Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum 19 19 B ħalissa qed nikteb dan l-artiklu s-Sibt filgħodu, jiġifieri matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu tal-ġurnata tat-tnedija ta' Valletta 2018. Qiegħed nikteb dan l-artiklu mill-Belt Valletta stess u l-atmosfera fl-arja tħoss is- sentiment ta' stennija għall- ikbar festa kulturali li qatt rajna. Inti li qed taqra dan l-artiklu, diġà rajt u għext dak li kellna ppreparat għalik. Jien li nista' nitkellem fuq il- preparamenti kbar li wettaqna. Matul il-ġimgħa kull min daħal il-Belt seta' jara strutturi kbar u spettakolari li qatt ma rajna bħalhom qabel. Sew jekk huma figuri ġganteski, sew jekk huma nies imdendlin fl-għoli, sew jekk huma projezzjonijiet fuq il-faċċati tal-binjiet ewlenin, in-nies li ttawlitilhom inbnitilha kurżità kbira dwar dak li se jaraw fil-ftuħ ta' Valletta 2018. Ilbieraħ kellna wkoll reception uffiċjali ma' mistednin barranin li ġew iżuruna għal Valletta 2018 li huma magħmulin minn persuni li ħadmu fil- Capital of Cultures tas-snin mgħoddija. Kien hemm ukoll rappreżentanza sabiħa minn Matera, belt fl-Italja li matul is- sena d-dieħla se jkollha hi t-titlu ta' Belt kapitali kulturali. Kollha kellhom kliem enormi ta' tifħir għal dak li wettaqna s'issa. Kulħadd jistagħġeb kif pajjiż żgħir bħal Malta, probabbli iżgħar mill-bliet innifishom li qed jirrappreżentaw, jirnexxilu jtella' dawn l-affarijiet kollha. Il-futur Meta nitkellmu dwar Valletta 2018 nitkellmu wkoll dwar il- futur tal-Belt Valletta u l-legat li rridu nħallu u nkomplu nibnu fuqu għas-snin li ġejjin. Diġà għidna li dak il-ħafna ġid li ksibna b'ħidmet il- Fondazzjoni 2018 ma għandux jisparpalja fl-erbat irjieħ imma jrid jikkonsolida ruħu f 'entità ġdida li fi tmiem il-Valletta 2018 tkompli twettaq u tibni fuq il-ħafna xogħol tajjeb li sar fl-aħħar snin. Din tkun ukoll opportunità biex il-Kunsill għall-Arti, waqt li jkompli jtejjeb dak il-ħafna tajjeb li diġà jagħmel il-Belt, jimrah iktar fit-triqat u l-bankini tal-irħula u l-kommunitajiet ta' pajjiżna ħalli l-poplu Malti u Għawdxi kollu jiġi mdakkar mis-sbuħija tal-kultura. Il-ħaddiema li jaħdmu f 'Fondazzjoni Valletta 2018 huma nies tajbin immens b'ħiliet u kapaċitajiet impressjonanti. Ħadt gost ħafna l-mod kif it-team ingħaqad qaqoċċa u ħadem tant tajjeb fl-aħħar snin taħt il- gwida għaqlija ta' Jason Micallef u Catherine Tabone. Konvint li nkun qed nitkellem ukoll f 'isem sieħbi Deo Debattista meta ngħid li nies bħal dawn huma ġojjell li rridu bħala pajjiż nibżgħu għalihom u nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li kapaċi joffru. Proġetti ta' restawr Fl-aħħar ġimghat inawgurajna għadd ta' proġetti ta' restawr fil-ħin għat-tnedija ta' Valletta 2018. Proġett wieħed wara l-ieħor li litteralment qata' nifs il-pubbliku li baqa' impressjonat bis-sens tremend ta' tmexxija u effiċjenza li wrejna biex kollox tlesta fil-ħin u sad-dati miftehma. L-ewwel bdejna bir-restawr tal-faċċata ta' Palazzo Ferreria li hu l-ewwel palazz li jilqgħek hekk kif tidħol il-Belt Valletta. Imbagħad komplejna bir- restawr tat-Teatru Manoel (b'fondi Ewropej). Imbagħad ir-restawr tal-eks Cafè Premier li ngħata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Imbagħad bir-restawr tal-faċċata ta' Palazzo Verdelin li hu l-ewwel ħaġa li tara fi Pjazza San Ġorġ. Imbagħad ir-restawr tas-swar tal-Waterfront fil-Floriana li huma l-ewwel ħaġa li jaraw it-turisti hekk kif jidħlu bil- cruiseliners. Imbagħad ir- restwr ta' Palazzo Castellania li jikkumplimenta r-restawr li sar f 'Kastilja u l-faċċata tal-Auberge d'Italie iktar kmieni. Finalment forsi l-iktar restawr li hu għal qalbi, dak