Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714
9 Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet f 'Malta… qed niksru l-liġi? fiskali fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Għall- mistoqsijiet tal-ILLUM dwar dan, Kelliema għall- Ministeru tal-Finanzi qalet li hemm diversi metodi internazzjonali li taħthom jistgħu jkunu trattati talbiet għall-qsim tal- informazzjoni dwar it-taxxa. Dan jinkludu wkoll direttivi Ewropej għall-koperazzjoni, trattati għall-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa doppja bejn pajjiż u ieħor, il- konvenzjoni tal-OECD u konvenzjonijiet oħra. Qalet li f 'konformità ma' dawn l-obbligi internazzjonali, l-informazzjoni relatata mat-taxxa b'konnessjoni ma' refużjoni ta' flus tingħata meta t-talbiet isiru mill- awtoritajiet fiskali barranin dwar it-taxxa. Jirriżulta li kull sena jsiru medja ta' ħames talbiet ta' din ix- xorta u li l-awtoritajiet taw l-informazzjoni li ntalbet. 'L-allegazzjonijiet li qed isiru mill-midja barranija huma inġusti' L-esperti finanzjarji li tkellmu mal-ILLUM spjegaw li l-allegazzjonijiet li qed isiru mill-midja barranija huma inġusti. Irrimarkaw li l-kritika huma fuq il-ftuħ ta' 'hol-ding company' li tkun f 'Malta u allura t-taxxa imħallsa tibqa' f 'Malta u mhux fil-pajjiż tal- oriġini tal-investitur, iżda l-ikbar kritika qed issir lejn il-ftuħ ta' 'trusts' f 'pajjiżi oħra b'ġurisdizzjoni differenti, li mhix Ewropea. Jissemmgħu l-Panama, il-British Virgin Island, Jersey u Barbados. L-esperti qalulna iżda li minn dan kollu m'hemm xejn illegali. Mill-Panama Papers u l-Paradise Papers irriżulta li kien hemm 'trusts' u kumpaniji li nfteħu f 'pajjiżi b'segretezza fil-ġuridizzjoni finanzjarja tagħhom, u ġie rrappurtat li dan sar għal skopijiet ulterjuri, fosthom l-evażjoni tat-taxxa. Matul ix-xhur li għad-dew iżda l-Unjoni Ewropea ppubblikat lista ta' 17-il pajjiż li huma 'blacklisted' li huma s-Samoa, il-Bahrain, il- Barbados, Grenada, Guam, il-Korea, Makaw, il-ġżejjer Marshall, il-Mongolja, in-Namibja, il-Palau, il- Panama, St Luċija, Trinidad u Tobago u l-Emirati Għarab Magħquda. L-Unjoni Ewropea tqis dawn il-pajjiżi bħala ġuri-dizzjonijiet perikolużi li jistgħu jwasslu għall-ħasil tal-flus minħabba l-privatezza u s-segretezza tagħhom u n-nuqqas ta' koperazzjoni ma' awtoritajiet finanzjarji Ewropej. Il- kritika allura tikkonċentra li UBO jaf jiddeċiedi jiftaħ 'trust' dawn il-pajjiżi biex jevita li jħallas it-taxxa f 'pajjiżu, għalkemm din mhix prattika li dejjem issir. L-ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Finanzi dwar din ir-refużjoni tat-taxxa, bil- kelliema għall-Ministeru spjegat li Malta tħaddem sistema fejn it-taxxa ġe- nerali mħallsa minn kumpanija bir-rata ta' 35% fuq il-profitti (li huma suġġett għall-ħlas ta' taxxa) hija attribwita u kkreditata kontra t-taxxa li jkun irid iħallas l-azzjonist fuq il-profitti mqassma mill-kumpanija. Spjegat li għalhekk taħt din is- sistema, it-taxxa mħallsa mill-kumpanija hija ħlas bil-quddiem tat-taxxa li finalment trid titħallas