Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum ILĦADDIEMA li huma parti mill-maniġment tal- Vitals Global Healthcare tħallew kompletament fid- dlam, ma jafu xejn dwar il- qagħda tal-VGH, ma jafu xejn x'se jiġri minnhom u lanqas biss jafu eżatt, kif u meta sar jew se jsir, l-iffirmar tal-ftehim li permezz tiegħu suppost Vitals Global Healthcare se jbigħu konċessjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi, liema konċessjoni rebħu fl-2015 u kienet ta' 30 sena, bl- għażla li jestenduha għal 99 sena. Nies qrib ħafna tal- VGH u sorsi ta' din il- gazzetta żvelaw ukoll kif il-ġimgħa l-oħra it-tim sħiħ li kien qed jieħu ħsieb l-informatika, fosthom sistema ta' 'inputting' ta' pazjenti ħallew iċ-ċwievet mal-ħaddiema tal-VGH u telqu minn Malta. It-tim li kien qed jieħu ħsieb l-informatika ta' dan il-proġett kien parti minn Ohum Healthcare Solutions, li kif jgħid is-sit tal-istess kumpanija hija responsabbli mit-tekonoloġija u mill- pjattaforma fil-qasam tas- saħħa magħmula apposta biex tagħti "kura ta' livell mindjali" fl-isptarijiet li għandhom il-VGH. Il-proġett li kienet qed tmexxi Ohum Healthcare mal-VGH kien msejjaħ 'Proġett Metamorfosi' u kien jinkludi qafas li jagħmel moniteraġġ ta' xejriet li jistgħu jassistu s-sorveljanza tal-mard, hekk kif jispeċifika is-sit ta' din l-istess kumpanija. It-tim ta' ħaddiema li kienu qegħdin Malta u li jidher illi abbandunaw il-proġett tal-Vitals Global Healthcare, kienu Indjani kif fil-fatt huwa l-Kap Eżekuttiv tal-istess kumpanija, Udai Kumar. Kumar f 'intervista mal- Economic Times nhar it-2 ta' Frar 2016 kien iddeskriva l-kumpanija li jmexxi bħala 'gamechanger' fil-qasam tas- saħħa fl-Indja. Lura Malta l-ħaddiema tal-VGH ma ġewx infurmati jekk dan it-tim hux se jkun qed jirritorna jew le lura fuq il-proġett. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu wkoll illi matul l-aħħar jiem jidher li anke l-kuntratturi responsabbli mill- kostruzzjoni tal-iskola ta' Barts Medical School ħallew iċ-ċwievet l-uffiċċju u waqfu jaħdmu. Mhux ċar, anqas hawn, jekk dan il-waqfien hux temporanju jew le, għalkemm il-gazzetta oħt Maltatoday kienet irrapurtat illi l-VGH kienet qed tiffaċċja problemi serji finanzjarji. L-istess gazzetta qalet illi dan wassal biex kien hemm inċertezza fost kumpaniji li kienu qed jagħmlu xogħol għall-VGH u li kellhom jitħallsu. Is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM ikkonfermaw li l-kuntratturi ma kienux qed jitħallsu tax-xogħol li kienu qed jagħmlu u għaldaqstant telqu minn fuq il-post. Il-kostruzzjoni, bħall-IT ukoll, kienet qed titmexxa minn kumpanija kbira Indjana Shapoorji Pallonji. Kienet din il-kumpanija li imbagħad qabbdet kuntratturi Maltin (sub- contactors) biex jagħmlu xogħol ta' kostruzzjoni huma. