Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714
15 Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet tal-flus ftit ġranet wara li telaq Bħalissa din il-gazzetta imkien mas-sit illum.com.mt qed tttex li tespandi t-tim ġurnalistiku tagħha. Il-kandidat magħżul jeħtieġ ikollu l-ħeġġa, il-passjoni u d-determinazzjoni meħtieġ minn ġurnalist lwaqt li jkollu għaren tajjeb ħafna tal-ġrajjiet kurrenti, soċjo-politiċi f'pajjiżna. Il-persuna magħżula għal dan il-post vakanti jeħtieġ ikollha l-abbilità li tikkomunika b'Malti tajjeb u li tkun kapaċi tirriproduċi x-xogħol f'kitba eettiva, fattwali u b'użu korrett tal-lingwa. Esperjenza f'dan il-qasam u kwaliki relatati huma importanti għalkemm il-kandidat magħżul jingħata t-taħriġ kollu neċessarju. Kull min huwa interessat għandu jibgħat CV sa mhux aktar tard mis-26 ta' Jannar 2018 fuq l-indirizz elettroniku bcfreddi@mediatoday.com.mt jew bil-posta fuq l-indirizz, Editur Maniġerjali, Mediatoday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 Qed inttxu ġurnalist Il-lista tar-Russi 'sta bene' li saru Maltin ma tiqafx biss ma' Alexey Marey Fi tmiem is-sena li għaddiet, il- Gvern Malti kien ippubblika l-lista li tinkorpora miljunarji li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija. L-ismijiet kienu ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern, flimkien ma' ismijiet ta' persuni oħra li saru ċittadini Maltin 'b'mod naturali'. Il-blokk tar-Russi huwa fost l-akbar f 'din il-lista, flimkien ma' oħrajn ta' nazzjonalità Għarbija u Ċiniża li xtraw iċ- ċittadinanza Maltija. Il-fundatur tas-'search engine' Yandex li hija mlaqqma l-Google Russa, l-akbar distillatur tal-Vodka fid-dinja u l-aġent tal-plejer Yaya Touré fost dawk li saru ċittadini Maltin. Arkady Volozh - Yandex Arkady Yurievich Volozh twieled fil-11 ta' Frar tal-1964 f 'Atyrau fil-Każakistan, huwa l-fundatur tas-'search engine' Russa Yandex li huwa waqqaf fl-1997. Huwa stmat li Volozh għandu ġid li jammonta għal madwar €900 miljun. Dmitry Selyuk- Aġent tal- Futbol Dmitry Selyuk huwa espert fis-suq tat- traferimenti tal-plejers fl-Afrika u jirrap- preżenta lil Yaya Touré, il-plejer famuż ta' Manchester City. Huwa jirrappreżenta wkoll għadd ta' plejers oħra fosthom lil Lacina Traore, Sani Keita, Francisco Zuela, Svyatoslav Sirota u Jackson Coelho. Boris Mints- O1 Properties Boris Mints huwa l-propjetarju tal-kumpanija tal-investimenti O1 Properties, li hija bbażata f 'Ċipru. Fl-2014, Mints kien biegħ 12% tal-ishma tal-grupp O1 Properties lil Goldman Sachs International. Alexander Mechetin- Beluga Group Alexander Mechetin huwa l-fundatur u tal-Kap tal-grupp Beluga, li hija l-akbar kumpanija tax-xorb alkoħoliku fir-Russja. Mechetin għandu aktar minn 20 sena espe-rjenza f 'din l-industrija. Mechetin huwa membru tal-bord ta' unjin Russa tal-manifatturi tal- prodotti alkoħoliċi. Skont il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment (IIP), l-applikanti jridu jħallsu s-somma ta' €650,000 lill-Gvern kif ukoll jixtru proprjetà li tammonta għal €350,000. Inkella l-applikanti huma meħtieġa jikru proprjetà b'kirja ta' €16,000 fuq medda ta' ħames snin. Notevolment, fost il-ħafna skemi ta' bejgħ ta' ċittadinanza madwar l-Ewropa, Malta hu l-uniku pajjiż li finalment jippubblika l-ismijiet ta' dawk l-individwi li jħallsu biex jixtru ċ-ċittadinanza. Il-Gvern ħabbar li se jniedi konsul-tazzjoni pubblika dwar it-tiġdid tal-Programm ta' Ċittadinanza b'Investment. Identity Malta infurmat li din il-konsultazzjoni pubblika se tkun qed tħares lejn il-kriterji ob-bligatorji għaċ-ċittadini prospettivi. X'inhu l-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment (IIP)?