tal-Knisja tal-Ġiżwiti fejn irrestawrajna l-esterjur b'mod komplet bis-soqfa b'kollox u ggarantejna futur għal din il-ġawhra tant sabiħa li forsi għad irridu niskopruha u ngħożżuha iktar bħala poplu Malti u Għawdxi. Tara kif kienu u tara kif ġew illum – tgħid ill aħwa x'differenza. Xi ġmiel. Ma' dawn ma rridux ninsew ir-restawr tat-Tritoni li fih aħna tajna assistenza lill-Ministeri l-oħra li ħadu ħsieb dan il- proġett. Xogħol eċċezzjonali li jagħmel unur lil kull min ħadem Sintendi ma rridux lanqas ninsew ir-restawr estensiv li għamilna matul il-legiżlatura li għaddiet f 'postijiet ikonici fil-Belt Valletta, mhux l-inqas il-Forti Sant'Iermu. Grazzi ħafna lill-periti, ħaddiema u kuntratturi tad- Direttorat tar-Restawr għax- xogħol eċċezzjonali li sar. Kull ġurnata fl-aħħar jiem kienet aħbar oħra pożittiva għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Dan għadu mhux kollox! L-aħbar it-tajba hi li dan għadu mhux kollox. Issa li tlesta r-restawr fuq dawn il-postijiet kollha l-ħsieb hu li matul is-sena, bħala parti mill-festeġġjamenti, inkomplu ninawguraw proġetti essenzjali għas-settur kulturali. Ewlieni fosthom il-MUŻA. Dan se jkun mużew għall-arti (b'fondi Ewropej) innovattiv għall- aħħar li se joffri esperjenza eċċezzjonali għal kull min iżuru. Kollox qiegħed on track u minn dak li orewni hemm affarijiet litteralment iħalluk bla kliem. M'għandix dubju li l-poplu Malti se jieħu gost ħafna b'dak li għandna lest għalih. Però kollox f 'ħinu u f 'waqtu! Apparti l-MUŻA, matul din is-sena se nagħtu togħmiet tajba ħafna għal dak li għandna lest għall-pubbliku Malti u Għawdxi u għat-turisti li jżuruna f 'dak li għandu x'jaqsam erba' proġetti oħra maġġuri fis-settur kulturali l-ispazju għall-arti kontemporanja (MICAS) li se jkun ġmiel ta' proġett b'fondi Ewropej fil-Furjana li jien eċitat ħafna ħafna dwaru, id-Design Cluster li se jirriġenera ż-żona tal-Mandraġġ b'fondi Ewropej ukoll, l-esperjenza tal-Karnival u r-Rock Hub b'dawn tal-aħħar ikunu barra mill-konfini tal-Belt u l-Furjana imma xorta waħda viċin iż-żona tal-Port. Il-poplu se jieħu gost immens b'dawn l-erba' proġetti oħra li se jkunu parti mil-legat straordinarju li se jħalli warajh Valletta 2018. Ma' dawn irridu nżidu l-proġett tar-Restawr tal-Palazz tal-President li hu restawr long-term, b'fondi Ewropej, li se jagħti lura lill-poplu l-Palazz kif qatt ma rajnieh qabel. Fuq dan il-proġett qed jaħdmu Heritage Malta u d-Direttorat tar-Restawr flimkien. Dan se jkun rigal stupend lill-poplu fis-snin li ġejjin matul din il- legiżlatura stess. In-naħa t'isfel tal-Belt Il-Gvern hu kommess ukoll li jirriġenera n-naħa t'isfel tal- Belt li hija prijorità. Hemm potenzjal tremend biex din il-parti terġa' tieħu l-ħajja. Mhux il-Belt biss Sintendi l-kultura mhijiex il-Belt biss… u hu proprju għalhekk li nidejna fl-aħħar jiem il-programm ta' Teatru Malta (l-ewwel wieħed fl- istorja) fit-teatru Pandora fiż-Żejtun. Minn dawn irridu ħafna iktar. Hemm programm ta' restawr estensiv fid-diversi kommunitajiet u kif ukoll proġetti kulturali eċitanti – minn għajnuna għall-baned għal għajnuna lill-piroteknika għal proġetti flimkien mal- entitajiet kulturali fl-irħula. Dawn huma kollha affarijiet li se jgħinu biex il-kultura tixxerred iktar fil-pori tat- toroq u d-djar tagħna. Kemm hi sabiħa l-kultura hux veru? Kemm jien kburi li jien Malti u kburi b'dak kollu li rnexxielna niksbu flimkien. Ħidma bla preċedent OWEN BONNICI Opinjoni Il-Gvern hu kommess ukoll li jirriġenera n-naħa t'isfel tal-Belt li hija prijorità. Hemm potenzjal tremend biex din il-parti terġa' tieħu l-ħajja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018