Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum 17 17 I l-Ħamis 8 ta' Frar jingħata bidu uffiċjali għall-Karnival ta' Malta. Esperjenza unika li wkoll tgħaqqad lill-poplu Malti u Għawdxi. Ta' kull sena ngħid li l-Karnival se jkun aqwa u akbar minn tas- sena ta' qabel. U hekk ikun. Se nirrepeti: din is-sena l-Karnival se jkun aqwa u akbar u wkoll itwal minn dawk ta' qablu! Din is-sena l-Karnival se jkun akbar mis-soltu għax se nużaw ukoll aktar postijiet mill-Belt Valletta, inkluż il-Pjazza Tritoni u se jkun hemm ukoll rappreżentazzjonijiet barra mill-Belt Valletta, inkluż fl- Esplora. Kif nieħu l-opportunità li nagħmel kull sena rrid infakkar li mhux kull pajjiż fid-dinja għandu l-Karnival. U għalhekk għandna dmir li nkomplu nsaħħu l-Karnival tagħna kif wara kollox qed nagħmlu. Biss se mmur 'l hinn minn hekk. Il-Karnival ta' din is-sena se jibda fl-istess żmien li beda x-xogħol fuq idea li ilha żmien twil tberren fl-imħuħ tad-dilettanti tal- Karnival, proġett li baqa' ħolma għal aktar minn tletin sena. Il-proġett li qed insejħulu l-Malta Carnival Experience. U tassew li dan il-proġett se jkun esperjenza mhux biss sabiħa għal dawk kollha dilettanti, imma għalina lkoll. Dn il-proġett tant mistenni jappoġġja u jippromwovi l-kreattività u l-innovazzjoni kif ukoll inizzjattivi minn artisti, individwi, gruppi u komunitajiet – bħalma hija l-komunità tal-Karnival. Kif għidt qabel, għall- komunità tal-karnival, din l-idea ilha żmien twil, imma aktar milli idea, maż-żmien saret bżonn, mhux biss biex din il-komunità tkun tista' taħdem fi spazju adekwat, imma wkoll biex il-ħidma tagħhom tkun imħarsa mill- elementi tan-natura li spiss kienet qed tkun kaġun ta' ħsarat mhux mixtieqa fuq ix-xogħol artistiku ta' dawn id-dilettanti. Ilna żmien issa li bdejna bil-ħidma tagħna biex din il-ħolma ssir realtà. Hawnhekk nirringrazzja liċ-Chairman u t-tim kbir tiegħu tax-xogħol preparatorju li wettqu, imma wkoll tax-xogħol li għad hemm quddiemhom. Sar diġà xogħol preparatorju vast li wassal biex din il-ġimgħa ngħata bidu għax-xogħol fiżiku fuq is-sit magħżul kif rajna fl- aħbarijiet fuq xandir Malta. Sit li għandu tlettax-il elf metru kwadru. Dan il-Proġett Nazzjonali evolva wkoll wara studji li saru. Minn sempliċiment spazju għall-ħidma tal- karrijiet u maskeruni, spazju għall-ħjata tal-kostumi rikki tal-karnival u xogħol ieħor, issa se jinkludi wkoll spazju għall-provi taż-żfin u fuq kollox mużew dwar l-istorja tal-karnival, ċentru ta' orjentazzjoni u spazji oħra li jagħtu lok għal interazzjoni kemm bejn il-parteċipanti imma wkoll għall-dawk li jżuruh. Proġett Nazzjonali li żgur li se jkun fil-lista ta' postijiet li se jibdew iżuru t-turisti li jiġu f 'pajjiżna. U b'hekk qed noħolqu wkoll niċċa oħra – sit ġdid – li żgur se jkun esperjenza unika għat-turist. Il-proġett li jinsab il- Marsa, iħaddan il-prinċipju ta' riġenerazzjoni mnebbħa mill-kultura li għandha implikazzjoniiet importanti għall-promozzjoni tal- kultura inklussiva. Dan il-proġett mhux biss jolqot direttament żewġ proposti prinċipali tal- Mainfest Elettorali, imma huwa wkoll parti integrali mill-Politika Kulturali Nazzjonali. Din hija politika li tirrikonoxxi soċjetà demokratika li tgawdi livell għoli ta' għixien u li timpenja ruħha f 'ħajja kulturali dinamika. Soċjetà għanja li teħtieġ sistemi u inizjattivi – bħalma se jkun dan il-kumpless – li tħeġġeġ lill-membri kollha żgħar u kbar biex jiżviluppaw il-potenzjal kreattiv tagħhom. Tgħinhom ukoll jipparteċipaw b'mod attiv fl-intrazzjoni soċjali u f 'ambjent li jistgħana l-kultura ta' kull persuna u individwu. The Malta Carnival Experience, iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, huwa proġett Nazzjonali li se jilħaq dawn l-għanijiet u li se jsaħħaħ u jinkoraġixxi l-iżvilupp ta' tradizzjonjiet u arti kreattiva. Dan huwa kollu x-xogħol li qed nagħmlu biex il-prodott kulturali jmur 'il quddiem, jimxi 'l quddiem u jkompli jikber. *** Il-Karnival hu wkoll il-festa tat-tfal u huma wkoll jilagħbu parti importanti ħafna fil- ħidma kulturali. Jiena nogħxa nara t-tfal lebsin kostumi tal-karattri favoriti tagħhom, jieħdu pjaċir fit-toroq tal-Belt u d-diversi rħula li jorganizzaw il-Karnival. Persważ li kulħadd f 'pajjiżna għandu memorji sbieħ tal-Karnival meta huma kienu tfal. Bil-Karnival li se ntellgħu din is-sena se nħallu lil uliedna u wlied uliedna jibnu memorji meraviljużi. *** Il-Gvern Malti din il- ġimgħa ċċirkola fost il- partijiet interessati r-risposta uffiċjali tiegħu għar- rapport tal-grupp ta' MEPs effettivament immexxi minn David Casa li ġew hawn Malta u jindagaw dwar is- saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Fil-fehma tiegħi r-risposta uffiċjali ġġib fix-xejn ħafna statements bla bażi li kien hemm fir-rapport u juri l-ħafna u ħafna xogħol li sar u jsir ta' kuljum biex pajjiżna jimxi 'l quddiem. Dak li qal David Casa dwar ir-risposta uffiċjali kien patetiku. Flok jirrealizza kemm qed jagħmel ħażin li jagħmel din il-ħsara kollha fuq Malta, sfortunatament dan għażel li jibqa' jippersisti fuq it-triq il-ħażina. Aħna se nibqgħu niddefendu lil Malta. Esperjenza Unika Maltija OWEN BONNICI Opinjoni Minn sempliċiment spazju għall- ħidma tal-karrijiet u maskeruni, spazju għall-ħjata tal-kostumi rikki tal-karnival u xogħol ieħor, issa se jinkludi wkoll spazju għall-provi taż-żfin u fuq kollox mużew dwar l-istorja tal-Karnival Dan il-proġett mhux biss jolqot direttament żewġ proposti prinċipali tal-Manifest Elettorali, imma huwa wkoll parti integrali mill-Politika Kulturali Nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018