Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Tkompli minn paġna 1 M inn analiżi li għamlet l-ILLUM tal-lista li ppubblika l-Gvern u li fiha hemm il-persuni li ngħatatilhom ir-residenza u ċ-ċittadinanza jirriżulta li b'kollox hemm 730 persuna Russa, li saru ċittadini Maltin matul l-2016. Fost din il-lista tal-persuni Russi hemm Alexey Marey, li sa Novembru li għadda kien il-Kap Eżekuttiv ta' bank Russu, bl-isem ta' Alfa Bank. Alexey Marey kien ingħaqad mal-Alfa Bank fl-2004 u f 'Mejju tal-2012 kien inħatar Kap Eżekuttiv tal-Bank. Huwa rriżenja f 'Novembru li għadda. F'Marzu tal-2017, fiż-żmien meta hu kien qed jokkupa din il-kariga, l-FBI kienu fetħu investigazzjoni dwar allegazzjonijiet fuq l-Alfa Bank. Il-midja inter- nazzjonali kienet irrappurtat li l-investigazzjoni tal-FBI kienet qed tikkonċentra fuq allegazzjoni dwar konnessjonijiet li l-Alfa Bank seta' kellu mal- organizzazzjoni Trump, tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Il-midja Amerikana, fosthom is-CNN, kienet irrappurtat li 'server' tal- Alfa Bank fir-Russja kien kontinwament qed jagħmel kuntatt u konnessjoni ma' 'server' ieħor tal- organizzazzjoni Trump, li kien mixgħul fi Trump Tower u dan matul iż-żmien tal-kampanja elettorali ta' Donald Trump. L-Alfa Bank kien ċaħad din l-allegazzjoni u saħaq li kien safa vittma ta' 'hackers'. L-allegazzjoni ta' ndħil li seta' sar mill-Kremlin matul il-kampanja Presidenzjali tal-Istati Uniti, għamlet żmien u nistgħu ngħidu għadha qed tiddomina l-aħbarijiet internazzjonali matul dawn l-aħħar xhur. L-investigazzjonijiet tal-FBI għadhom għaddejjin. Investigazzjoni f 'fergħa tal-Alfa Bank fl-Olanda fuq allegat ħasil tal-flus Jirriżulta wkoll li f 'Diċembru, ftit tal-jiem wara li Alexey Marey kien irriżenja mill-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu f 'dan il- dd11, l-Awtorità Finanzjarja Olandiża (FIU) kienet wettqet tfittxija f 'fergħa li l-bank Alfa Bank kellu fl-Olanda, magħrufa bħala Amsterdam Trade Bank (ATB). Ir-rejd kien sar fuq suspetti li dan il-bank kien invo-lut f 'ħasil tal-flus. Kif irrappurtat fil-midja barranija fosthom Reuters, Marieke Van Der Mole, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur fl-Olanda (FIOD), it- tfittxija saret bħala parti mill-investigazzjonijiet kriminali mill-awtoritajiet. Fi stqarrija, il-prosekutur kien saħaq li kien "suspettat li l-Amsterdam Trade Bank (ATB) kien kiser il-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus, billi żamm mistur informazzjoni dwar tranżazzjonijiet mhux tas-soltu magħmula mill- klijenti tal-bank." L-Uffiċċju tal-Prosekutur fl-Olanda kien elenka wkoll kif il-fergħa Olandiża tal-Alfa Bank, kienet naqset milli twettaq 'due diligence' fuq il-klijenti. L-Alfa Bank huwa l-akbar bank kummerċjali privat li hemm fir-Russja u kien twaqqaf min-negozjant Russu Mikhail Fridman. L-Alfa Bank huwa preżenti f 'seba' pajjiżi u jipprovdi servizzi finanzjajri lil aktar minn 40,000 kumpanija u aktar minn 5 miljun klijent, il-maġġorparti tagħhom huma kummerċjanti. Alfa Bank huwa primar- jament preżenti fis-Russja, l-Ukrajina u pajjiżi tal-eks Unjoni Sovjetika. L-ATB, il-fergħa Olandiża tal-Alfa Bank, tagħmel parti mill-Alfa Bank Group, li mir-rapport finanzjarju anwali tal-bank jirriżulta li l-assi totali ta' dan il-grupp jammontaw għal xejn anqas minn €1.3 biljun. Wara li kien irriżenja mill- pożizzjoni tiegħu fil-bank qabel dan ir-rejd fil-fergħa Olandiża, minkejja li xtara ċ-ċittadinanza Maltija, Marey iddeċieda li flimkien mal-familja jirriloka ruħu f 'Londra fir-Renju Unit. Rejd fil-bank fuq allegat ħasil tal-flus Mill-fundatur ta' kumpanija tax-xorb alkoħoliku sa rappreżentant ta' plejer famuż ta' Manchester City, fost dawk ir-Russi li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Diskussjoni Pubblika mal-esperta tal-UNESCO MARINA CALVO PÉREZ Dħul b'xejn Tista' xi tradizzjoni Maltija tiġi rikonoxxuta mill-UNESCO bħala Wirt Dinji Intanġibbli? Is-Sibt, 3 ta' Frar | 9:30am Palazzo de La Salle 219, Triq ir-Repubblika, Valletta Irriserva post billi tibgħat e-mail fuq culture@gov.mt sal-24 ta' Jannar MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI C M Y CM MY CY CMY K Unesco Ad Final.pdf 1 18/01/2018 11:17 Alexey Marey l-eks Kap Eżekuttiv tal-Alfa Bank L-FBI kienet fetħet investigazzjoni fuq il-bank dwar allegat konnessjoni fl-elezzjoni fl-Istati Uniti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018