Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018| illum Aħbarijiet GĦADD ta' bdiewa li ilhom snin jaħdmu l-art biswit iż-żona industrijali ta' Bulebel, il-ġimgħa l-oħra ġew innotifikati b'avviż ta' żgumbrament mill-Gvern. Dan minħabba pjan ta' żvilupp ta' iktar fabbriki f 'Bulebel mill-Malta Industrial Parks (MIP). Dan l-iżvilupp se jkun qed jeqred firxa konsiderevoli ta' art fil-viċinanzi taż-Żejtun. Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM marret fiż-żona inkwistjoni u hemmhekk tkellmet ma' diversi bdiewa, li jista' jkun illi ħidmiethom fuq din l-art tgħodd ftit ġranet biss hekk kif tinsab mhedda minn kostruzzjoni ta' fabbriki. "Il-Gvern tani 30 ġurnata mandat ta' żgombru", sostna rrabjat Andrew Abela li ilu għal dawn l-aħħar 30 sena jaħdem l-art agrikola. "Jekk l-art bla titlu kif qed jgħidulna inutli toqgħod taħli l-flus għalxejn sostna," Abela. "Jien m'għandix titlu però, is-siġra tal-ħarrub li għandi u aktar minn 70 siġra protetta tista' tgħidli jekk m'għandhomx titlu dawk?" "Jien illum għandi 42 sena, ilni minn ta' seba' snin niġri f 'dawn l-għelieqi maz-zijiet, mhuwiex sigriet, kif il-post baqa' hekk sabiħ. Għax aħna dejjem ħadna ħsiebu, bqajna nżommuh fl-istat oriġinali tiegħu, niżirgħu r-raba'. Mhux biss niżirgħu l-ħaxix imma anke siġar taż-żebbuġ," sostna Karl Refalo. Refalo wkoll huwa bidwi li ilu jaħdem parti minn din l-art mimlija siġar u ħajja. "Aħna m'aħniex kontra l-iżvilupp, imma hemm mod u manjiera kif isiru dawn l-affarijiet. Tkun ġerħa kbira kieku nkomplu nieħdu l-aħħar biċċa mill-pulmun tan-naħa t'isfel. Nitlob lill-Ministri u Segretarji Parlamentari tan-naħa t'isfel sabiex jieħdu azzjoni fuq din iż-żona," temm jgħid Refalo Intant l-ILLUM tkellmet ukoll mal-President ta' Wirt iż-Żejtun Ruben Abela. Abela spjega kif l-żvilupp fiż- żona Industrijali ta' Bulebel "se jbiddel kompletament iż-Żejtun tant li dan mhux se jibqa' raħal." Mistoqsi biex jgħid kif se jiġri dan, Abela spjega illi jekk iż-Żona Industrijali ta' Bulebel tiġi estiża kif qed ikun ippjanat, l-iżvilupp se jkun viċin ħafna taż-żona residenzjali ta' Ġebel San Martin, għalhekk iż-żona taż-Żejtun issir fiżikament parti miż-żona urbana ħafna ikbar tal-Port il-Kbir u b'dan il-mod iż- Żejtun jitlef il-karatteristiċi ta' villaġġ." Hu fakkar ukoll li "r-residenti ta' din iż-żona diġà qed isofru mill- inkonvenjenza tat-tniġġis mill-istorbju minn fabbriki eżistenti." Għalkemn skont il-Pjan Lokali għan-Nofsinhar, approvat fl-2006, huwa possibbli li din l-art inkwistjoni tintuża għall- estensjoni taż-żona indsutrijali, il-pjan innifsu jitkellem dwar "il-ħtieġa li dan l-ispazju jiġi protett mill- iżvilupp minħabba li hu ta' valur agrikolu. Abela, f 'isem Wirt iż- Żejtun, spjega lill-ILLUM li f 'din iż-żona bħalissa hemm n-numru kbir ta' siġar tal-ħarrub li skontu ilhom hemm għal mijiet ta' snin u li riċentament instabu diversi fdalijiet arkeoloġiċi f 'din l-istess żona wkoll. Intant l-Assoċjazzjoni Wirt iż-Żejtun nediet petizzjoni kontra dan l-iżvilupp sabiex il-Gvern jipproteġi din iż- żona għall-futur. Dan l-iżvilupp qed isib dejjem aktar oppożizzjoni. Fost in-nies li diġà tkellmu kontra l-bini ta' dil-firxa ta' art agrikola kien hemm l-ambjentalist u eks Kandidat tal-Partit Laburista fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Steve Borg. Borg sostna li l-proposta tal- MIP biex f 'din l-art agrikola u l-kampanja Maltija f 'Bulebel "tinqered u minflok tinbena f 'aktar fabbriki tal-konkos turi kemm hemm min mhux sensittiv għall-firxa kerha urbana li ngħixu fiha u li fetħet ferita kbira f 'qalbna." Huwa qal illi l-MIP tista' toqgħod fuqu illi dan l-iżvilupp se jsib oppożizzjoni qawwija mingħand dawk li jridu jsalvaw il-ftit kampanja li tħalliet lilna u lil uliedna. "Aħna favur li din l-art agrikola u Wied Żrinġ jibqgħu kif inhuma u nappoġġjaw lil Wirt iż-Żejtun u lin-nies tan-Nofsinhar ta' Malta fir-rieda soda tagħhom għal din il-protezzjoni. M'hemmx kompromessi dwar din. Din l-applikazzjoni triq waħda għandha - li tiġi rtirata u mirduma." lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Iż-Żejtun mhux se jibqa' r-raħal kif nafuh' L-ILLUM titkellem mal-bdiewa li jaħdmu l-art agrikola li tista' tispiċċa mibnija...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018