 Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Il-Kannabis: Il-favorita fost it-93 miljun Ewropew li xi darba ħadu d-droga • Il-kannabis tibqa' l-aktar droga li tittieħed hekk kif tiħrax id-diskussjoni dwar kannabis mediċinali • Id-WHO tqis li l-prezz baxx tal-kannabis iwassal għal aktar abbuż minn din id-droga Il-Kannabis: Il-favorita fost it-93 miljun QED jiżdiedu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li qed idaħħlu fis-seħħ liġijiet li jillegalizzaw l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali. Fix- xhur li ġejjin, l-Irlanda mistenni li jkun l-aħħar pajjiż li jingħaqad f 'din il-lista u dan wara li fl-1 ta' Jannar li għadda kien imiss lid-Danimarka. F'dan il-pajjiż Skandinavu, il-liġijiet daħlu wara diskussjoni li damet sejra s-snin. Il-kannabis għal skopijiet mediċinali qed tiġi rikonoxxuta fost aktar pajjiżi kif ukoll fost it- tobba u x-xjenzati. Din tintuża b'mod speċjali f 'każijiet fejn pazjent ikun ibati minn kundizzjoni li twassal għall-uġigħ bħall- kanċer, l-isklerożi multipla u f 'każijiet oħra bħall-HIV. Fl-Unjoni Ewropea fil- preżent hawn l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, id- Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall, il-Polonja u Spanja li llegalizzaw l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali. Malta u l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea huma obbligati li jikkontrollaw il-kannabis skont obligazzjonijiet ta' konvenzjonijiet tan- Nazzjonijiet Magħquda, li jikkontrollaw il-provista u l-użu għal skopijiet mediċinali u xjentifiku biss. Lanqas ma hawn liġijiet armonizzati f 'livell Ewropew għall-użu tal-kannabis, b'pajjiżi jaċċettaw l-użu tal-kannabis għal skopijiet rikreattivi u oħrajn le. Fl-2013 kien hawn 18% tal-istudenti żgħażagħ Maltin li ħadu l-kannabis Ir-rapport European Drug Trends and Developments 2017 tal-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, jikkwota statistika mill- estimi fuq Malta minn studju Ewropew li turi li 13% tal-istudenti minn 15 sa 16-il sena għamlu użu mill- kannabis filwaqt li l-adulti kienu jammontaw għal 4.3%. Dan għas-sena 2013, mentri għall-2015, rapport tal-ESPAD dwar l-użu tad- droga fost studenti tal-istess età juri kif 18% tal-istudenti ħadu l-kannabis tal-inqas darba filwaqt li 4% baqgħu jagħmlu użu ta' drogi psikoattivi bħall-kokaina. Id-differenza bejn studenti subien u bniet Maltin, li għamlu użu mid-droga hija waħda minima meta mqabbel ma' pajjiżi oħra fl- Ewropa. Mill-istatistika tar-rapport, il-maġġoranza tal-istudenti li għamlu użu mill-kannabis, ħadu din id-droga bejn darba jew darbtejn fi żmien xahar. L-istatistika turi mhux droga biss iżda fost żgħażagħ ta' 16-il sena, u allura minuri, hemm konsum ogħli ta' xorb alkoħoliku u sigaretti. Mill-European Drug Trends għall-2017, jirriżulta li 93 miljun jew kwart tal-Ewropej bejn il-15 u l-64 sena ħadu d-droga f 'xi mument f 'ħajjithom. Huma aktar l-irġiel li jieħdu d-droga milli n-nisa u jammontaw għal 56.8 miljun, fejn il-kannabis kienet l-aktar droga li ġiet ikkunsmata. Persuna minn kull 20 f 'Malta tibqa' tieħu d-droga tul ħajjitha. Il-kannabis ikklassifikata bħala l-aktar droga użata iżda b'effett terapewtiku L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tikklassifika l-kannabis jew it-terminu Messikan tagħha Marijuana, bħala l-aktar tip ta' droga użata madwar id-dinja. Fis- sit elettroniku tad-WHO jingħad li minħabba l-prezz baxx tagħha, hawn ammont kbir ta' abbuż. Il-kannabis hija l-aktar droga li tittieħed fost l-Ewropej li minnhom 13.9% huma żgħażagħ. 1% tal-Ewropej jikkunsmaw il- kannabis kuljum. Id-WHO tqis li l-użu tal-kannabis jista' jwassal għal nuqqas ta' żvilupp edukattiv, l-attenzjoni u kordinament. Bl-użu fit-tul tal-kannabis, id-WHO tgħid li dan iwassal għal problemi oħra fosthom l-iskizofrenija, infjammazzjoni tal- pulmun, bronkite kronaka u kumplikazzjonijiet waqt it-tqala. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa iżda tindika kif diversi studji juru l-effett terapewtiku tal-kannabis fi stadju avvanzat tal-kanċer u l-AIDS u mard ieħor bħall-ażma, il-glawkoma u d-depressjoni. Għalkemm legali bħala mediċina mhix f 'forma ta' tipjip L-akbar diskussjoni li qed ikun hawn dwar il-legalizzar tal-kannabis bħala mediċina hija jekk din hix se twassal ukoll għal konsum akbar tagħha fis-soċjetà, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ. Interessanti kif uħud mill- pajjiżi fejn il-kannabis għal skopijiet mediċinali hija legali, ikabbruha lokalment jew jimpurtaw il-ħaxixa meħtieġa biex din issir mediċina. Il-forma mediċinali awtorizzata tagħha tinstab bħala kapsuli, spray jew saħansitra f 'forma ta' te. L-ebda pajjiż iżda ma awtorizza t-tipjip tal- kannabis lanqas għal skopijiet mediċinali, hekk kif it-tipjip hija l-aktar forma użata fl-abbuż u l-użu ta' din id-droga. Awtoritajiet tas-Saħħa jisħqu fuq ir- riskji li t-tipjip tal-kannabis iġib miegħu speċjalment jekk dan ikun abbinat mal- konsum tat-tabakk. Jekk il-kannabis mediċinali tiġi prodotta f 'Malta trid tiġi rreġistrata Bid-diskussjoni jekk għandux isir tkabbir tal- kannabis f 'Malta meta din tibda tintuża bħala mediċina, sabiex mediċina tkun tista' titqassam, trid l-ewwel tiġi rreġistrata. Wara li tkun awtorizzata trid tiġi reġistrata mal-awtorità kompetenti, li fil-każ ta' pajjiżna hija l-Awtorità ta' Malta għall- Mediċini. L-Aġenżija Ewropea tal- Mediċini (EMA) tikklassifika mediċini oħra li huma soċjalment aċċettati u li wkoll jingħataw għall-uġigħ, bħala li għandhom kimika li hija relatata mill-qrib mall-opju jew il-kokaina, li minnhom infushom l-użu u l-konsum tagħhom bħala droga hija llegali. Jekk kumpanija tiddeċiedi li tkabbar u tipproduċi mediċini mill-kannabis, din trid tiġi rreġistrata fil-pajjiż u aktar tard mal-EMA. Fil-preżent huma erba' l-mediċini li saru mill- kannabis li ġew awtorizzati mill-Aġenżija Ewropea u rreġistrati għas-suq Ewropew. L-aħħar każ ta' reġistrazzjoni ta' din ix-xorta waslet mir-Renju Unit għal kannabis mediċinali bil-għan li tintuża għall-epilessija fost it-tfal.