Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • Regoli aktar b'saħħithom li jħaff u l-iff riżar tal-assi tat-terroristi • Ħidma aktar biex ma jkunx hemm sorveljanza żejda fuq iċ-ċittadini Jes HUWA mistenni li Malta tkompli ssaħħaħ l-isforzi kontra l-kriminalità hekk kif l-Ewropa tinsab fit-triq li tapprova rakkomandazzjonijiet li l-Parlament Ewropew qed iressaq għall-iffriżar tal-assi u l-flus ta' persuni li jinstab li huma parti minn ċrieki kriminali jew terroristi. Dan hekk kif il-Kumitat LIBE tal- Parlament Ewropew ap-prova rapport tal-MEP Franċiża tal-Liberali Nathalie Griesbeck. Fl-Ewropa, Qorti tista' tordna l-ikkonfiskar tal- flus, jew propjetà jew assi ta' persuna, li tinstab li hija assoċjata mat-terroriżmu jew fil-kriminalità. Dan l-iffriżar u l-ikkonfiskar tal-assi jitqies bħala mod effettiv sabiex terroristi ma jkunux f 'pożizzjoni li jwettqu l-attakki terroristiċi li jkollhom il-ħsieb li jwettqu. Il-EUROPOL iżda tqis li huma biss 1.1% jew €1.2 biljun tal-assi tal- kriminali li fil-verità jiġu kkonfiskati mill-Qrati. Ordni għall-ikkonfiskar tal- assi issa jista' joħroġ ukoll jekk il-persuna kkonċernata tkun ħarbet mill-ġustizzja Bid-dħul fis-seħħ tar- rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' Griesbeck, se jkun ferm ak-tar faċli li pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jitlob l-ikkonfiskar jew l-iffriżar tal-assi, li persuna jista' jkollha f 'pajjiż ieħor tal-Unjoni. Dan għaliex l-ordni tal- ikkonfiskar jista' joħroġ anke jekk l-assi ma jkunux dħul direttament mill- kriminalità li tkun twettqet, jekk l-assi jkunu ta' persuni terzi, jew jekk il-persuna akkużata taħrab lill-forzi tal-ordni u għalhekk ma tiskontax priġunerija. Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu wkoll kumpens mgħaġġel lill-vittmi jew lill-familjari tagħhom. L-MEPs iridu li l-ikkonfiskar isir fi żmien 20 ġurnata u mhux f '60 ġurnata kif oriġinarjament irrakkomandat il- Kummissjoni Ewropea. Dan sabiex il-kriminali ma jkollhomx ċans li jċaqalqu l-assi tagħhom. F'Diċembru tal-2016, bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni kontra l-finanzjament tat- Terroriżmu, il-Kummissjoni Ewropea kienet ressqet regolamenti Ewropej ġodda bħala direttiva li tikkriminalizza l-ħasil tal- flus. Il-miżuri jinkludu, infurzar fuq il-kontroll tal-flus, b'tisħiħ tal-kontrolli fuq persuni li jidħlu jew jitilqu mill-Unjoni Ewropea b'€10,000 jew aktar fi flus kontanti, li l-possibilità li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jaġixxu fuq l-ammonti inqas meta jkun hemm suspett. Dan filwaqt li jissaħħaħ il-qsim tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni. L-iffiżar u l-ikkonfiskar ta' assi finanzjarji bejn pajjiż u ieħor mistenni li jwassal għal strument uniku. Hekk kif il-Kumitat LIBE b'47 vot favur approva r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta' Griesbeck, ir- rapport mistenni li jitressaq għall-vot fil-plenarja tal- Parlament Ewropew u meta dan jiġi approvat jibdew id- diskussjonijiet mal-Ministri fil-Kunsill Ewropew. Il- liġijiet Ewropej il-ġodda jidħlu fis-seħħ fi żmien sitt xhur. Parallela għaddeja d-diskussjoni sabiex tagħmir ta' sorveljanza ma jintużax bi skop ta' spjunaġġ fuq in-nies Hekk kif kwistjoni bħal din tista' tqajjem id-diskussjoni fuq kontroll żejjed fuq iċ-ċittadini, fl-Ewropa komplew il-miżuri sabiex tagħmir ta' sorveljanza ġenerali ma jintużawx għall-iskop li jikkontrollaw lin-nies, bi ksur tad-drittijiet fundamentali. L-Unjoni Ewropea għandha regoli sabiex tara li tagħmir teknoloġiku għall-użu tal- kontroll ċivili fl-Ewropa ma jispiċċax jintuża għall-abbuż jew għal skopijiet oħra me- ta dan jiġi esportat. Fost it-tibdil ewlieni li qed jintalab li jsir huwa biex tissaħħaħ il-prevenzjoni mill-abbuż ta' teknoloġija tas-sorveljanza, li reġim awtoritarju jista' juża sabiex jispija lin-nies, kemm biex ikun hemm aċċess ta' kompjuters jew interċettar ta' mowbajls. It-tħassib jirrigwardja li tagħmir teknoloġiku bħalma pereżempju huma reatturi nuklea-ri, li l-għan primarju tagħhom ikun għall-enerġija jispiċċaw fl-armi jew missili. 1% biss tal-assi tat-terroristi jiġu kkonfiskati fl-Ewropa F'Diċembru tal-2016, bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni kontra l-finanzjament tat-Terroriżmu, il- Kummissjoni Ewropea kienet ressqet regolamenti Ewropej ġodda bħala direttiva li tikkriminalizza l-ħasil tal-flus.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018