Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 MEMBRI tal-Studenti Demokratiċi Ewropej (EDS) u l-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM), li hija l-organizzazzjoni Maltija tal-EDS, ressqu policies dwar il-futur tal-Ewropa waqt laqgħa li kellhom mal-Kummissarju Ewropew Tibor Navracsics. Iż-żewġ organizzazzjonijiet studenteski esprimew sodisfazzjoni li l-Belt Valletta qed tospita l-Belt Ewropea tal-Kultura għall-2018. Sostnew li din hija opportunità għaż- żgħażagħ sabiex ikunu involuti aktar fl-avvenimenti kulturali li se jiġu organizzati madwar il-gżira. Matul din il-laqgħa li saret fil-Belt Valletta, l-EDS ippreżentat il-manifest elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jsiru madwar l-Ewropa s-sena d-dieħla. Ix-xahar id-dieħel, il-Parlament Ewropew se jkun qed jippreżenta rapport fuq il- mod kif se jkun magħmul dan il-parlament wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. L-istudenti ddiskutew ukoll l-isfidi relatati mal- programm tal-Erasmus+. Saħqu fuq il-ħtieġa li dan il-programm jibqa' jiġi rreklamat fost iż-żgħażagħ. Mal-Kummissarju Ewropew, l-istudenti ddiskutew ir- riformi li jinsabu għaddejjin għall-European Solidarity Corps, li tagħti l-appoġġ lill-voluntiera żgħażagħ, u enfasizzaw li jkun hemm fondi indipendenti mill- Erasmus+. Min-naħa tagħhom, l-istudenti tal-SDM taw ħarsa lejn l-impenn tagħhom li jinvolvu studenti minn ħames istituzzjonijiet edukattivi differenti f 'Malta u Għawdex. Taw rendikont tal-kampanja nazzjonali dwar l-attiviżmu studentesk u ppreżentaw l-kampanji għall-Università ta' Malta u l-istituzzjonijiet l-oħra. Id-delegazzjoni tal-istudenti kienet immexxija miċ- Chairman tal-EDS Virgilio Falco, il-Viċi Chairman Beppe Galea u l-President tal-SDM Neil Smart Costantino. LENEMALTA qed issaħħaħ is-sistema li twassal l-elettriku f 'Marsaxlokk, f 'Birżebbuġa, fiż-żona industrijali ta' Ħal Far u nħawi oħra fil-qrib bi proġett ta' €8 miljun. Dan se jżid 30 kilometru ta' cables ta' vultaġġ għoli taħt l-art matul rotta ta' seba' kilometri li titlaq mill- 'power station' ta' Delimara Power u tgħaddi minn Marsaxlokk, il-Qajjenza, Birżebbuġa u Bengħisa sakemm tasal f 'Ħal Far. Dawn il-cables ta' 33 u 11-il kilovolt ġodda qed isaħħu l-affidabilità u l-kapaċità tal-konnessjonijiet tas- 'substations' u ċ-ċentri tad- distribuzzjoni li jipprovdu l-elettriku f 'dawn l-inħawi. Il-proġett jinkludi wkoll l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' 33 kV ta' Ħal Far, li qed jiġi mgħammar bi 'transformer' ta' 22.5 MVA ġdid kif ukoll għadd ta' 'switchgear panels' ta' 33 kV u 11 kV ġodda. Din l-estensjoni qed iżżid l-affidabilità ta' dan iċ- ċentru, waqt li tirdoppja l-kapaċità tas-sistema tad- distribuzzjoni tal-elettriku ta' dawn l-inħawi. B'hekk, l-Enemalta qed tħejji wkoll għall-elettriku meħtieġ minn għadd ta' investimenti, fosthom fabbriki u postijiet tax-xogħol ġodda, li mistennija jseħħu f 'dawn l-inħawi fis-snin li ġejjin. Il-proġett beda ftit tal- ġimgħat ilu, b'erba' timijiet differenti jwettqu x-xogħol ta' tħaffir ta' trinek u tqegħid ta' 'cables' f 'erba' postijiet differenti matul ir-rotta bejn Delimara u Ħal Far. L-Enemalta qabbdet kuntratturi Maltin u Taljani sabiex jiksbu r-riżorsi meħtieġa ħalli x-xogħlijiet jitlestew fl-inqas ħin possibbli, hekk kif ippjanat. Aktar minn terz tax-xogħol tat-tqegħid u kkonnettjar ta' 'cables' tlesta diġà. Fi tmiem din il-ġimgħa l-kuntratturi bdew jiksu mill-ġdid bl- 'asphalt' partijiet mit-toroq f 'Marsaxlokk u fl-inħawi ta' Bengħisa f 'Birżebbuġa. L-Enemalta qed tikkollabora wkoll ma' Transport Malta u mal- Kunsilli Lokali rispettivi ħalli tagħti kisja ġdida matul il-wisgħa tat-toroq kollha fejn qed isir ix-xogħol, u mhux biss fil-partijiet li qed jitħaffru. F'ċertu nħawi, il- kuntratturi tal-Enemalta qed jibnu mill-ġdid il-pedamenti ta' partijiet minn dawn it-toroq. Il-proġett kollu mistenni jitlesta fl-ewwel nofs ta' din is-sena. €8 miljuni għat-tisħiħ tas-sistema tal- elettriku f 'Marsaxlokk u Birżebbuġa Sejħa għal Spazju ta' Uffiċċju (Rif. MJCL/MPU/2/2018) Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qed jilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għall-użu ta' uffiċċju fil-lokalità tal-Belt Valletta jew il-Furjana. Informazzjoni addizjonali tista tinkiseb minn: https://justice.gov.mt/en/ministry/tenders/Pages/tenders.aspx. Id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-offerti hi l-Erbgħa, 31 ta' Jannar 2018 sa nofsinhar. Studenti jippreżentaw il-'policies' dwar l-Ewropa lill-Kummissarju Ewropew Navracsics

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018