Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum 17 17 Opinjoni K armenu Vella, il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent, jidher li għandu entużjażmu kbir dwar il-possibbilità li fl-Unjoni Ewropea tkun introdotta taxxa fuq il- plastik. Din it-taxxa, fil- fehma ta' Karmenu Vella, jekk tkun imfassla sewwa tista' tkun waħda minn diversi għodod li bihom jintlaħqu miri ambjentali kif ukoll jinġabru fondi meħtieġa għall-baġit. Għax id-dinja qed tegħreq fil- plastik. Karmenu Vella għamel dawn il-kummenti waqt intervista li kienet ippubblikat l-ġimgħa l-oħra f 'Euractive, meta kien qiegħed jikkummenta dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-plastik li ġiet ippubblikata f 'dawn il- ġranet. F'Malta diġà għaddejna minn din l-esperjenza u forsi wasal iż-żmien li nerġgħu nikkunsidraw il- materja mill-ġdid. Madwar għaxar snin ilu, f 'Malta kellna taxxa ambjentali li kienet magħrufa bħala eko-kontribuzzjoni. Kienet proposta valida imma kienet iddiżinjata ħażin u implimentata b'mod arroganti. Il-lezzjonijiet minn dan l-eżerċizzju, jekk ikunu analizzati sewwa, jistgħu jwasslu għall- iżvilupp ta' għodda effettiva li biha tkun indirizzata l-ġenerazzjoni tal-iskart fil-gżejjer Maltin. It-tfassil tad-deċiżjonijiet politiċi jiddependu fuq ħafna ħsieb u m'għandhonx ikunu riżultat ta' paniku, kif bla dubju hi l-politika tal-Gvern dwar l-inċinerazzjoni. Għaxar snin ilu l-eko- kontribuzzjoni ppruvat tindirizza l-ġenerazzjoni tal-iskart magħmul mill- plastik, fosthom plastik li jintuża darba u jintrema (single-use plastic). Dan hu wieħed mill-miri ewlenin tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-plastik li kienet ippubblikata nhar is- 16 ta' Jannar 2018. It-titlu tagħha hu ċar ħafna: A European Strategy for Plastics in a Circular Economy. Il-plastik insibuh kullimkien: hu preżenti f 'kull aspett ta' ħajjitna u f 'kull ħidma ekonomika. Il-plastik li nużaw għandu jkun tali li flok ma jintrema jkun jista' jerġa' jintuża. Għax hu riżors importanti li la għandu jintrema u l-anqas jinħaraq. Huwa għal dan l-iskop li l-istrateġija dwar il-plastik li għadha kif ġiet ippubblikata tqiegħed il-pedamenti ta' ekonomija li fiha "d-diżinn u l-produzzjoni tal-plastik u prodotti tal-plastik li jippermettu l-ħtieġa tal- użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ kif ukoll l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' iżjed materjal sostenibbli". Ekonomija li tapprezza l-utilità tal-plastik ma tibgħatx l-iskart tal- plastik biex jinħaraq ħalli jkun konvertit f 'ererġija. Anke l-aħħar verżjoni tal-Istrateġija Maltija dwar l-Immaniġjar tal- Iskart, approvata fl-2014, temfasizza l-ħtieġa tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u tagħti prijorità lir-riċiklaġġ fuq l-inċinerazzjoni. Biex inkun qed nagħti l-istampa kollha għandi ngħid li l-konsulenti tal- Gvern diġà daqqew l-alarm u taw twissija. Mid-dehra dan ma nftiehemx la mill-Gvern u wisq inqas mill-Oppożizzjoni li rieqda waħda sew. Special Assignment Report ta' Jaspers, datat 23 ta' Frar 2017, dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-iskart f 'Malta, speċifikament jenfasizza li "jkun diffiċli ħafna li tkun ġustifikata faċilità li tiġġenera l-enerġija mill-iskart sakemm din ma tkunx ibbażata fuq żieda baxxa fir-rata tal-iskart u żieda għolja fir-rata tar- riċiklaġġ". Flok ma niddiskutu l-inċinerazzjoni forsi wasal iż-żmien li niddiskutu fid- dettall l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tagħna għall- Immaniġjar tal-Iskart bl-iskop li nidentifikaw il-għala, sal-lum, ma rnexxilniex inżidu r-rata tar-riċiklaġġ. X'inizjattivi neħtieġu biex innaqqsu l-iskart li niġġeneraw? L-istrateġija ta' Malta għall-immaniġjar tal- iskart, issa kkumplimentata mill-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-plastik hi triq li tagħmel ferm iktar ġid mill-inċinerazzjoni. U x'ngħidu għall-impenn li tkun inkoraġġuta l-ekonomija ċirkulari? Tar mar-riħ? It-taxxa fuq il-plastik li rrefera għaliha Karmenu Vella ta' min jaħseb ftit dwarha! Hemm ħtieġa li l-Wasteserve titmexxa sewwa. L-ewwel pass li teħtieġ tagħmel hu li tfittex li timplimenta b'mod metikoluż l-istrateġija tal-iskart. Din l-istrateġija tistabilixxi s-sena 2050 bħala s-sena li fiha rridu nilħqu l-mira ta' skart żero. Issa din il-mira ma tintlaħaqx bl-inċinerazzjoni imma bir- riċiklaġġ. Dan mhux xogħol il- Ministru tal-Ambjent waħdu. Il-Ministru responsabbli mill-Iżvilupp tal-Ekonomija wkoll għandu jkollu rwol importanti fl-implimentazzjoni tal- Istrateġija għall-Imaniġjar tal-Iskart. Sfortunatament jidher li hu assenti għalkollox. L-ibliet Ewropej li huma impenjati favur il-mira ta' skart zero kontinwament jindikaw li rata ta' riċiklaġġ ta' bejn it-80 u 90 fil-mija tista' fil-fatt tintlaħaq. Il-fatt li f 'Malta r-rata tar-riċiklaġġ b'tiġbid tilħaq it-12 fil-mija turi li hemm ħafna fejn intejbu l-ħidma tagħna f 'dan il-qasam. Forsi anke mingħajr it-taxxa tal-plastik ta' Karmenu Vella. Karmenu Vella u t-taxxa fuq il-plastik Flok ma niddiskutu l-inċinerazzjoni forsi wasal iż-żmien li niddiskutu fid-dettall l-implimentazzjoni tal- Istrateġija tagħna għall-Immaniġjar tal-Iskart CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018