Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Liġi antikwata jew bżonjuża? It-'tattoos' li qajmu diskussjoni taħraq Min jgħid li r-reklamar 'jinnormalizza' t-tpinġija fost it-tfal u min jgħid li liġijiet bħal dawn huma 'xokkanti'. L-ILLUM kompliet issegwi l-istorja tat-'tattoos' DAK li fl-imgħoddi kien biss viżwal li tilmaħ fuq ġisem l-għadd ta' baħrin li kienu jimbarkaw f 'Malta, illum hu verament xena kommuni fis- soċjetà Maltija. Jidher biċ-ċar li t-tpinġija rnexxielha tintegra ruħha sew fil-moda. Mhux neċessarjament iżda, fil-liġi! Kienet din il-gazzetta li nhar il- Ħadd li għadda żvelat kif stazzjon privat lokali kellu jħallas multa ta' €930 wara li 'rreklama' t-tpinġija. Kienu ħafna dawk li fuq il-midja soċjali li esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar din il-kwistjoni. Min jgħid li orrur u li pajjiżna għadu jgħix fi żmien id-dlam u min jgħid li l-Awtorità għamlet sew għax il-laxkezza m'hawnx postha. Fid-dawl ta' dan kollu l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi nies, fosthom eks membru tal-istess Awtorità tax-Xandir, preżentatur televiżivi u l-Kummissarju tat- Tfal Pauline Miceli. U bħal f 'kollox mitt bniedem, mitt fehma. "L-Awtorità għamlet dmirha" L-ILLUM għamlet kuntatt ukoll ma' Charles Mizzi eks membru tal-istess Awtorità tax-Xandir. Skont Mizzi l-Awtorità għamlet dmirha meta mmultat lill-istazzjon. "Ma jistax ikun tħalli kollox għaddej," saħaq Mizzi. "L-Awtorità għandha xogħol importanti li trid twettaq. Jekk kienet se tagħlaq għajnejha f 'dan il-każ imbagħad kienet toħloq lok ta' preċedent. Reklamar dirett jew indirett dejjem se jħalli xi ftit effett fuq dawk li jkunu qed jarawh jew jisimgħuh," temm jgħid Mizzi.