Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Intervista 13 kontra min jagħmel protesta paċifika" voċiferu fuq is-saltna tad- dritt f 'Malta, u biż-żjarat li kelna matul dawn l-aħħar xhur mill-Kumitat PANA kif ukoll minn delegazzjoni ta' MEPs mill-gruppi politiċi kollha, staqsejna lil Zammit Dimech jekk dawn iż-żjarat hux qed jispiċċaw itappnu l-kredibilità ta' Malta. Spjega li meta l-MEPs jiġu f 'Malta biex jaraw mill-qrib u "minflok jingħataw risposti ċari, imorru lura aktar inkwetati milli ġew, it-tort ma jkunx ta' min qed ifittex il-verità." Ġab l-eżempju li meta jsir rapport fuq ħalliel mhux min jagħmel ir-rapport ikun tappan ir-reputazzjoni tal-ħalliel imma jkun tappanha l-ħalliel stess bl-aġir tiegħu. Qal li hu ma jridx jibqa' jara ġurnalisti ta' fama dinjija li jiddeskrivu lill-Prim Ministru bħala l-'artful dodger' tal- Ewropa. "Aħna ma niħdux pjaċir meta naraw ċertu rapporti u kien bi sforz u ħidma kbira min-naħa tagħna li ma ħallejniex li Malta tiġi deskritta bħala 'tax haven'." Hawnhekk l-ILLUM staqsiet allura xi jwieġeb lil kull min qed jid-deskrivi lill-MEPs tal- Partit Nazzjonalista bħala tradituri, b'Zammit Dimech iwieġeb li "min jgħid li aħna tradituri m'għandux l-iċken idea ta' kif taħdem id-demokrazija, għadu ma fehemx jew ma jridx jifhem jew taparsi ma fehemx li l-Parlament Ewropew huwa l-parlament tal-poplu Malti bħalma huwa l-parlament tal-Belt." Qal li f 'parlament tirrappreżenta lin-nies li jkunu tellgħuk u tressaq il-problemi li jkunu qed jinkwetawhom u l-istess il-Parlament Ewropew, "li huwa l-parlament tal-popli kollha inkluż dak Malti." Dorna wkoll fuq is- sitwazzjoni preżenti fil- Partit Nazzjonalista, hekk kif Francis Zammit Dimech ilu snin twal f 'dan il-partit u rah jinbidel kemm-il darba. Iddeskriva kif għex tiġrijiet kbar fit-tmexxija tal-PN fi żmien meta pereżempju Eddie Fenech Adami ħa f 'idejh it-tmun fit-tiġrija li kienet ikkontestata minn Guido de Marco u Ċensu Tabone. Meta ħa f 'idejh it-tmexxija Lawrence Gonzi u aktar tard Simon Busuttil. Qal li kull partit politiku jrid jgħaddi minn proċess ta' tiġdid wara elezzjoni ġe-nerali u li l-Partit Nazzjonalista kellu l-kuraġġ "li s'issa l-Partit Laburista ma kellux li jagħti wkoll din id-deċiżjoni lill-għeruq tal-partit, it-tesserati kollha tiegħu." Francis Zammit Dimech għamel appell lill-kollegi tiegħu fil-partit, "ngħidha kemm b'lealtà lejn il-partit u b'esperjenza, ejja nħarsu lejn dak li l-partit irid iwettaq għall-poplu kollu." 'Il-lealtà mhix biss lejn il- Kap u l-partit imma wkoll lejn il-poplu' Zammit Dimech qal li d-deċiżjonijiet interni ttieħdu u jridu jiġu rrispettati, spjega kif hu kien ikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-partit flimkien ma' Simon Busuttil, Mario de Marco u Ray Bezzina u għalkemm ma kienx rebbieħ "bqajt leali lejn il-partit u bqajt nagħmel l-almu kollu tiegħi, għax il-lealtà mhix biss għall-Kap, diġà hija im-portanti dik, lanqas ma hija biss għall-partit imma hija għall-poplu kollu." Saħaq li fil-preżent il-poplu għandu bżonn aktar minn qatt qabel li jkun hawn Partit Nazzjonalista b'saħħtu "għax l-iskandli li konna niżvelaw qabel għadhom hemm u magħhom qed jiżdiedu skandli ġodda." Hekk kif Francis Zammit Dimech kien elett fil- Parlament Ewropew fis-sajf li għadda, fl-elezzjoni każwali għall-post battal ta' Therese Comodini Cachia, għalaqna din l-intervista bil-mistoqsija dwar dak li ra differenti f 'dawn ix-xhur fil-Parlament Ewropew mill-parlament Malti. Qal li l-Parlament Ewropew jaħdem b'mod professjonali esprima x-xewqa li l-Parlament ta' Malta ikun jista' jsegwi dawn l-eżempji wkoll. Spjega l-aktar esperjenzi sinjifikattivi għalihom f 'dawn l-aħħar xhur bħala Ewropar-lamentari kien is-sehem f 'delegazzjonijiet fil-Libanu, fejn iltaqa' mal-Prim Ministru Harari, f 'ċirkostanzi importanti għal dak il-pajjiż, u d-delegazzjoni fis-Sudan dwar suġġetti marbuta mad- drittijiet tal-bniedem. Il-lealtà mhix biss għall-Kap, diġà hija importanti dik, lanqas ma hija biss għall-partit imma hija għall-poplu kollu. " "