Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 85 53 36 88 78 1 48 86 Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi The Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara Brown's Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Pietà Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema St. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija Tat-Tarġa Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (pre- viously "Agius Pharmacy"), Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kottone- ra, Birgu Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Pompei Pharmacy, 28, Xatt is-Sajjie- da, Marsaxlokk Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir- Repubblika, Żurrieq Spiżerija Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria St. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indip- endenza, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab li jsir sabiħ billejl. VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana forza 4 li jsir mit-Majjistral it-Tramuntana forza 4 lokalment forza 5 u anke forza 6 BAĦAR: Ħafif lokalment moderat li jsir qawwi IMBATT: Ftit li xejn lokalment baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta Graffiti: 'Il-Labour kompla fejn ħalla l-PN fuq il- privatizzazzjoni' ILMOVIMENT Graffitti huwa allarmat għall-mod kif l-assi pubbliċi u l-art pubblika qed jingħataw lill- kumpaniji privati permezz ta' ftehimiet li ma huma xejn ħlief serq ta' riżorsi pubbliċi. Dawn il-ftehimiet xejn trasparenti qegħdin jikkompromettu d-dritt tan-nies li jkunu jaf x'qed jiġri bil-propjetà pubblika, id-drittjiet tal-ħaddiema, is- servizzi tas-saħħa u l-kwalità tal-ambjent tagħna." Il-Moviment Graffiti fi stqarrija sostna illi "issa huwa ċar li l-amministrazzjoni Laburista qiegħda tkompli fuq il-passi tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward ta' ftehimiet suspettużi mas-settur privat li jbiegħu uħud mill-iktar assi importanti ta' Malta. Fost l-assi li ngħataw mill- amministrazzjoni tal-PN permezz ta' dawn il-ftehimiet nsibu l-Mid-Med Bank, l-Enemalta Petroleum Division, il-Maltacom u t-tarzna, kif ukoll art fil-Kalkara li ngħatat għall-ingann ta' SmartCity, Manoel Island u Tigne Point, Portomaso u Fort Chambray. L-amministrazzjoni Laburista kompliet timxi fuq dan il- mudell u, tul dawn l-aħħar snin, mexxiet numru ta' privatizzazzjonijiet li ma jagħmlux sens." "L-hekk imsejħa "American University of Malta" (AUM) ingħata siti ta' valur, inkluż art naturali fiż-Żonqor, f 'isem it-tisħiħ tas-settur edukattiv, anki jekk din hija Università privata għall-użu esklussiv tas-sinjuruni globali. Din hija ta' kumpanija li m'għandha ebda esperjenza fl-edukazzjoni u li lanqas qed jirnexxilha tattira studenti. Is-sit tal-ITS ġie trasferit għand Silvio Debono għal ċuċata - €15-il miljun. Fuq dan is-sit qed ikun propost proġett mostruż li se jkollu impatt negattiv ferm fuq ir-residenti f 'dawk iż-żoni. Mill- bejgħ t'appartamenti biss, Silvio Debono mistenni jdaħħal iktar minn €200 miljun." "Hija wkoll ta' tħassib kbir il-privatizzazzjoni li qed issir fis-settur tas-saħħa pubblika. Il-Vitals Global Healthcare (VGH), kumpanija suspettuża bla ebda esperjenza fis-saħħa, ġiet mogħtija tliet sptarijiet permezz ta' kuntratt li ma tpoġġiex għall-iskrutinju pubbliku. Il-Gvern huwa mistenni jħallas biljuni ta' ewro lil din il-kumpanija, u l-kumpanija hija obbligata tagħmel xi investiment fl-isptarjiet li qed tmexxi. Il-mistoqsija hi – għaliex l-Gvern ma setgħax jagħmel dan l-investiment hu stess, minflok jagħti biljuni lil kumpanija privata?" jistaqsu tal-Graffiti. Il-Moviment Graffitti jgħid li hawn bżonn urġenti ta' politika differenti – politika li tpoġġi l-ġid tan-nies, u mhux l-elite ta' sinjuri, bħala l-ewwel prijorità tagħha. Din il-politika ta' privatizzazzjoni akkost ta' kollox hemm bżonn li tieqaf. Ftehimiet eżistenti għandhom jiġu investigati u, possibbilment, imreġġa' lura. Il-Moviment Graffiti jiftaħ il-kanuni kollha fuq numru ta' entitajiet li ġew privatizzati u jitlob investigazzjoni.... L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita, li jsir ftit imsaħħab billejl VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 li jdur mill-Punent Majjistru forza 7 għal 8. Billejl isir mill- Majjistral forza 6 għal 7. BAĦAR: Qawwi li jsir qawwi għal qawwi ħafna IMBATT: Il-biċċa l-kbira baxx mix- Xlokk il-Lvant li jsir mil-Lbiċ

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018