Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 GĦADA fl-10 ta' filgħodu fil-Katidral tal-Mdina se ssir il-Quddiesa 'presente cadavere' tal-Isqof Silvestru Magro. Il-korteo funebri se jitlaq fid-9.30 mill-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri tar-Rabat sal- Katridal tal-Imdina fejn ssir il-Quddiesa. Il-mewt tal-Isqof Silvestru Magro tħabbret is-Sibt li għadda, huwa kellu 76 sena. L-Isqof Magro twieled fl-14 ta' Frar tal-1941 u ngħaqad mal- Patrijiet Franġiskani fl-1957 sakemm sar saċerdot fl-1966. Fl-1982 kien inħatar Kappillan tal-Parroċċa tas- Sacro Cuor f 'Tas-Sliema u fl-1988 ingħaqad mal-missjoni Franġiskana tal-provinċja ta' Milan fil-Libja, li għaddiet f 'idejn il-provinċja ta' Malta. L-Isqof Magro nħatar ukoll Vigarju Ġenerali tal-Isqof Giovanni Martinelli u serva wkoll bħala Kappillan tal- komunità Maltija u dawk li jitkellmu bil-lingwa Ingliża. Fl-1997 inħatar Isqof ta' Salde u Vigarju Appostoliku ta' Bengażi fil-Libja. Fl-2002 ingħata l-ġieħ tal-'Cross of the Equestrian Order of Merit' mill-President tal-Polonja. ILMINISTRU għall- Ekonomija Chris Cardona, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia żaru diversi xogħlijiet li għaddejjin f 'Għawdex fosthom is-sit tal-Ħofra u l-eks MDP. Dawn huma żewġ proġetti li flimkien se joffru aktar minn 20 tomna ta' art għal żvilupp industrijali ġewwa Għawdex. It- tisħiħ tal-infrastruttura industrijali se tpoġġi lil Għawdex fuq quddiem biex jattira investiment ġdid li jiddependi minn servizz effiċjenti u spazji moderni. "Dawn il-proġetti mhux biss se jirriġeneraw lil dawn is-siti, imma se nittrasformawhom sabiex jiġġeneraw aktar kummerċ u għaldaqstant nipprovdu futur liż-żgħażagħ Għawdxin," qal il-Ministru Cardona. Il-Ministru Caruana qalet kif "dawn huma proġetti importani għal Għawdex mhux biss għax qed jindirizzaw in- nuqqasijiet li hemm bżonn fl-infrastruttura bażika, iżda wkoll se jservu biex jiġu attirati investimenti ġodda f 'Għawdex u postijet ta' xogħol ġodda. Il-Ministru Caruana kkonkludiet billi semmiet diversi skemi li ġew imħabbra fil-baġit li huma intiżi biex jinkoraġixxu impjiegi ġodda, jassistu l-industrija u 'start-ups'. Is-Segretarju Parlamentari Farrugia qal li b'investiment kemm mill-fond konsolidat, kif ukoll mill-fondi Ewropej, Għawdex qed isir mutur ekonomiku. Spjega li l-istrateġija għal Għawdex qed tgħin għal ħidma ħolistika biex Għawdex jieħu 'fair deal' għal Fondi Ewropej. Dan il-proġett li qed b'€10 miljun f 'fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali flimkien ma' skemi tal-Business Enhance, inkluż fondi għal riċerka żvilupp u innovazzjoni, l-imprenditur Għawdxi jista' jilħaq l-aspirazzjonijiet u l-potenzjal tiegħu. Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għall-Kiri ta' Propjeta fir-Rabat, Għawdex Id-Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru għall-Ghawdex jgħarraf li ser jilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: "EOI/A0118 Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għal Kiri ta' Propjeta fir-Rabat, Għawdex fil- kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard mill-10.00 ta' filgħodu tas-6 ta' Frar 2018. Dawk interessati ghandhom jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru mgoz.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mgoz@gov.mt li tindika b'mod ċar fit-titlu l-Avviz Numru EOI/A0118. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Investiment fl-infrastruttura industrijali ta' Għawdex Ritratt MGOZ George Scerri Għada jsir il-funeral tal-Isqof Silvestru Magro

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018