mill- azzjonisti la darba t-taxxa finali hija determinata, b'referenza għall-istatus ta' taxxa tal-azzjonist la darba jkun hemm tqassim tal- profitti. Ir-refużjoni tvarja skont in-natura tal-profitti li jkunu saru u jekk tkunx saret talba għall-benefiċċju mill-ħlas ta' taxxa doppja. Il-Kelliema spjegat li hawn regoli dettaljati kif ukoll provedimenti kontra l-abbuż. Għal min fil-midja barranija allega li din ir- refużjoni hija għajnuna statali diretta, jir-riżulta iżda li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea kellhom isiru ċertu tibdiliet biex Malta tiġi konformi mar-regolamenti Ewropej fosthom ir-Regoli tal-Għajnuna Statali u l-Kodiċi tal-Kondotta tal- Business Taxation. Ewropea. Jissemmgħu b'segretezza fil-ġuridizzjoni finanzjarja tagħhom, u ġie rrappurtat li dan sar għal l-privatezza u s-segretezza tagħhom u n-nuqqas ta' suġġett għall-ħlas ta' taxxa) saret Żagħżugħa li qed tistenna tarbija akkużata b'attentat ta' qtil ŻAGĦŻUGĦA ta' 19-il sena minn Bormla, li qed tistenna tarbija, inżammet taħt arrest wara li ġiet akkużata b'attentat ta' qtil ta' seba' persuni fi ġlieda li kienet seħħet fil- Ħamrun fis-7 ta' Jannar li għadda. Hija kienet akkużata wkoll weġġgħet ħafif erba' persuni, wettqet ħsarat fuq sitt karozzi, li kellha sikkina mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li kisret il-paċi pubblika. Iż- żagħżugħa ġiet mixlija wkoll li f 'Diċembru tat fastidju lil żewġ persuni u li għamlet użu ħażin minn tagħmir elettroniku. Fil-Qorti hija stqarret li ma kinitx ħatja tal-akkużi mressqa kontriha. Fid- deċiżjoni tagħha, il-Qorti ma laqgħatx it-talba mill-ħelsien mill-arrest iżda ngħatat struzzjoni li jingħatalha l-assistenza meħtieġa peress li qed tistenna tarbija. Dwar dan il-każ huwa mistenni li jitressqu aktar persuni l-Qorti. Taljan imħallas €1,000 talli ttraffika 32kg droga u daħħal €42,000 minn Sqallija FILQORTI kompla jinstema' l-każ ta' raġel li kien arrestat fil-Ħamrun nhar il-Ħamis li għadda wara li nstab li kellu karozza mimlija kannabis u flus kontanti. Waqt ix-xhieda fil-Qorti li kien qed jagħti l-Ispettur Kevin Pulis illum jirriżulta li xogħol l-akkużat kien dak li jittrasporta 32kg ta' Kannabis u €42,000 fi flus kontanti minn Pozzallo għal Malta. Fil-fatt, mix-xhieda jirriżulta li t-Taljan kien qal lill-Pulizija li hu waqaf fil-port ta' Katanja, ġabar id-droga u minn hemm saq lejn Pozzallo. Huwa spjega kif imbagħad mar għand żewġ Maltin, li għandhom akkużi kontrihom f 'każ separat, u talabhom il-ħlas. B'kollox, kompla jixhed l-Ispettur, l-akkużat tħallas €1,000 għal din il-biċċa xogħol. L-ispettur xehed kif it-Taljan Salvatore Coco kien qal li kien iltaqa' mal-Maltin f 'restorant fejn ġie maqbul il-pjan. Meta l-Pulizija staqsew dwar il-flus li nstabu fil-karozza, huwa qal li wieħed mill-Maltin li kien mifthiem magħhom tefagħhom fil-karozza u li ma kellu ebda idea ta' x'għandu jagħmel bihom. Il-Maltin akkużati, Michael Aquilina u Gordon Schembri, ma rrispondewx għall-mistoqsijiet li sarulhom mill-Pulizija, semgħet il-Qorti. Il-każ se jkompli fil-Qorti.