Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 588 • 21 ta' Jannar 2018 www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Intervista mal-Captain tal-Ħamrun Spartans. Ara paġni 34 u 35 Eks CEO Russu ta' bank taħt investigazzjoni Tkompli f 'paġna 7 Ara paġna 25 Maria Efi mova: il-mara 'misterjuża' li spiċċat fuq fomm ħafna Maltin Aaron Farrugia; minn Egrant sal-VGH, il-fondi Ewropej u l-futur tal-Partit Laburista... Films: Dak kollu li tistgħu taraw fi ċ-ċinema din il-ġimgħa Ara paġni 10 u 11 Ara paġna 12 u 13 €4 miljuni mill-'pjanċi' Ara paġna 14 u 15 Minn Liam Carter ILKAROZZI bi pjanċi personalizzati, bħal ngħidu aħna xi isem, ċertament li sar viżwal komuni fit-toroq Maltin. Tant hu hekk li skont l-informazzjoni li kisbet il-gazzetta ILLUM jirriżulta li n-numru ta' pjanċi personalizzati li nħarġu minn Transport Malta (TM) fl-2017 kien ta' 2,650. Wieħed jista' jakkwista dawn il-pjanċi bi ħlas ta' €1,500 lil Transport Malta. B'hekk fl-2017, l-istess entità se tkun qed tagħmel aktar minn €3,975,000 mix-xiri ta' pjanċi personalizzati. Ċertu restrizzjonijiet japplikaw fil-ħruġ ta' dawn il-pjanċi, bħal pereżempju li dawn m'għandhomx ikollhom aktar minn 9 ittri jew numri. Isir Malti RUSSU li xtara ċ-ċittadinanza Maltija fl-2016 permezz tal- Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment (IIP), kien il- Kap Eżekuttiv ta' Alfa Bank fiż-żmien meta dan il-bank kien investigat mill-FBI fuq allegazzjonijiet, fosthom li l-bank kellu konnessjonijiet f 'dak li jista' jkun indħil tar-Russja fl-aħħar elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti. Ftit tal-ġranet wara li dan ir-Russu rriżenja minn din il-kariga ta' Kap Eżekuttiv, fergħa ta' dan l-istess bank li tinsab l-Olanda ġiet investigata fuq allegat ħasil ta' flus. Alexey Marey huwa wieħed minn 730 persuna Russa li saru Maltin fl-2016 u li isimhom jidher fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018