Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 18 Opinjoni N har l-Erbgħa, il-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar beda d-diskussjoni dwar jekk għandux ikun hem tibdil fil-politika dwar il-pompi tal-petrol (u d-disil) (Fuel Service Stations Policy) tal-Awtorità tal-Ippjanar. Bla dubju kien xprunat mid-deċiżjonijiet riċenti tal- istess awtorità dwar pompi tal-petrol f 'Burmarrad, Marsaskala u l-Magħtab. Hemm applikazzjonijiet pendenti għal pompi ġodda f 'Ħ'Attard, l-Imqabba u l-Iklin filwaqt li hemm madwar 60 pompa oħra qed jistennew il-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar biex itejbu l-faċilitajiet inkluż protezzjoni ambjentali u dan minn total eżistenti ta' 85 pompa. Il-kummenti validi kienu bosta. Ikkonċentraw l-iktar fuq il-ħtieġa li l-pompi tal-petrol fiż- żona urbana jingħalqu u li dawn jiċċaqalqu xi mkien ieħor. Ftit iżda kien hemm ħeġġa biex tkun diskussa l-qalba tal-materja: xi bżonn għandna tal-pompi tal- petrol? Madwar ħames xhur ilu, il-Prim Ministru, wara li għal darba oħra ħares ħarsa sewwa lejn il-Manifest Elettorali ta' Alternattiva Demokratika tal-2017, ħabbar, li l-Gvern immexxi minnu kien ser jagħti bidu għal proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Dan biex jistabilixxi data minn meta karozzi li jaħdmu bil- petrol u d-disil ma jkunux jistgħu jinbiegħu iktar biex minflok ikollna karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Ma smajna xejn iktar dwar dan ħlief artiklu miktub mill- Ministru tat-Trasport Ian Borg entużjażmat li fis-snin li ġejjin ser nimxu fuq il-passi ta' pajjiżi Ewropej oħra. Il-Prim Ministru, bir-raġun kollu emfasizza li din il- bidla fil-politika tal-Gvern kienet meħtieġa minħabba li l-emmissjonijiet tal-karozzi kienu l-ikbar sors ta' tniġġiż tal-arja fil-pajjiż. Għalfejn dan id-dewmien kollu biex ikunu stabbiliti u mħabbra d-dettalji ta' din id-deċiżjoni tajba? Uħud mill-pajjiżi Ewropej ilhom żmien li għamlu dan. In-Norveġja u l-Olanda stabbilew is- sena 2025, il-Ġermanja qed tikkunsidra s-sena 2030, filwaqt li Franza u r-Renju Unit huma mħajra għas-sena 2040 biex iwaqqfu l-bejgħ ta' karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-disil. Id-diskussjoni dwar il- politika li tikkonċerna l-pompi tal-petrol/disil għandha ssir f 'kuntest wiesa' tal-politika tat-trasport inkluż l-elettrifikazzjoni tal- mezzi privati tat-trasport. Il-punt ewlieni tad- diskussjoni huwa li bħala riżultat tal-elettrifikazzjoni n-numru ta' pompi tal- petrol/disil meħtieġa mhux ser jiżdied imma ser jonqos fuq medda ta' snin u dan sakemm jasal għal xejn jew kważi xejn. Allura għalfejn nibnu u ninkoraġixxu l-bini ta' iktar pompi tal-petrol/ disil? Ikun ferm iktar għaqli kieku l-investiment nindirizzawh lejn is- soluzzjoni tal-problemi, mhux lejn it-tkattir tagħhom! Il-pompi tal-petrol eżistenti fiż-żoni urbani qed jintużaw bħala skuża biex jippruvaw jiġġustifikaw it-tħarbit ta' 3000 metru kwadru ta' art. Fil-fatt dan hu l-iskop ewleini tal-politika dwar il-pompi tal-fjuwil approvat fl-2015. Ma jkunx aħjar li flok ma jingħalqu l-pompi tal-petrol fl-abitat ikunu konvertiti f 'lok fejn tiċċarġja l-batteriji tal-karozzi? Dawn il-pompi qegħdin fil-parti l-kbira tagħhom f 'żoni ċentrali u huma ġeneralement ta' qies żgħir. Kull pompa tal-petrol urbana li tkun salvata u konvertita biex fiha niċċarġjaw il-batteriji tfisser ukoll li nkunu salvajna 3000 metru kwadru ta' art minn spekulazzjoni. Fl-istess ħin inkunu qed nippovdu servizz li ser ikun essenzjali eżatt fejn hu meħtieġ. Dan ikun użu tajjeb għall- investiment, aħjar milli jintuża f 'bini ta' pompi ġodda barra miż-żona tal-iżvilupp. Jekk dan isir inkunu qed nittrasformaw problema eżistenti f 'diversi lokalitajiet f 'soluzzjoni addattata għall-bini tal- infrastruttura meħtieġa għall-eletrifikazzjoni tat- trasport privat f 'Malta. Dan ovvjament ifisser li nkunu qed naqilbu ta' taħt fuq il-politika dwar il-pompi tal-fjuwil. Flok ma nużaw il-pompi urbani bħala skuża biex tkun ġustifikata l-ispekulazzjoni tal-art inkunu qed nagħtu spinta tajba lill-ħarsien ambjentali. Hu eżattament dan li għandna bżonn f 'dan il- mument: naqilbu l-ippjanar rasu 'l isfel. L-ippjanar rasu 'l isfel 'Il-pompi tal-petrol eżistenti fiż- żoni urbani qed jintużaw bħala skuża biex jippruvaw jiġġustifikaw it-tħarbit ta' 3000 metru kwadru ta' art' 'Franza u r-Renju Unit huma mħajra għas-sena 2040 biex iwaqqfu l-bejgħ ta' karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-disil' CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com