Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

Aħbarijiet 16 illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Ryan Callus il-verġni U issa Ryan Callus għażel li jivvota favur il-Mercury House ta' Joe Portelli li bela' kulm'hawn. U issa aħna nafu li dawn tal-Mercury house mhux biss ltaqgħu ma' Adrian Delia imma kienu ejja ngħidu 'very considerate.' Issa meta Callus jiġi quddiemna qisu xi verġni pur infakkruh mhux biss fil-Mercury House imma kif ukoll kif iħares in-naħa l-oħra meta tal-PA għażlu li ma jagħtux kwart ta' miljun lill- komunità ta' San Ġiljan. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Delia loves Joseph Issa ta' Delia li għadu ma ħallasx it-taxxa dovuta qed jagħmel minn kollox biex jassumi pożizzjoni ta' bniedem bħal Muscat. Favur il-business at all costs. Jiġifieri dan irid jirbaħ at all costs. Issa min jgħid li dan qed jaċċetta flus minn negozjanti jkun baħnan, għax ma għandux provi imma min jgħid li ma hemm ebda prova li negozjanti mhux qed jagħtu flus lil Delia għal partit mhux baħnan żgur. Direct order f 'Għawdex U jekk qed nitkellmu fuq repubblika tal-banana trid tifhem kif ċertu Frans Gauci dak li għandu l-industrial estate żgħir f 'tal-Maġġi kollu irregolaritajiet ingħata direct order biex jibni industrial estate ieħor f 'Għawdex. Imma wait a minute, dan x'għamel qabbad lil Joe Portelli tal-Mercury house biex jibnih hu. U ovjament kif għamilna l-kalkoli tagħna dawn ser jagħmlu l-isbaħ €11-il mijun + minn fuq proġett tal-Gvern. Prosit Malta Industrial Parks, prosit Sur Cardona. Riħa ta' ħ*** Issa wara l-froġa tal-Vitals, miskin Fearne qed jipprova jżomm 'a brave face' għax ejja ħa nkunu sinċiera hemm riħa kbira ta' ħara u mhux it-tort tiegħu. Li hu interessanti li hawn xi Indjani u Pakistani (b'ebda diżprezz lejn il-kulur) li ġew Malta bil-ħsieb li jagħmlu kemxa liri u għandhom l-impressjoni li aħna repubblika tal-banana. Ferris security U bilħaqq insejt ngħidilkom, imma dak l-ispettur... uffa… ifakkarni fil-pink panther… e iva dak li jismu Jonathan Ferris dak qed jaħdem security il-Westin. Hekk xieraq tafux. Għax wara kollox il-Westin kien għal ħafna snin il-lobby fejn jiltaqħu Cachia Caruana u Defni – t-tnejn rispettati għal għemilhom u għall- karattru ħelu tagħhom. Mistoqsija stupida, Sur Ferris dak ir-revolver fuqek ikun? Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali L-imħallef Peter Xuereb innominat għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ILGVERN Malti nnomina lill-imħallef Prof Peter G. Xuereb biex iservi fil- kariga ta' mħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan wara li din is-sena se jispiċċa t-terminu tal- Imħallef Anthony Borg Barthet. L-imħallef Borg Barthet kien ilu jservi f 'din il-kariga mill-2004. Jekk din in-nomina tkun approvata, il-kariga tal-imħallef Xuereb tidħol fis-seħħ minn Ottubru għal perjodu ta' sitt snin. Il-Professur Xuereb bħalissa jservi bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fejn kien approvat f 'din il-kariga fl-2016. Huwa serva bħala Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Ewropea u Komparattiva fil- Fakultà tal-Liġi u ggradwa bħala avukat fl-1977. Serva wkoll bħala konsulent f 'diversi fergħat tal-liġi nazzjonali u Ewropea. Marlene Mizzi hija l-unika MEP Maltija nnominata fl-'MEP Awards 2018' L-AD tappella biex il-kosta tiġi mħarsa mill-iżvilupp LMEP Laburista Marlene Mizzi hija l-unika MEP Maltija li ġiet innominata f 'lista sħiħa ta' MEPs minn madwar l-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea, għall-MEP Awards 2018. Mizzi, ġiet innominata flimkien ma' tliet MEPs oħrajn għall-premju tas-'Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur', minn total ta' 751 MEP. Iż- żewġ MEPs l-oħrajn huma, is-Soċjalista Maria Grapini li kienet parti mid-Delegazzjoni li ġiet Malta f 'Diċembru u li stħarrġet aktar is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna u Daniel Dalton, MEP Ingliż. Marlene Mizzi, kienet membru tat-tim ta' negozjaturi dwar il-leġiżlazzjoni tar- 'roaming', li wassal biex it-tariffi tar-'roaming' twaqqfu, f 'Ġunju tas-sena l-oħra. Fl-ewwel reazzjoni tagħha fuq Facebook, Mizzi qalet li tinsab kburija li b'ħidmietha tista' tħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' miljuni ta' persuni. Il-Premju għall-MEPs qed isir minn 'The Parliament Magazine' li jiffoka fuq dak kollu li jitratta l-UE, b'taħlita ta' ġurnaliżmu, kummenti, rapporti u analiżi. IĊCHAIRPERSON tal- Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo saħaq li l-konċessjonijiet li l-pajjiż jagħti lit-turiżmu qed jintużaw għall- ispekulazzjoni, b'bosta torrijiet residenzjali ppjanati madwar il-bajja, li wħud minnhom bħal dawk fuq is-sit tal-ITS diġà qed jiġu negozjati bil-miljuni meta għadu beda l-proċess regolatorju. Cacopardo qal li fil-bajja ta' San Ġorġ f 'San Ġiljan se jsir żvilupp li jinkludi torri residenzjali ta' 37 sular, lukanda ta' 17-il sular, kumpless kummerċjali u każinò. Iċ-Chairperson tal-Alternattiva enfasizza li dan il-proġett se jwassal għal impatt enormi fuq it-toroq u r-residenti li joqogħdu fl-inħawi, fuq l-aċċess għall- kosta u fuq il-kwalità tal- ħajja ta' kull min se jkun f 'dawk l-inħawi. Sostna li fadal postijiet madwar il- kosta li mhux żviluppati u allura għandha tiġi applikata l-liġi li approva l-Parlament sabiex l-aħħar ftit kosta mhix żviluppata titgawda minn kulħadd.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018