Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Sports 33 ILLUM il-Ħadd 4 ta' Frar ikompli l-Kampjont Nazzjonali tal-Muturi ASMK Honda Motocross 2017/2018. Din l-attività ħa ssir fil-Kumpless Sportiv tal- Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali bl- ewwel tiġrija tibda fl-10am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda t-28 ta' Frar 2018 ġiet organizzata s-sitt tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 b'16-il sewwieq jirreġistraw għal din il-kompetizzjoni. Dawn kienu maqsuma fi klassi Modified u dik Standard cars. Matul il-ġurnata fuq korsa 'S-Bend bil-Joker Lap' rajna lil Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata. Farrugia minkejja lil kien l-uniku wieħed li ġab il-punti massimi kellu jispiċċa bi tliet punti mnaqqsa wara li fl-ewwel tiġrija tal-ġurnata tajjar il-cones li jkunu fil-korsa. B'hekk spiċċa il-ġurnata bl-istess total ta' punti bħal Gordon Johnson fuq Opel Corsa u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Dawn assiguraw posthom fil-finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugoet 106 u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta. Mat-tluq tal-ewwel finali rajna lil Johnson flimkien ma' Micallef jagħmlu ħruġ tajjeb b'Johnson imur fuq quddiem segwit minn Micallef u Pisani. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq l-aħħar post minn fejn Farrugia beda t-tiġrija. Farrugia sa tmiem l-ewwel dawra kien diġà għamel avvanz wara li Grech daħal fil- Joker Lap iżda sfortunatament Farrugia kellu jirtira wara li inqalatlu rota ta quddiem filwaqt li Grech ukoll kellu jirtira minħabba ħsara fil- magna. Il-ħsara kompliet tiddomina f 'din il-finali fejn matul il-ħames dawra Johnson żviluppatlu ħsara fir-rota ta quddiem bil-konsegwenza li kellu jnaqqas l-veloċità fit- tiġrija. Dan irriżulta li Micallef rebaħ din l-attività segwit minn Pisani u Scicluna. Fir- raba' post spiċċa Johnson. Għall-Finali klassi B kwalifikaw Noel Zammit fuq Fiat Punto, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Brandon Lee Sammut fuq Peugoet 205, Keith Borg fuq Vauxhall Nova u Melo Zammit fuq Opel Corsa. Din il-finali kellha tibda b'żewġ sewwieqa inqas wara li Melo Zammit u Noel Zammit irtiraw qabel bdiet din il-finali. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Spiteri joħroġ fuq quddiem segwit min Borg u Vassallo fejn il-Joker Lap kellha l-irwol importanti f 'din il-finali tant li dak li kien fl- aħħar post spiċċa jirbaħ u dak li kien l-ewwel spiċċa fl-aħħar post. Ir-riżultat spiċċa b'Borg jirbaħ din il-finali segwit minn Vassallo u Spiteri. Għal Finali Klassi Standard Autocross rajna linja ta tluq komposta min Deane Farrugia fuq Citroen AX, Nicovich Chircop fuq Peugoet 106, Kyle Agius fuq Renualt 5, Chris Formosa fuq Ford Fiesta u Jerome Peplow fuq KIA Avella. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Farrugia jagħmel ħrug tajjeb tant li mill-ewwel ħa t-tmun tal-finali fejn mill-ewwel beda jikkrea vantaġġ fuq is-segwaċi tiegħu. Farrugia kien segwit minn Agius u Chircop. Ftit qabel tmiem il-finali rajna lil Farrugia u Agius jagħmlu uzu mill-Joker Lap fid-dawra finali bil-konsegwenza li Agius tilef pozizjoni biex Chircop sab l-okkazzjoni javanza. Il-Finali spiċċat b' Farrugia jirbaħ segwit min Chircop u Agius. Fir-raba u il-ħames post daħlu Formosa u Peplow rispettivament. Intant iktar kmieni l-Ħadd filgħodu ġiet organizzata t-tielet attività bil-muturi Trials. Għal din il- kompetitzzjoni rreġistaw 12-il kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet - Klassi Advanced u klassi oħra Juniors. Matul il-ġurnata kellna dawn ir-riżultati fil-Klassi Advanced rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jirbaħ din il-kompetizzjoni segwit minn Rowen Bonello fuq mutur Beta. Fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq Gas Gas filwaqt li fir-raba' u fil-ħames post daħlu Antonio Leonardi fuq Gas Gas u Tony Curmi fuq Beta. Fil-Klassi Junior rajna lil Isaac Scicluna fuq Beta jirbaħ din il-kompetizzjoni segwit minn Julian Scicluna fuq Beta waqt li fit-tielet u fir-raba' post spiċċaw Jaden Abela u Dion Micallef. Fil- ħames u s-sitt post daħlu Karl Bartolo u Nathan Abela. Il-kompetituri kollha kkompetew fuq muturi Beta li jaħdmu bl-elettriku. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil- paġna Facebook bl-isem Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@ asmk.org.mt jew permezz tal-mowbajl fuq in-numru 99425489. Illum ikompli l-Kampjonat ASMK Honda Motocross Ritratt - Mario Micallef Karozza li tipparteċipa l-Kampjonati organizzati mill-ASMK Xhieda ewlenija tat-tkabbir tal-isport tat-Trail Running f 'Malta kienet l-attendenza kbira matul l-ewwel tellieqa tal-Eurosport Trail Running League li kienet appoġġiata ukoll minn Merrell. It-tellieqa laqgħet 'il fuq minn 90 atleta, l-ogħla numru ta' parteċipanti li qatt ħadu sehem f 'tellieqa bħal din. Il-kesha fina li l-atleti sabu ma wiċċhom il-Ħadd filgħodu ma waqqfithomx milli jieħdu sehem f 'din il-korsa ta' ħames kilometri, mqassma fuq dawra waħda fil-lokalita tal-Buskett. Għalkemm kien hemm numru ta'atletli li pparteċipaw fl-edizzjonijiet preċedenti, l-ewwel tlett irġiel kienu kollha uċuħ ġodda. Filwaqt li l-ewwel raġel, Jonathan Ebejer rebaħ b'distakk ta 'madwar għoxrin sekonda, l-erba' atleti ta'warajħ kellhom ġlieda tajba biex jippruvaw jiksbu post mal-ewwel tlieta. Sekonda biss isseparat lil Mark Mifsud u Michael Gafa li ħadu it-tieni u t-tielet post rispettivament. Il-kategorija tan-Nisa ġiet mirbuħa minn Danica Bonello Spiteri li hi wiċċ familjari f 'dawn it-tip ta' tlielaq. Bonello Spiteri ġiet segwita minn Tara Abdilla, wiċċ ġdid għall-isport, iżda li għanda esperjenza twila u b'saħħita fir-road running. Fit-tielet post daħlet Dzintra Grech. F'din il-kategorija rregistraw 31 atleta, żieda kbira meta mqabbla mal- erba' jew ħames atleti nisa li regolarment ħadu sehem fil- kampjonati tas-snin ta' qabel. "Il-Klabb Agones SFC sar sinomu ma dan l-isport. Aħna kburin ħafna li konna l-pijunieri ta' dan l-isport f 'Malta. In-numru ta' parteċipanti li rajna nhar il-Ħadd, f 'kundizzjonijiet kesħin, huwa xhieda tax- xogħol siewi li Agones SFC għamel sabiex dan l-isport jkabbar il-popolarita tiegħu," stqarr Warren Muscat, President, tal-Agones SFC. Irġiel 1st Jonathan Ebejer 2nd Mark Mifsud 3rd Michael Gafa Nisa 1st Danica Bonello Spiteri 2nd Tara Abdilla 3rd Dzintra Grech It-tieni tellieqa tal-Eurosport Trail Running Series se ssir nhar il-Gimgħa 16 ta' Frar f 'Birżebbuġia. Il-korsa hija mifruxa fuq dawra ta' 5 kilometri u hija l-unika tellieqa ta'dan it-tip li jsir fil-għaxija f 'Malta u il-Klabb qed jistenna attendenza tajba. Reġistrazzjoni hija miftuħa u tista' ssir fuq www.agones-sfc.eu L-ewwel tellieqa ta' Eurosport Trail Running League tikkonferma t-tkabbir l-popolarità ta' Trail Running Parteċipant li ħa sehem - ewwel tellieqa tal-Eurosport Trail Running League