Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet Galizia fi blogg nhar id-29 ta' April 2017. Hija tispiċċa l-blogg tgħid; "Daqshekk hija ħażina l-affari. Din hija l-gravità tal-abbuż li qed niffaċċjaw." Daphne tixkef 'transcript'... Muscat jgħid li huwa falz Nhar il-21 ta' April 2017 Daphne Caruana Galizia tippubblika dak li qed tgħid illi huwa t-traskrizzjoni tad- dokument illi allegatament juru illi Egrant inc. hija ta' Muscat. Fuq il-programm Xarabank il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi Egrant ma jistax ikollha indirizz Malti, kif hemm fit-traskrizzjoni li ppubblikat Caruana Galizia. Muscat qal illi d-data tad- 'declaration of trusts' (2015) ma taqbilx maċ-ċertifikat li juri illi "Brian Tonna kien xtara l-kumpanija Egrant fl-2013." Iktar tard il-PN qal illi l-indirizz Malti fuq it- traskrizzjoni fil-fatt huwa tan- Nexia BT, jiġifieri l-kumpanija li allegatament fetħet Egrant Inc. Taħrab mill-pajjiż... Iktar tard, nhar it-3 ta' Awwissu 2017, ikun irrapportat li Maria Efimova ma baqgħetx Malta. Il- Maġistrat Joe Mifsud poġġieha fuq il-lista ta' persuni 'wanted' b'rapporti jgħidu illi l-aħħar kuntatt li kellu l-avukat tagħha kien f 'Ġunju 2017, ix-xahar illi matulu saret elezzjoni ġenerali li tat lill-Partit Laburista rebħa kbira oħra. Wara mandat ta' arrest nhar il-21 ta' Lulju, il-Pulizija marru fil-post fejn kienet tgħix u sabu li kollox kien imbattal. Jirriżulta, skont informazzjoni mill-Jobs+ illi hija kellha l-impjieg itterminat nhar is-27 ta' Ġunju. Sid il-post li kienet qed tikri Efimova qal illi kienet ħallietlu biss email li fiha qalet illi kellha titlaq mill-pajjiż minħabba s-sitwazzjoni li tinsab fiha. Il-Partit Nazzjonalista talab li Efimova tingħata status ta' whistleblower. 'Jekk jogħġbok, Joseph Muscat...' Tmient ijiem wara Daphne Caruana Galizia tippubblika email li allegatament intbagħtet lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Din l-email kienet tgħid illi Muscat ma kellux għalfejn iqabbad investigatur (detective) f 'Moska biex jiċċekkja ommha hux vera mietet. Hija allegat ukoll illi numru ta' nies suspettużi kienu qed jintimidaw lill-missierha. Tmut Daphne Caruana Galizia... Nhar is-16 ta' Ottubru tinqatel Daphne Caruana Galizia, permezz ta' karozza bomba. Dan il-qtil jixxokkja lill-pajjiż u jqajjem diskussjoni taħraq dwar is-saltna tad- dritt, il-libertà tal-espressjoni, is-sigurtà u anke jerġa' jirxoxta bosta mill-każi li qajmet Caruana Galizia, fosthom ovvjament dak konness ma' Efimova. Tgħid li jekk tiġi Malta tinqatel Kważi xahar wara l-qtil ta' Caruana Galizia, Efimova tkun intervistata mit-Times ta' Londra. Hija ssostni illi telqet minn Malta għax beżgħet għal ħajjitha. Aktar minn hekk hija allegat, liema allegazzjoni għamlet it-titlu tal-istess gazzetta ewlenija Ingliża, illi jekk terġa' tiġi Malta hi tinqatel. Hi qalet ukoll li kienet wissiet lil Daphne Caruana Galizia biex tagħmel l-istess u titlaq għax kemm iddum Malta, anke ħajjitha tinsab fil-periklu. Titkellem mal-MEPs li ġew Malta F'Diċembru delegazzjoni ta' Membri Parlamentari Ewropej ġiet Malta biex tistħarreġ aktar dwar is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Din id- delegazzjoni kellha tipprepara rapport dwar pajjiżna. Jirriżulta li bħala parti mill-preparamenti għal dan ir-rapport dawn l-istess MEPs, fosthom il-Malti David Casa u l-Portugiża u Soċjalista Ana Gomes, kienu tkellmu ma' Efimova permezz ta' video conference. Il-gazzetta ILLUM permezz ta' intervista ma' Gomes kienet żvelat illi, minkejja rapporti l-kuntrarju, Efimova m'għaddietx dokumenti lil dawn il-Membri Parlamentari Ewropej. Gomes qalet ukoll iżda li dawn l-MEPs jinsabu ferm imħassbin għas-sigurtà ta' Efimova u żvelat illi sar kuntatt mal-awtoritajiet tal- pajjiż fejn tinsab biex tkun aċċertata s-sigurtà taggħa u tal-familja tagħha... Intant r-rapport finalizzat ta' dawn l-MEPs reġa' qajjem diskussjoni hekk kif l-istess rapport jikkwota lil Efimova tindika li hija ma kinitx is-sors oriġinali tal-istejjer li ħarġet Daphne Caruana Galizia . Dan qajjem bosta mistoqsijiet hekk kif s'issa kien kważi fatt aċċettat u dejjem irrapportat li Efimova kienet il-mara wara dawn l-allegazzjonijiet. Titlob għall-ażil u jriduha arrestata f 'Ċipru... U finalment din il-ġimgħa kien żvelat fuq gazzetta Ċiprijotta illi ditta legali mill-istess pajjiż qed titlob lill-pajjiż biex Efimova tkun arrestata u dan wara li qed jakkużawha illi erba' snin ilu serqet mill-istess post tax- xogħol. Il-Pulizija qalu li damu biex ħarġu l-mandat t'arrest internazzjonali minħabba li l-investigazzjonijiet damu għaddejjin. Intant l-istess gazzetta Ċiprijotta żvelat kif Efimova qed titlob ażil politiku. Indħil politiku mir-Russja Finalment f 'nofs kampanja elettorali artiklu fuq is-sit intelligenceonline.com, allega illi Efimova kienet parti minn logħba minn Putin biex jiddistabbilizza l-Gvern Malti. Dan minħabba li ma konniex tajna permess lis-sottomarini Russi biex jidħlu fil-baħar Malti u jingħataw il-fjuwil huma u sejrin is-Sirja. Naturalment l-aħbar kienet milqugħa b'ammont mhux żgħir ta' ċiniżmu. Il-kapitlu finali ta' Efimova għad irid jinkiteb... li huwa ċert hu li xi ħadd qed jigdeb. Xi ħadd qed jaħbi jew jinħeba. U l-mannara se taqa' fuq għonq xi ħadd. Issa naraw... tal-ħin li ma trid tisplodi qatt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018