Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Diċeriji ta' sospensjonijiet kienu ilhom jiġru fl-MFA, mal-erba' xhur • Darmanin Demajo qagħad pass lura mill-midja... bosta rrabjati dwar dan • Ir-relazzjoni bejn l-MFA u l-Gvern bħalissa hija waħda ħażina KIENET ġimgħa terribbli għall- MFA u l-futbol Malti hekk kif fi ftit sigħat bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, inħarġu żewġ deċiżjonijiet li komplew heżżu s-sisien tal-futbol Malti u ħolqu terremot u paniku kbir fl-uffiċini tal-Malta Football Association, f 'Ta' Qali. Dan il-verdett wassal biex saret konferenza tal-aħbarijiet, illi għalkemm saret biex twieġeb il- mistoqsijiet, fil-fatt aktar qajmet. Persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif in-nuqqas ta' preżenza tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo wasslet għal rabja u diżillużjoni fost bosta fl-MFA illi ħassew illi fl-agħar mumenti tal-futbol Malti fi snin kellu jkun preżenti. Sorsi li għandha l-gazzetta ILLUM jikkonfermaw li għall-konferenza tal-Erbgħa, Darmanin Demajo ma ried jidher għall-ebda raġuni quddiem il-ġurnalisti, il-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri li tellgħuh. Kien biss ġranet biss wara li Darmanin Demajo ta' kumment meta kien iffaċċjat mill-midja wara laqgħa mhux marbuta mad-deċiżjoni tal-UEFA. Iktar minn hekk dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta indikaw li dawk li huma midħla tal-futbol lokali ilhom għal dawn l-aħħar xhur jisimgħu diċeriji dwar din is-sospensjoni tal-plejers. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu wkoll illi l-MFA ilha taf bl-eżitu possibbli tad-deċiżjonijiet tal-UEFA għal mill-inqas erba' xhur. Minkejja dan, fl-ebda ħin ma kien hemm xejn pubbliku. Fil-passat, f 'konferenzi simili, Darmanin Demajo kien jindirizza lill-media hu u dejjem kien assistit minn uffiċjali u impjegati oħra tal- Assoċjazzjoni. Meta l-gazzetta Illum staqsiet lis-sors tagħha għalfejn din id-darba ma deher imkien, ir-risposta kienet: "Qed iħossu dgħajjef ħafna r-raġel għajja u mhux tiġih waħda tajba. Minn meta telquh ċerti nies mill-Assoċjazzjoni tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni u ħa deċiżjonijiet strambi ħafna u li ma jagħmlux sens. Kellhom ikunu s-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti u lill-Kap tal-Komunikazzjoni Kevin Azzopardi, żewġ persuni li ilhom anqas minn sena impjegati tal-Assoċjazzjoni, biex imorru huma jiffaċċjaw u jindirizzaw il-konferenza. Il-UEFA sabet ħatja sitt plejers li kienu involuti f 'tixħim f 'żewġ partiti tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena; dik kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka li ntlagħbu f 'pajjiżna f 'Marzu 2016. U biex tkompli tiġi agħar, id-dilettanti tal-futbol Malti anqas laħqu raqdu u qamu hekk kif l-Erbgħa filgħodu, semgħu bl- aħbar li l-Qorti ta' Malta kienet sabet lil Uchenna Anyanwu, eks team manager ta' Pembroke Athleta, ħati dwar korruzzjoni fil-futbol Malti. Anyanwu weħel sena ħabs sospiżi għal sentejn u mmultat €1000 talli prova jimmanipula żewġ partiti tal-Kampjonat Premier li ntlagħbu bejn Jannar u Frar ta' sena ilu; Mosta kontra Birkirkara u Pembroke Athleta kontra Mosta. L-MFA kienet diġà ddeċidiet dwar dan il-każ u ssospendiet lil Anyanwu għal għomru mill-futbol Malti, immultat lil Pembroke Athleta 10 punti u €5,000 u ssospendiet ukoll lill-klabb għal ħames snin mill-kompetizzjonijiet internazzjonali, deċiżjoni meqjusa tad-daħk minn ħafna dilettanti minħabba l-fatt li Pembroke huma klabb żgħir wisq biex xi darba jikkompetu fl-Ewropa. F'dan il-każ ukoll, Darmanin Demajo, naqas li jiffaċċja l-media u jagħti rendikont preċiż ta' dak li ġara. Intant l-aħħar indikazzjonijiet li għandha din il-gazzetta juru li jidher li r-relazzjonijiet li darba kienu jeżistu bejn l-MFA u l-Gvern u l-Oppożizzjoni jinsabu f 'qagħda ħażina ħafna. Mal-Gvern minħabba l-fatt li fl- aħħar xhur, Darmanin Demajo ħa diversi deċiżjonijiet li urtaw mhux ftit nies fil-bini ta' Kastilja, fosthom ikkonċernati ma' proġetti li mdaħħal fihom il-Gvern u anki dak tal-festin tal-Milied li sar ftit jiem ilu, fejn għall-ewwel darba, tħallew barra mingħajr invit diversi esponenti tal-Gvern, inkluż is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, Clifton Grima. Mal-Oppożizzjoni mmexxija minn Adrian Delia, l-istorja tista' tkun aktar evidenti hekk kif għal erba' snin sħaħ, Darmanin Demajo kien b'kontinwità jipprova jirredikola lill-eks President ta' Birkirkara kull meta fil-Kamra tal-Kunsill iqum biex jitkellem dwar materji diversi tal-futbol Malti, liema diskorsi ta' Delia kienu dejjem iwaqqgħu silenzju u attenzjoni fil- kamra u jispiċċaw b'applaws minn dawk preżenti. Darmanin Demajo ħa diversi deċiżjonijiet li urtaw mhux ftit nies fil- bini ta' Kastilja, fosthom ikkonċernati ma' proġetti li mdaħħal fihom il-Gvern In-nuqqas ta' preżenza tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo wasslet għal rabja u diżillużjoni fost bosta fl- MFA illi ħassew illi fl-agħar mumenti tal-futbol Malti fi snin kellu jkun preżenti