Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Sports 35 qabża fil-kwalità fil-karriera tiegħi' Twieled f 'Raħal Ġdid l-15 ta' Settembru 1991. Huwa l-captain ta' Ħamrun Spartans u li għandu esperjenza wiesgħa l-futbol lokali waqt li jippossjedi talent liema bħalu l-futbol. Qabel ingħaqad ma' Ħamrun Spartans, lagħab ukoll ma' Hibernians u Tarxien Rainbows. Triston Caruana il-futbol b'kowċis ikkwalifikati illi qed imexxu t-taħriġ illi jsir. Ġieli kellek xewqa illi tilgħab barra minn Malta? Iva. Meta kont żgħir u kelli dawk is-16-il sena kelli xi trials u mort nittanta xortija. Għal xi raġuni waqa' kollox u ma sar xejn. Meta plejer jilgħab barra minn xtutna jrid ikun aħjar minn plejers oħrajn inkella ma jiġix reġistrat. X'sagrifiċċju jinvolvi li tkun plejer tal-futbol? Ifhem jinvolvi ħafna sagrifiċċju speċjalment jekk ikollok il-familja jew tkun qed taħdem għal ħinijiet twal. Ġieli wara ġurnata xogħol trid tmur għat-taħriġ u dan tagħmlu għax tkun tħobb il-futbol u tara li dejjem timxi 'l quddiem. Bla dubju illi jekk ma jkollokx id-dedikazzjoni vera, il-ħajja ta' plejer Malti tal-futbol mhux daqshekk faċli. Is-sagrifiċċju bla dubju huwa kbir iżda jekk tkun tħobb tagħmlu l-oġġett, tagħmlu bil-qalb u tara s-sodisfazzjon meta tasal għall- objettiv illi tkun ħejjejt. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol, mal-futbol u mal- familja? Ifhem kieku ma jkunx hemm il-ġenituri tiegħi illi ituni s-sapport kieku mpossibli tlaħħaq. Ma tantx nieħu gost meta l-mara jkollha taħdem ħinijiet twal biex tlaħħaq ma' kollox. Jekk ma nkuux hemm support mingħand tal-familja żgur li ma tlaħħaqx iktar u iktar meta l-logħob jagħmluhom fit-tard. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ tiegħek dwar is-sabiħ illi fih il-futbol u kemm huwa importanti sabiex il-bniedem jimxi 'l quddiem fil-karattru tiegħu. Apparti l-futbol, nemmen illi l-isports kollu huwa importanti ħafna fil-ħajja għax apparti li jżommok f 'saħħtek, jgħinek biex tiżvoga wara ġimgħa jew ġurnata xogħol. L-isport jgħinek ħafna fil-karattru tiegħek għax huwa ta' ġid għal dawk in-nies li ftit jiċċaqalqu fil-post tax-xogħol tiegħek. Il-futbol tani sodisfazzjon kbir speċjalment meta tilgħab u tirbaħ u nemmen illi dawn huma l-iktar affarijiet sbieħ illi jgħaddi minnhom plejer. Jien ngħid lill-isportivi illi qatt m'għandek tgħid naf kollox anzi fejn żbaljajt tgħallem qum minnu u erġa' ibda mill-ġdid sakemm tilħaq il-potenzjal veru tiegħek. Kulħadd jixtieq jaqbad karriera barra minn xtutna. Naf li mhux faċli però jekk iżżomm ruħek iddixxiplinat jirnexxilek tasal. "Ħamrun għandhom professjonalità kbira, il-faċilitajiet tagħhom huma tajbin ħafna. Naf illi issa żdiditli l-pressjoni iżda minkejja kollox din tagħmel tajjeb ukoll. Fil-Ħamrun hemm il-mentalità li trid tirbaħ akkost ta' kollox u dan il-ħsieb jaqbel ħafna ma' kif naħsibha jien. M'hemmx dak il-ħsieb illi titlef jew ġejt dro qisu xejn mhu xejn anzi t-tim dejjem jimmira għal tragwardi għolja."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018