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li x-xogħol fuq Barts, l-iskola li kellha tiftaħ f 'Settembru li għadda, jinsab prattikament wieqaf għal kollox. Il- gazzetta ILLUM kienet ippubblikat storja b'kummenti ta' sorsi li kienu qalu illi l-iskola ta' Barts tinsab mħassba u anke urtata minħabba li x-xogħol fuq din l-iskola waqa' tant lura u l-ewwel studenti tal-iskola qed ikollhom jużaw l-iskola tal- Gvern tar-Rabat Għawdex. Il-Ministru Chris Fearne kien assigura lil din il- gazzetta li x-xogħol fuq Barts Medical School se jkun lest sas-sajf li ġej, jew madwar minn erba' sa ħames xhur oħra. Din il-gazzetta kienet bagħtet ukoll serje ta' mistoqsijiet lil Barts Medical School li baqgħu qatt ma ġew imwieġba. Fosthom jekk sarux laqgħat magħha dwar il-bejgħ lil Steward Healthcare u jekk ġew ikkonsultati, kienx hemm xi tibdil minn dak mifthiem mal-VGH. Intant s'issa lista ta' mistoqsijiet li bagħtet din il-gazzetta lil żewġ Ministeri u Kelliem tal-Uffiċċju tal- Prim Ministru għadhom ma ġewx imwieġba. Dawn huma l-istess mistoqsijiet li din il-gazzetta diġà għamlet, matul dawn l-aħħar ġimgħat permezz tal-editorjal. Il-mistoqsijiet, pertinenti għax jitrattaw assi pubbliċi, ivarjaw mill-famuż ewro li bih, allegatament inbiegħ it-tagħmir tal-isptarijiet lill-VGH għal mistoqsija dwar jekk il-Gvern talabx rendikont mingħand Vitals Global Healthcare dwar kif intefqu l-flus li l-Gvern għadda lill-istess kumpanija s'issa, madwar €190,000 kuljum. Il-mistoqsijiet intbagħtu lill-kelliema tal-Ministru Chris Fearne, bħala Ministru tas-Saħħa, lill-kelliem tal-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi, bħala l-Ministru li ffirma l-kuntratt f 'isem il- Gvern mal-VGH u li kien responsabbli wkoll minn Projects Malta meta VGH rebaħ il-kuntratt u kelliem tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-gazzetta bagħtet dawn il-mistoqsijiet nhar it- Tnejn u reġgħet bagħtet email oħra bħala tfakkira nhar il-Ħamis. Sakemm morna għall- pubblikazzjoni konna għandna la rċevejna risposta u lanqas rikonoxximent li l-email kienet waslet. Aħbarijiet agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-kuntratturi wkoll waqfu jaħdmu fuq il-bini ta' Barts • Kumpanija Indjana tħaddem kuntratturi Maltin, li waqfu jaħdmu minħabba nuqqas ta' ħlas għax-xogħol li sar s'issa • Silenzju minn żewġ Ministeri dwar rendikont tal-fl us li ngħataw il-VGH 1. Meta sar jaf eżatt il-Gvern li Vitals iridu jbigħu? 2. Għalfejn m'għamilx din l-intenzjoni pubblika mill- ewwel? 3. Il-Ministeru/Ministru u l-Gvern jafu fiċ-ċert min huwa s-sid aħħari (UBO) ta' Vitals li wara kollox ħadu proprjetà pubblika? Jekk iva, min hu? 4. Għalfejn il-unjins ma ġewx ikkonsultati malli l-intenzjoni ta' Vitals kienet ċara? 5. Kemm ħadu flus Vitals f 'dawn il-21 xahar? Intalbu jagħtu rendikont tal-flus li ħadu qabel jitilqu minn Malta? 6. Veru li biegħna t-tagħmir għal €1 biss? Kif jista' jkun iġġustifikat dan il-prezz? 7. Għalfejn il-Gvern ma talabx li jerġa' jibda l-proċess mill-ġdid fi proċess kompetittiv ta' għażla? 8. Meta ġie ffirmat il-kuntratt, bħala membru tal- Gvern u Ministru, kont aċċertat li l-kumpanija VGH kienet f 'pożizzjoni finanzjarja li twettaq tali proġett? Xi staqsejna lill-Gvern dwar il-kuntratt mal-VGH?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018