Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Senglea A .......................2 Tarxien R ........................2 FILKONFRONT bejn Senglea Athletic u Tarxien Rainbows ma rriżulta l-ebda rebbieħ hekk kif huma temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ġust ta' 2-2. Kienu Senglea Athletic li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti rnexxielhom jiftħu l-iskor meta wara li rċieva minn azzjoni ta' corner, għola tajjeb Matias Garzia li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. It-team mill-Kottonera kompla jattakka u żewg minuti biss wara freekick insidjuż ta' Gonzalo Virano, ġie mxellef għal corner minn player ta' Tarxien Rainbows. Fil-11-il minuta r-Rainbows qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta, il-player Sean Cipriott, wara xi rimarki li għaddda fil- konfront tar-referi, Matthew Degabriele. Tliet minuti wara, Tarxien Rainbows resqu vicin li jgibu l-isokr inaaqs meta Ebiabowei Baker kellu tentattiv minnn daqqa ta' ras wara azzjoni ta' corner ieħor, jiġi mxellef għal corner ieħor. Senglea Athletic irrispondew fil-21 minuta permezz ta' xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta' Ivan Paz li ġie devjat f 'corner minn player tar-Rainbows. Tarxien Rainbows reġgħu ħolqu l-periklu fis-26 minuta permezz ta' freekick minn pożizzjoni angulata ta' Eduard Calin li għadda tul il-lasta u l-ballun baqa' sejjer barra. Erba' minuti wara, James Brincat dejjem għar-Rainbows kellu tentattiv minn freekick li ntemm barra. Fit-32 minuta, ir-Rainbows ġabu l-iskor indaqs meta Samba Tounkara indirizza cross lejn James Brincat li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jiġi devjat f 'corner mill-goalkeeper tas-Sengleani, Matthew Farrugia. Dan sabiex mill- corner li rriżulta Wellington De Oliveira Viera mill-viċin u permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun ġewwa. Senglea Athletic ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat- tieni taqsima u ta' dan ġew ippremjati meta fil-50 minuta rdoppjaw l-iskor meta Bragi Gregori, ikkonkluda ġirja tajba fuq ix-xellug qabel għadda għan-nofs lejn Terence Vella, li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper żagħżugħ tar- Rainbows, Andrea Cassar. Iżda Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs fil-81 minuta permezz ta' xutt sabiħ minn barra l-kaxxa ta' Eduard Marian Calin li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tas- Sengleani, Matthew Farrugia. Senglea A. Farrugia, Vella, Bondin, Uyi, Azzopardi, Azzopardi, Virano, Paz, Vella, Palmieri, 7 - Gregori (Caseres 65') Tarxien R. Cassar, Baker, Scicluna, Grech, Radovanovic, Aquilina, Cipriott, Brincat (McKay 70'), Calin, Tounkara, De Oliveira Viera (Brincat 62') Referi Matthew Degabriele SPORTSillum Ritratt - Christine Borg Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch L-ebda rebbieħ bejn Tarxien Rainbows u Senglea Athletic IVAN PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plajer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Ingħaqad ma' Senglea Athletic riċentament mingħand St Andrews. