Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet jheżżiżni u jgħajjat 'għadek ħaj, għadek ħaj' sieħbi, qalli Pawlu jridek, kienu sabuh jitkaxkar sa ħdejn iċ-chain locker. Ara sa fejn waddbitu l-isplużjoni kważi tefgħatu sal-pruwa. Kemm bkejt dakinhar veru bkejt." Għalkemm kien għadda minn din it-traġedja tal- waħx, Abela xorta waħda ma kienx qata' qalbu li jibqa' jaħdem ġewwa Tarzna. Hu jirrakkonta kif "wara dan kollu għamilt ftit żmien barra, għall-ewwel anqas stajt norqod. Imbagħad niftakar kien kellimni tal-Union u staqsieni x'se nagħmel. Kont iddeċidejt li nerġa' nipprova u ma ridtx naqta' qalbi." Abela jkompli jispjega l-effetti li traġedja bħal dik tħalli fuqek "Ħa nagħlaq 61 sena u t-trawma għadha fuqi, it-trawma tibqa' fik. Minn dak l-aċċident lil hawn moħħi ma waqafx jaħseb. Tibqa' taħseb u tistaqsi. Tgħid se jerġa' jiġri hekk?" Din it-traġedja għal ħafna kienet twissija sabiex ibiddlu l-karriera tax-xogħol qalilna Abela "kien hemm ħafna nies li telqu mit-Tarzna ma ridux joqogħdu hemm iżjed wara l-isplużjoni tal-Um El Faroud. Aħna anqas konna nimmaġinaw kemm konna nkunu f 'periklu u ma nafux. Mela jien qatt immaġinajt li vapur se jiġrilu hekk, li vapur itir id-deck ħxuna ta' pjanċi bħal dawk. Jien stajt kont wieħed minnhom u kif u x'fatta ġrat ma nafx. Emminni, sal-ġurnata tal- lum għadni ma nafx x'ġara." Fi tmiem l-intervista staqsejt lil Joseph Abela x'sentimenti jħoss meta kull sena jasal l-anniversarju tal-Um El Faroud u kien pront biex jgħidli, "Kull sena ngħid l-istess ħaġa, twilidt mill-ġdid, ħa nagħlaq 23 sena ħaj." Nota Editorjali: F'għeluq it-23 sena mit-traġedja tal- Um El Faroud, il-gazzetta ILLUM tixtieq issellem lill-vittmi tat-traġedja, lill-familji u lill-qraba kollha tagħhom. Għalkemm iż-żmien itaffi, il-ferita ma tfieq qatt. "Kien hemm ħafna nies li telqu mit-Tarzna, ma ridux joqogħdu hemm iżjed wara l-isplużjoni tal-Um El Faroud. Aħna lanqas konna nimmaġinaw kemm konna nkunu f 'periklu u ma nafux."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018