Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

Aħbarijiet 22 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Tajba Miriam! Tajba din Miriam Dalli tal-Labour toħroġ stqarrija fuq il-plastik u tgħid kemm qed nagħmlu ħsara lill-ambjent u ovjament tfakkarna li hi r-rapporteur tal-grupp soċjalista. Ovjament il-Partit Laburista ħareġ l-istqarrija. Imma li ma qalitx Miriam Dalli li l-gvern tagħha ma għamel xejn fuq il-plastik. Anzi neħħa t-taxxa eko fuq il-plastik u ma għamel xejn biex jikkastiga minn jipproduċa fil-plastik. Miriam parir żgħir minflok ma toħroġ stqarrija mhux aħjar tindirizza lil Joseph! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Delia u t-taxxi U Delia qal li ser iħallas it-taxxi dovuti. Ħaqq dik qal hekk l-aħħar darba u ta' qabel. Jien ma nafx, imma jiena naħseb li dan Delia qed jitnejjek bina. Għax sempliċiment għandu vuċi ta' xi attur Amerikan tal-ħamsinijiet u għandu mara qisha pupa ma jfissirx li jista' jiżgiċċa milli jħallas it-taxxa. U fuq kollox jiena għadni ma nistax nifhem kif qed jgħix bid-dejn li għandu u l-ispejjeż li għandu. Ma ninsewx ħamest itfal, kollha kemm huma ġo skejjel privati. Jekk dan jaħseb li mhux ser nkomplu nistaqsuh kif jagħmel il-flus mela hu żbaljat. Fearne u l-ħelikopter Fil-parlament Chris Fearne prova jiddefendi li l-gvern iħallas €2,700 kuljum… iva kuljum biex iżomm helicopter għal dawk il-sangisugi l-VGH. Il-VGH huma dawk li ħadu l-isptar u wara ftit xhur indunaw li ma għandhomx flus biex ibossu. Imma Alla jbierek għandhom jew sabu flus biex iħallsu lil Lou Bondi 'l fuq minn €3,000 fix-xahar. Isma' Dottor Fearne, €2,700 kuljum aħjar tajthom lill- armata li joffrulek servizz ta' ħelikopter meta jkun hemm bżonn. Iż-Żonqor U niġu għal din tal-American University. Isma' ħa nfakkarkom ftit, ftit qabel ma ħabbar il-Prim Ministru li kien ser jagħti art fiż-Żonqor kien wiegħed (wara r-referendum tal-kaċċa) li kien ser ikun sensittiv għall-ambjent. U kif nafu dawk il-wegħdi solenni dejjem ikunu wegħdi solenni taż-żeta. Għax minn dakinhar 'l hawn ħlief żvilupp bla tmiem u ta' qżież ma rajniex f 'dan il-pajjiż u rajna wkoll università li bdiet fuq sieq ħażina. Imbagħad jiġi s-sindku ta' Marsascala u jpinġi l-iżvilupp taż-Żonqor bħallikieku sab id-deheb. Jaqaw sab iż-żejt dan? Klawdju ma jħobbx festi Klawdju Grech qal li mhux ser jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta2018 għax hemm ħafna nies ġol-Belt li għandhom 'housing substandard' u l-bankini f 'stat tal-biki. Biex iservi tal-pappagall tiegħu l-eks kollega Manuel Delia nfexx f 'attakk kontra l-Valletta2018 bil-Mlati l-aħjar deskrizzjoni għal bniedem bħal dan hija 'għajjur'. Insomma, li jrid ngħid li Grech qalli li hu mhux verament ma xtaqx jmur għall-ftuħ imma jixtieq joqgħod id-dar u jistrieħ fuq is-sufan fil-kumdità ta' daru u mhux jitħallat mal-popolin. Qalli wkoll li bejnietna ħafna mill-problemi tal-'housing' huma frott il-politika ħażina fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. U kompla billi qal li jgħir li Valletta2018 ser tkun suċċess daqstant kbir. Il-Bonello sparixxa Mela telaq David Bonello minn PRO jew portavuċi jew inkella papagall tal-PN. U dan wara ftit xhur fil-post. Isma', jien ma nafx għalfejn telaq, Delia qalilna mhux prudenti li jgħidilna għalfejn telaq. Aħna smajna mhux minħabba l-paga għax wara kollox kellu paga tajba, isma' mhux tajba daqs l-oħrajn imma tajba. Il-problema hi li biex inkunu sinċiera hu kellu problema jifhem min hu s-segretarju ġenerali, Clyde Puli jew Pierre Portelli. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Irrestawrata l-Knisja tal-Ġiżwiti b'investiment ta' €600,000 DAWN ix-xogħlijiet saru minn kuntratturi privati taħt is-superviżjoni tad-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il- Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali b'investiment ta' €600,000. Ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Knisja kien ikopri aktar minn 2,100 metru kwadru ta' ħitan. Ix-xogħol tas-saqaf kien jin-kludi aktar minn 2,800 metru kwadru ta' ħitan u aktar minn 860 metru kwa-dru ta' interventi fuq is-soqfa. Ix- xogħol beda f 'Marzu tal-2016 u ġie kon-kluż f 'Jannar 2018. Ix-xogħol ta' restawr kien sar fuq il-faċċata kif ukoll fuq il-bejt. Ix-xogħol relatat mal-bejt kien jinkludi l-koppla, il-kampnar, ħafna mill-bejt u l-kuppletti li kienu ddeterjorati ħafna. Dan kien riżultat tal-effetti ambjentali kif ukoll l-inaċċessibiltà ta' dawn iż-żoni, u nuqqas ta' manutenzjoni. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-bdil ta' ġebel, tikħil ta' fili, konsolidament tal-ġebel iddeterjorat, bini mill- ġdid ta' waħda mil-lanterni kif ukoll ir-restawr tad-deffun fuq xi partijiet tal-bejt u l-koppla. Sar ukoll restawr tal-faċċati li jagħtu fuq Triq Merkanti, Triq l-Arċisqof u Triq San Pawl. Hawn kien jispikka l-ħmieġ li kien hemm mal-faċċati, ħmieġ li kien ilu jinġema' ħafna snin. Kien hemm ukoll ħsara fil-ġebla u sinjali ta' ċaqliq viċin il-kantuniera bejn Triq Merkanti u Triq l-Arċisqof. Sar monito-raġġ tal-konsenturi li kien hemm għal sena sħiħa biex ikun assigurat li ma hemmx aktar ċaqliq f 'din il-kantuniera. Għalhekk ix- xogħlijiet ma kinux jin-kludu biss il-bdil ta' ġebel, tikħil ta' fili u l-konsolidament tal-ġebel iddeter-jorat, imma wkoll ħafna tindif l-aktar fil-partijiet l-għolja tal-faċċati. Saru wkoll interventi fuq l-aperturi li hemm mal-faċċati kollha. Il-Knisja, mibnija mal- Università l-Qadima, sofriet ħsarat kbar fi splużjoni li seħħet fl-1634 u Francesco Buonamici, l-inġinier militari residenti tal-Ordni, issejjaħ biex jirranġaha u jkabbarha. Huwa ttrasforma l-Knisja minn spazju mudlam għal wieħed aktar imdawwal u ddekorat. Hu bena mill-ġdid il-faċċata li tagħti fuq Triq Merkanti fuq stil Mannerist. Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti l-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentati Deo Debattista, ir-Rettur tal-Università ta' Malta Al-fred Vella u ċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef. Ritratt DOI Omar Camilleri Milied tajjeb għan-negozjanti Għawdxin HEKK kif ġie fi tmiemu l-perjodu festiv f 'Għawdex bil-wasla tat-tliet slaten maġi, aktar kmieni dan ix-xahar, jirriżulta li din is-sena dan il-perjodu kien wieħed tajjeb għan-negozju fil-gżira Għawdxija. Skont statistika mill- Gozo Channel, jirriżulta li matul ix-xahar ta' Diċembru 2017 sas-7 ta' Jannar 2018, qasmu b'kollox 464,837 passiġġier u 141,349 vettura kkumparat ma' 438,001 passiġġier u 135,921 vettura li qasmu l-fliegu f 'dan l-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan ifisser li kien hemm żieda ta' 6% fil- passiġġieri u żieda ta' 4% fil-vetturi li qasmu bejn iż-żewg gżejjer. L-aktar ġurnata li fiha qasmu passiġġieri u vetturi kienet it-Tlieta, 26 ta' Diċembru 2017 meta qasmu b'kollox 22,586 passiġġier u 5,517 vettura. Dan l-influss qawwi ta' Maltin u ta' turisti lejn Għawdex kien dovut għal ħafna fatturi, fosthom id- diversi attivitajiet marbuta mal-Milied miġburin taħt il-programm 'Milied f 'Għawdex'. Fost id-diversi attivitajiet li ġibdu dan it-turiżmu intern lejn Għawdex kien il-programm estensiv li nfirex tul il- perjodu ta' Novembru sa Jannar u li inkluda fih 'Betlehem f 'Għajnsielem', id-diversi presepji ħajjin oħrajn fin-Nadur u fix- Xagħra, kunċerti mużikali u korali tal-Milied, numru impressjonanti ta' presepji għall-wiri madwar Għawdex kif ukoll l-attrazzjoni unika ta' Villa Rundle.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018