Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Aħbarijiet Ilbieraħ il-Belt Valletta kienet inkurunata l-Belt Kapitali Ewropea tal-kultura għal din is-sena. It-toroq u l-pjazez imtlew bl-attività, bil-kulur u b'poplu kburi bil-Belt Kapitali ta' pajjiżna. Il-qofol tal-attività kienet kollha - erba' pjazez ewlenin ta' pajjiżna; Pjazza Kastilja, Pjazza San Ġorġ, Pjazza San Ġwann u Pjazza Tritoni, li nfetħet għall-okkażjoni ilbieraħ. Il-Belt Valletta se tibqa' żżomm dan it-titlu għall-2018. Ritratt tal-ġimgħa Lill-ommijiet u l-missirijiet jiena x'se ngħidilhom? HEKK staqsa l-Arċisqof Charles Scicluna meta kien mistoqsi dwar il-legalizzar tal-kannabis. Staqsa x'se jgħid lill-ġenituri, jekk hux ħaġa tajba li wliedhom jistgħu jmorru jixtru xi ħaġa li ddamdamhom. L-Arċisqof kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu minn Andrew Azzopardi waqt il-programm Għandi xi ngħid fuq Radju Malta. L-Arċisqof Scicluna qal li n-nies kollha li hemm fil-Caritas qalu li kollha bdew minn hekk, il-kannabis kienet għalihom it-tieqa li ġabitilhom ħsara kbira. Irrakkonta dak li ra meta kien l-Italja meta żar omm li spiċċat b'xejn, dar vojta, hekk kif binha ħadilha kollox biex ikollu l-flus għad-droga. Huwa saħaq li d-diskors kien dwar l-użu rikreazzjonali tal- kannabis u staqsa kif xi ħaġa li ssabtek u li teqirdek maż- żmien jista' jkollha funzjoni rikreazzjonali. Enfasizza li fuq pakkett tas-sigaretti dejjem qed nispiċċaw inkabbru l-avviż li n-nikotina tista' tagħmillek il-ħsara jew toqtlok u issa se nillegalizzaw sustanza li maż- żmien tkissrek. L-Arċisqof staqsa wkoll jekk aħna aħniex lesti li nbiddlu l-valuri tal-pajjiż għal persuni li jridu jiġu hawn u jinvestu fil- kannabis u fil-prostituzzjoni. Ħeġġeġ biex ma ninsewx il- valuri li jagħmluna bnedmin u għandna nipproteġu d-dinjità tal-bniedem. Charles Scicluna qal li bħala poplu b'kuraġġ kbir għamilna għażla kontra l-abort meta aħna ninsabu ċċirkondati minn pajjiżi li jgħidu li l-abort huwa dritt. Matul il-programm, Andrew Azzopardi staqsa lill-Arċisqof dwar is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, bl-Arċisqof Scicluna jgħid li jekk titneħħa r-reliġjon Kattolika mill- Kostituzzjoni, il-Knisja f 'Malta xorta se tibqa' teżisti. Qal li m'hemmx bżonn li jkun hawn dikjarazzjoni bħal din fil-Kostituzzjoni iżda li huwa importanti huwa li jibqa' jkun hawn il-libertà reliġjuża. Enfasizza li r-rilevanza jagħtihielek il-poplu u li l-libertà reliġjuża għandha tkun il-pedament ta' kull stat sekulari. L-Arċisqof spjega li l-awtorità reliġjuża m'għandhiex rilevanza f 'dak li għandu x'jaqsam il- governanza tal-pajjiż filwaqt li spjega li f 'Malta hawn istituzzjonijiet ċivili li huma awtonomi u għalhekk huwa tajjeb li jkollna stat sekulari u ma jaħsibx li l-irwol tal-Knisja jew ta' reliġjon għandu jkun li tkun xi qawwa ta' Gvern fil-pajjiż. Charles Scicluna qal li jinkwieta jara li fl-2018 għad hawn pajjiżi fejn il-liġi tkun l-istess liġi tar-reliġjon. Spjega li għandna nibqgħu nirrikonoxxu li l-kultura ta' pajjiż tħaddan reliġjon partikolari. Dwar il-qtil tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li kull bniedem ta' rieda tajba jinkwieta b'dak li ġara. Sostna li jagħmlu sew l-awtoritajiet li jserħulna rasna li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Qal li dakinhar li nqatlet Caruana Galizia rrealizza li l-innoċenza ta' Malta u inkwieta meta tgħid li f 'Malta sfortunatament għandna industrija tal-mewt. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino L-Arċisqof staqsa x'se ngħidu lill-ġenituri jekk nillegalizzaw mezz kif uliedhom jistgħu jixtru xi ħaġa li toqtolhom Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018