Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Maria Efimova: il-bomba tal-ħin Ħadd ma kien jafha u issa sar jafha kulħadd. Min jgħid li hija vittma ta' 'Gvern korrott' u min jgħid li hija 'giddieba' u 'frodista'. L-istorja kkulurita tal-'whistleblower' Russa s'issa... MARIA Efimova. Isem Russu illi ftit li xejn qatt kien instema' sa sentejn ilu u li fl-aħħar sena spiċċa f 'titli ta' gazzetti, kważi daqs l-aktar politiku jew personaġġ popolari. Id-diskussjonijiet jibqgħu għaddejjin, l-aġġettivi jibqgħu għaddejjin u l-ikbar mistosqsija tibqa' dejjem; din il-mara, misterjuża għal ħafna Maltin li teżisti fl-immaġinazzjoni kollettiva, kellha informazzjoni korretta dwar Michelle Muscat? Hija verament il-mara li kixfet l-akbar skandlu u gidba fl- istorja politika jew hija l-akbar giddieba li ġiet użata jew użat, biex ikunu ppuntati s-swaba' lejn Muscat dwar Egrant Inc? Il-kuntest huwa neċessarju biex wieħed jibda, forsi, jasal għal xi forma ta' ħsieb dwar din il-mara, li temgħet ħafna l-immaġinazzjoni politika, ta' poplu politiku u li l-aħħar kapitlu tal-istorja tagħha għad irid jinkiteb. L-ILLUM tat ħarsa lejn l-istorja wara Efimova u l-istorja 'Egrant' minn meta kienet żvelata sal-lum. Tfaqqa' l-istorja... Kollox beda nhar l-20 ta' April. Wara jiem ta' stennija u preparazzjoni dwar l-istorja b'bosta jistaqsu ta' min hija Egrant, Daphne Caruana Galizia tikteb artiklu fuq il- blogg tagħha illi fih tallega li 1) - Fil-kċina tal-Bank Pilatus hemm 'safe' b'dokumenti ta' segretezza assoluta u li fih hemm dokumenti li juru illi Egrant hija ta' Michelle Muscat. 2) - Hija tallega wkoll illi minn dan il-kont għaddew $1 miljun, allegatament minn kont ta' bint il-President tal-Ażerbajġan. F'intervista li kienet għamlet mal-Malta Independent aktar tard, Efimova allegat illi ċerta Dr. Sant Fournier kienet tatha ċ-ċwievet ta' dan is-'safe' f 'ġurnata impenjattiva ħafna. Hija allegat illi s-'safe' ma kienx baqa' fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Bank Pilatus Hamidreza Ghanbari u tpoġġa fil-kċina fejn hi qalet li ma kienx hemm CCTV cameras. Qalet illi tat ħarsa lejn id- dokumenti u fejn kien hemm id-dokument dwar Egrant, allegat illi rat il-kunjom 'Muscat'. Hija tgħid li dan ġara qabel ma kienu żvelati l-Panama Papers. 'Għandi whistlebower'... imma min hi? L-istorja titfa' lill-pajjiż kollu f 'nofs urugan politiku. Il-Prim Ministru jiddeskrivi din bħala "l-akbar gidba fl-istorja politika Maltija". Il-PN isejjaħ għar- riżenja tal-Prim Ministru u saħansitra jitilgħu strixxuni illi juru lill-Prim Ministru arrestat, wara l-ħadid tal-ħabs. Tlett ijiem wara biss Daphne Caruana Galizia tkun irrappurtata fuq is-Sunday Times tgħid illi għandha whistleblower u dokumenti li juru illi Egrant Inc. hija ta' Muscat. Sa dakinhar, ħadd ma kien jaf eżatt min hija din il- whistleblower. Titla' tixhed quddiem il- Maġistrat Waqt li l-pajjiż kompla għaddej b'dibattitu jaħraq fost botti, risposti u dimostrazzjonijiet fit-toroq tal-Belt Valletta mill-Partit Nazzjonalista, nhar it-28 ta' April 2015 Daphne Caruana Galizia, fi blogg ieħor qalet illi din il-whistleblower (li sa dakinhar ħadd ma kien jaf wisq dwarha) kienet telgħet tixhed quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Dan wara li Muscat talab illi tibda Inkjesta Maġisterjali fl-allegazzjonijiet li warajhom hemm Efimova. Caruana Galizia żvelat ukoll iżda li din kienet eks impjegata tal-Bank Pilatus u li damet quddiem il-Maġistrat Bugeja tliet sigħat. Hija qalet ukoll li kienet qed tikteb il-blogg bil- permess tagħha. Nibdew insiru nafu min hija l-mara... L-għada, it-28 ta' April, is-sit illum.com.mt żvela kif quddiem il-Maġistrat il- 'whistleblower' ma ressqet ebda dokumenti jew fatt dokumentat li juri illi Egrant hija ta' Muscat. Is-sit jiżvela wkoll li din il-mara kienet tkeċċiet mill-Bank f 'Marzu 2016 u qed tiġi mfittxija talli użat fondi mill-bank għal skopijiet privati. Kien żvelat ukoll kif kienet diġà ġiet investigata mill-pulizija u kienet il-Qorti akkużata bi frodi u rapporti foloz. Min-naħa tagħha, Efimova dejjem sostniet illi hi qatt ma tħallset ta' internship li kienet għamlet mal-Bank Pilatus. Il-Bank ċaħad u sostna illi din kienet allegazzjoni 'falza'. Il-Bank akkużaha wkoll u allega illi fi proċess ta' 'booking' tal-lukanda fil-Ġermanja hi bbukkjat kamra addizzjonali għaliha u tellgħet lill-familja għall-ispejjeż tal-bank. Kien żvelat ukoll kif il-mara kienet biddlet l-avukat tagħha u sussegwentement beda jidher għaliha avukat mill-uffiċċju ta' Ann Fenech. Caruana Galizia tispjega f 'isem Efimova... L-għada, Caruana Galizia tgħid li mhu veru xejn illi Efimova wettqet reat ta' frodi. F'artiklu fil-blogg tagħha tispjega kif 'Mrs. X' (għax sa dak iż-żmien ma kienx magħruf isimha), ħadmet fil-Bank Pilatus għal tliet xhur u qatt ma tħallset, anke jekk kienet imwiegħda illi l-paga se tirċeviha fil-posta. Caruana Galizia spjegat kif għamlet rapport lill-awtoritajiet kompetenti. "Malli l-Bank sar jaf bir- rapport, huma (il-Bank Pilatus) mill-ewwel fetħu rapport b'ritaljazzjoni kontriha u akkużawha li kienet qed tuża l-flus tal-bank biex issiefer mal-familja... żammewha f 'ċella minn filgħodu sa filgħaxija u l-uffiċjal li kien qed jinterrogaha beda repettutament jgħidilha 'għamiltha. Ammetti. Għamiltha.' Hi rrispondiet "għamilt xiex? Kif nista' nammetti għal xi ħaġa li jien m'għamiltx... f 'Ottubru li għadda ommha mietet u l-Pulizija ma tawhiex il- permess li tmur id-dar biex tara lil ommha tindifen." Hekk kitbet Daphne Caruana agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Ritratt meħud mill-filmat tal-intervista li dehret fuq il-Malta Independent