Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Kwistjonijiet ta' tassazzjoni L-ILLUM tagħti ħarsa lejn is-sistema ta' refużjoni tat-taxxa li titħaddem f 'pajjiżna li f 'dawn l-aħħar ġranet irċeviet kritika ħarxa minn MEPs fi l-Parlament Ewropew kif ukoll minn numru ta' ġurnalisti u preżentaturi ta' dibattitu f 'pajjiżi oħra Ewropej. HEKK kif ftit tal-ġimgħat ilu f 'Malta daħlet fis-seħħ id-direttiva tal-ħasil tal-flus magħrufa bħala AMLD4, sar ferm iżjed importanti l-qsim tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, bl-awtoritajiet f 'Malta jaħdmu aktar id f 'id mal-awtoritajiet tal-pajjiżi l-oħra. Matul dawn l-aħħar xhur rajna ħafna pajjiżi li diretta-ment jew indirettament attakkaw is-sistema tat-taxxa f 'Malta, saħansitra wkoll bi programmi televiżivi u dibattiti. Ġurnalisti u preżentaturi jlaqqmu lil Malta bħala 'tax haven' u oħrajn jallegaw li qed nisirqu lill-pajjiżi l-kbar, argument li għal uħud ma jagħmilx sens fil-kuntest li l-ekonomija ta' Malta, għalkemm qed tikber b'rata mgħaġġla, mhix kbira daqs dik tal-Ġermanja jew Franza. Is-sistemi ta' tassazzjoni f 'Malta kienu ġew innegozjati qabel id-dħul fl-UE Kemm Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat kif ukoll il-Gvernijiet Laburisti tal-preżent jaqblu li s-settur finanzjarju huma meħtieġ li jiġi kkurat u li jingħata inċentivi sabiex ikompli jikber, għaliex joffri opportunitajiet ta' xogħol b'pagi tajbin. Dan meta l-istess settur qed ikompli jespandi u fi żmien il-kriżi internazzjonali matul is-snin wara l-2008, dan is-settur flimkien mal-Gaming aktar tard kienu l-pilastri sabiex l-ekonomija tagħha ma ħaditx daqqa kbira bħal dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej. Filwaqt li pajjiżi bħall-Italja u l-Ġermanja jattakkaw is-sistema tat-taxxa adottata għall-kumpaniji barranin li jiftħu hawn, din kienet parti mill-ftehim li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien innegozja, parti mit-taħdidiet dwar l-'Acquis Communitaire' jew aħjar għad-dħul fl-Unjoni. Is-sistema ta' refużjoni ta' taxxa mhix illegali Is-sistema ta' refużjoni tat- taxxa ta' 30% li pajjiżna jagħti lill-azzjonisti ta' kumpaniji li jiftħu f 'Malta mhix illegali u lanqas mhi kif qed jippruvaw ipinġuha pajjiżi oħra, għaliex sabet l-approvazzjoni tal- Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Għalkemm id-direttiva tal-ħasil tal-flus AMLD4 m'għandhiex x'taqsam mar-refużjoni tal-kreditu tat-taxxa, din se tagħmilha possibbli li ssir magħrufa ċertu tip ta' informazzjoni fil-mod ta' kif taħdem kumpanija. L-aktar importanti bla dubju hija li jrid ikun magħruf min ikun il-benefiċċarju aħħari ta' kumpanija, il-UBO. Fid-dawl ta' dawn id-dibattiti li jinsabu għaddejjin dwar is- sistema tat- tassazzjoni tagħna, l-ILLUM tkellmet ma' esperti finanzjarji dwar din is-sistema. Biex inġibu eżempju għall- qarrejja, persuna li tagħżel li tiġi tiftaħ kumpanija f 'Malta, tistabbilixxi 'trading company' għall-operat u biex tħaddem lin-nies. Ġeneralment l-investitur jagħżel li jistabbilixxi wkoll dik li hija magħrufa bħala 'holding company' jew li jkun il-benefiċċarju aħħari (UBO). Il-UBO tista' tkun persuna oħra jew inkella kumpanija oħra. Il- 'holding company' wkoll tkun ibbażata f 'Malta u hija din jew il-UBO, li jirċievu r-refużjoni ta' 30% u 35% tal-profitti ntaxxati. Jekk il-'holding company' tgħaddi l-profitti ġġenerati lill- UBO, dan irid jiddikjara kollox fit-taxxa tad-dħul per- sonali fil-pajjiż li tiegħu huwa residenti. Il-pajjiż li fih ikun residenti l-azzjonist jista' jintaxxa kull qligħ jew kull refużjoni ta' taxxa li jkun ingħata skont il-liġijiet appli- kabbli. F'dan il-kuntest ukoll huwa neċessarju l-qsim tal-informazzjoni tat- taxxa bejn l-awtoritajiet jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Ferris bi protest ġudizzjarju biex jiġi rikonoxxut bħala 'whistleblower' JONATHAN Ferris ressaq protest ġudizzjarju lill-Avukat Ġenerali sabiex jiġi rikonoxxut bħala 'whistleblower' u li se jżomm lilu u lill-Gvern responsabbli għal kull negliġenza fil-qadi ta' dmirijiethom. L-eks Spettur Jonathan Ferris, li jispeċjalizza f 'każijiet ta' frodi, kien tkeċċa mill-FIAU f 'Ġunju tas-sena li għaddiet. Huwa qed isostni li t-terminazzjoni tal- impjieg kien illegali u abbużiv, b'riżultat ta' ndħil ministerjali. L-avukati ta' Ferris ilhom minn Novembru jiktbu lil uffiċjali tal-Gvern skont l-Att tal-Whistleblowers tal-2013, biex jingħata l-protezzjoni skont il-liġi. L-avukati qed isostnu wkoll li, aktar kmieni dan ix-xahar kitbu lit-Taqsima tal-Whistleblowing fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema tweġiba kienet tgħid li Ferris għandu jgħid x'inhi l-informazzjoni għandu qabel jiġi rikonoxxut bħala 'whistleblower'. L-avukati Jason Azzopardi u Andrew Borg Cardona fissru li huwa insult li Ferris jintalab jgħid x'informazzjoni għandu qabel jingħata l-protezzjoni ta' 'whistleblower'. Qalu li dan huwa kuntrast mal-mod kif l-istess Gvern mexa u fl-2014, l-Avukat Ġenerali ħareġ għexieren ta' ċertifikati ta' immunità lil aktar minn 600 persuna involuti fl-iskandlu tat- tbagħbis tal-'ismart meters'. Ħelsien mill-arrest wara li heddidha b'sikkina u bi vjolenza fuq familtha RAĠEL ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat illi attakka lil martu b'sikkina, f 'dak illi jidher li huwa każ ieħor ta' vjolenza domestika. L-akkużat li għandu 36 sena u li ismu ma jistax jixxandar b'ordni tal-Qorti kien imressaq quddiem il-Maġistrat Monica Vella, akkużat li attakka lill- mara u kkawżalha ġrieħi ta' natura gravi. Kien akkużat ukoll illi heddidha b'sikkina u bi vjolenza fuqha u fuq il-familja tagħha. Kien akkużat ukoll illi huwa riċediv. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Benjamin Valenzia spjega kif dawn it-tnejn kienu argumentaw dwar flus hekk kif kellhom diffikultajiet finanzjarji li jmorru lura s-snin. L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ordnat li r-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €500. Ordnat ukoll li jkun hemm ordni ta' protezzjoni għall-mara, li quddiem il-Qorti dehret bit-tbenġil fuq wiċċha. Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Charlotte Curmi filwaqt li l-Avukat Alfred Abela deher għall- vittma.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018