Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Intervista 13 Muscat se jingħata raġun fuq Egrant' "Mhux hekk. Kulħadd jaf min hi Ana Gomes. Ġiet Malta bid-delegazzjoni ma' David Casa, għandha storja twila..." Intant din il-ġimgħa kompliet is-saga ta' Egrant li donnha ma trid tispiċċa qatt u li tibqa' tqajjem ħafna dubji u mistoqsijiet. Farrugia jemmen li Muscat se jingħata raġun fuq din l-istorja? Jemmen li din hija gidba fuq Muscat, kif dejjem insista l-PM? "Lanqas dubju m'għandi," jirrispondi b'ton ta' ċertezza s-Segretarju Parlamentari. "Fil-verità l-aħħar reazzjonijiet u informazzjoni li anke qed toħroġ mill- famuża whistleblower Maria Efimova li qed tgħid li qatt ma kellha dokumenti, juru." "Illum qed nindunaw," ikompli jgħid Farrugia, "illi ħafna stejjer kienu minfuħin u anke giddibin. M'għandi lanqas dubju li Joseph Muscat se jingħata raġun fuq ta' Egrant." Bi Gvern Laburista, assigurazzjoni ta' assorbiment ta' fondi... L-intervista ddur għal ftit mumenti dwar id-dekasteru ta' Farrugia, jew parti minnu. Farrugia, huwa responsabbli mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Wara li jitkellem fil- qasir dwar minn fejn l-UE ġġib il-fondi, Farrugia qal illi għalissa ma jixtieqx jitkellem dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa għall- baġit li se jkopri l-perjodu li jibda mill-2020 minħabba s-senittività tal-istess negozjati. Farrugia fakkar iżda li bħalissa mill-fondi għall-perjodu 2014-2020 għaddejjin diversi proġetti. "Hemm ħafna proġetti għaddejjin bħalissa, mil- lat infrastrutturali, bħall- Junction tal-Kappara, il-proġett tal-Marsa li diġà beda x-xogħol fuqu, il- proġett tal-Crafts Village ta' Ta Qali u l-Poala Hub fejn kien il-grawnd tax-Shreiber." Dwar dan tal-aħħar, u għall-mistoqsija tal-ILLUM, Farrugia sostna illi l-proċess jinsab għaddej b'xogħol preliminari. "Imbagħad għandna fondi oħrajn, magħrufin aktar bħala soft funds, illi jmorru għal għajnuna f 'inċentivi lil setturi differenti tal-poplu. Għajnuna lil dawk li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għajnuna lil dawk in-nies li jista' jkun ikollhom ċerti vizzji, bħall-vizzji tal- logħob, għajnuna permezz ta' edukazzjoni għal dawk li jixtiequ jkollhom aktar abbilitajiet biex jiffaċċjaw dinja tax-xogħol mibdula fil-futur. Il-ħafna diskorsi tal- 2003," ikompli jgħid Farrugia b'referenza għall-kampanja tal-PL (Dak iż-żmien Malta Labour Party) biex Malta ma ssirx membru tal-Unjoni Ewropea, "huwa parti mill- istorja. Illum, il-poplu jista' jgħid b'garanzija li huwa li bi Gvern Laburista illi l-pajjiż għandu 100% assorbiment tal-fondi Ewropej. Illum nistgħu ngħidu li Gvern Laburista jwettaq f 'dak kollu li jirrigwarda fondi Ewropej." 'Jekk narmonizzaw, nagħtu vantaġġ lil min qiegħed barra l-UE' Imma lil hinn mill-fondi u l-istorja politika, illum qed nistaqsu mistoqsijiet differenti nfakkar lil Farrugia. Illum, ħafna qed jistaqsu jekk ir-relazzjoni ta' Malta mal-UE għadhiex b'saħħitha, speċjalment fid-dawl ta' diversi fatturi; servizzi finanzjajri, vot qrib ħafna li kważi ttimbrat lil Malta bħala 'tax haven', delegazzjoni ta' MEPs f 'Malta b'rapport pjuttost skjaċċanti kontra l-Gvern, dibattitu dwar l-iskema tal-IIP, armonizzazzjoni fit-taxxa... "Ejja nibdew ħaġa, ħaġa," jgħid Farrugia li jibda bil- kwistjoni ta' pajjiżna bħala tax haven jew f 'lista sewda. "Malta mhux 'tax haven' u hija gidba li xi ħadd jgħid hekk. 