Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714
Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Sports 29 Chelsea u Arsenal jiskorjaw erbgħa mingħajr tbatija CHELSEA barra minn darhom għelbu lil Brighton & Hove Albion bl-iskor kbir ta' 4-0. Il-gowls għall-Blues waslu minn Willian, Victor Moses u minn doppjetta ta' Eden Hazard. Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Nacho Monreal, Alex Iwobi, Laurent Koscielny u Alexandre Lacazette. Min- naħa l-oħra Luka Milivojevic skorja l-gowl waħdieni għal Crystal Palace. Manchester United barra minn darhom għelbu lil Burnley bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Anthony Martial fl-54 minuta. Leicester City ġewwa darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Riyad mahrez u minn penalty ta' Jamie Vardy. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Huddersfield Town bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Joe Allen u Mame Biram Diouf. Everton u WBA temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, fejn bl-istess skor intemmet il-partita bejn West Ham United u AFC Bournemouth. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 20 ta' Jannar Brighton & Hove Albion vs Chelsea 0-4 Arsenal vs Crystal Palace 4-1 Burnley vs Manchester United 0-1 Everton vs West Bromwich Albion 1-1 Leicester City vs Watford 2-0 Stoke City vs Huddersfield Town 2-0 West Ham United vs AFC Bournemouth 1-1 FIXTURES Il-Ħadd 21 ta' Jannar 17:00 Southampton vs Tottenham H. It-Tnejn 22 ta' Jannar 21:00 Swansea C. vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 21 ta' Jannar 12:30 Atalanta vs SSC Napoli 15:00 Bologna vs Benevento 15:00 Hellas Verona vs Crotone 15:00 Lazio vs ChievoVerona 15:00 Sampdoria vs Fiorentina 15:00 Sassuolo vs Torino 15:00 Udinese vs SPAL 2013 18:00 Cagliari vs AC Milan 20:45 Inter vs Roma It-Tnejn 22 ta' Jannar 20:45 Juventus vs Genoa Zammit jirbaħ fi l-Klassi Autocross Modifi ed u Vella jirbaħ fi l-Klassi Standard ILLUM il-Ħadd 21 ta' Jannar, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet tal- muturi tal-istaġun mill- Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. L-attività ħa ssir fil-Kumpless sportiv tal- Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali u tibda fl-10am. Intant nhar il-Ħadd li għadda 14 ta' Jannar, l-Assoċjazzjoni orgnaizzat il-ħames attività mill- Kampjonat Nazzjonali Autocross tal-ASMK u Pasta Poiatti 2017/2018. Dan kien jikkonsisti f 'tiġrijijiet bil- Karozzi Autocross Modified u dawk Standard. Għal din l-attività rreġistraw 21 karozza maqsuma fiż- żewġ klassijiet Modified u Standard. Matul il-ġurnata rajna lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa flimkien ma' Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo jirbħu l-Heats kollha tal-ġurnata biex assiguraw posthom fil-Finali ta' Klassi A Modified. Ma' dawn ikkwalifikaw Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Ryan Scerri fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il- finali rajna lil Johnson u Farrugia jagħmlu ħrug tajjeb b'Johnson jieħu t-tmun tal-finali ftit qabel l-ewwel kantuniera waqt li kien segwit minn Farrugia u Micallef. L-attenzjoni kienet fuq l-ewwel erba' kompetituri fejn matul ir-raba' dawra Farrugia żviluppatlu ħsara fil-magna bil-konsegwenza li kellu jirtira mit-tiġrija minkejja li kien fit-tieni post. Wara din il-ħsara ta' Farrugia rajna lil Zammit u Scerri javvanzaw fejn il-Finali kompliet b'Johnson quddiem u segwit minn Zammit u Scerri. Għal Johnson il-ħames dawra kienet ukoll iddedikata għall- ħsara mekkanika fejn dan żviluppatlu ħsara fir-rota ta' quddiem biex spiċċa jkompli t-tiġrija bil-mod. Fuq quddiem spiċċa Zammit li rnexxielu jirbaħ din il-finali waqt li kien segwit minn Micallef u Grech. Fil-finali Modified Klassi B rajna linja ta' tluq komposta minn Keith Borg u Andrew Pisani it-tnejn fuq Vauxhall Nova, Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205, Gary Grech u Melo Zammit fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Pisani u Borg jagħmlu ħrug tajjeb ħafna b'Pisani jieħu t-tmun segwit minn Borg u Grech. Matul din il-finali kull sewwieq iddefenda postu sal-aħħar tat-tiġrija fejn ma rajna l-ebda tibdil fil-postijiet sakemm spiċċat din il finali. Pisani rebaħ din it-tiġrija segwit min Borg u Grech waqt li fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Zammit u Vassallo rispettivament. Fil-Klassi Standard rajna lil Deane Farrugia fuq Citroen AX jiddomina l-Heats kollha tal-ġurnata fejn irnexxielu jġib l-ogħla punti biex assigura postu fil-Finali tal-ġurnata. Ma' Farrugia kkwalifikaw Johann Vella fuq Opel Nova, Nichovich Chircop fuq Peugoet 106, Klye Agius fuq Renault 5, Jerome Peplow fuq Kia Avella u Godwin Mizzi fuq Volkswagen Polo. Mat-tluq tal-Finali rajna ħruġ tajjeb minn Farrugia u Vella b'Farrugia jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Vella u Chircop. Matul din il-Finali l-attenzjoni kienet fuq Vella li beda jagħmel pressjoni fuq Farrugia sakemm matul il-ħames dawra Vella rnexxielu jieħu t-tmun tal- finali min idejn Farrugia. Din il-finali spiċċat b'Vella jirbaħ segwit min Farrugia u Chircop. Fir-raba u il-ħames post daħlu Agius u Peplow rispettivament. Intant, attività oħra bil- Karozzi Autocross issir nhar il-Ħadd 28 ta' Jannar bl- ewwel tiġrija tibda f '12pm. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku: info@asmk.org.mt. Noel Zammit fuq Fiat Punto Eden Hazard u Willian ji rħu wara wieħed mill- erba' gowls ta' Chelsea Ritratt - Mario Micallef