'Tax haven' huwa pajjiż fejn min jinvesti u min jiddepożità l-flus jibqa' mhux magħruf. Kollox sigriet. Malta mhux hekk." Farrugia jgħid illi jekk qatt kienet 'tax haven' Malta, dan kien qabel ma sirna membri tal-UE, mhux issa. "L-aħħar rapport tal-OECD jgħid biċ-ċar illi Malta tirrispetta l-kriterji kollha finanzjarji u anke l-Kumitat PANA qal l-istess, li m'aħniex 'tax haven'. Issa dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa jien ngħid li dan mhux attakk fuq Malta." Farrugia jfakkar illi hemm numru ta' pajjiżi li għandhom settur tajjeb ta' servizzi finanzjarji, inkluż pajjiżna wkoll. Pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja qed imexxu biex ikun hemm rata minima ta' taxxa, anke jekk it-taxxa fuq kumpaniji multi-nazzjonali hija xi ħaġa sovrana, li jiddeċidiha l-pajjiż." Infakkru illi hija sovrana s'issa. "Hemm il-veto wkoll," iwieġeb mill-ewwel is-Segretarju Parlamentari. "Jiena nemmen li huwa pożittiv illi hemm il- kompetizzjoni fit-taxxa u ma jagħmel ebda sens li nersqu lejn armonizzazzjoni. Għax ejja ngħidu li jekk tidħol din u r-rati ta' taxxa jkunu l-istess madwar l-UE kollha, il-kumpaniji jistgħu jmorru Londra, ladarba r-Renju Unit joġroġ mill-Unjoni Ewropea. Allura rridu nistaqsu lilna nfusna jekk armonizzazzjoni hux pass verament pożittiv." Farrugia jerġa' jasserixxi li hu ma jemminx li dan il-pass ikun pożittiv, u jservi biss biex jivvantaġġja pajjiżi barra l-UE. Farrugia jgħid li l-UE għandha għażla, jew se tmur għal aktar federaliżmu jew inkella għandha tieqaf ftit u tara fejn sejra minn hawn u 50 sena oħra. "Jiena nemmen li l-UE tista' taħdem flimkien fuq diversi kwistjonijiet, fid- difiża fis-suq diġiltali u anke fuq frodi u evażjoni, imma fuq ċerti kwistjonijiet jeħtieġ noqogħdu attenti." 'Imexxi, min imexxi l-PL huwa dan il-partit li qed jagħti r-riżultati' L-intervista waslet lejn it-tmiem tagħha u ma nistax ma nistaqsix dwar il- futur tal-Partit Laburista u tiegħu fl-istess partit. Farrugia jħoss li tkun deċiżjoni tajba illi Muscat ma jibqax imexxi l-PL sal- elezzjoni li jmiss? "Nirrispetta x-xewqat tiegħu, imma nifhem ukoll illi x-xewqat tiegħi, tal- kostitwenza u tal-poplu li jrid il-ġid lil Malta hija li Muscat jibqa' mexxej sal-elezzjoni li jmiss biex jieħu lil Malta lejn orizzonti ġodda." "Imma aħna għandna viżjoni. U dak li kien beda Joseph Muscat fl-2008 kien moviment mhux partit, moviment li għandu r-risposti ta' għada u pitgħada u se jibqa' jkollu r-risposti. Għalhekk, minkejja li nixtiequ li jibqa' Muscat, nara li l-poplu se jkompli jagħżel lill-Partit Laburista jmexxih, għax huwa l-PL li se jkompli jagħti r-riżultati," temm jgħid Farrugia. Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ' Tax haven' huwa pajjiż fejn min jinvesti u min jiddepożità l-flus jibqa' mhux magħruf. Kollox sigriet. Malta mhux hekk " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018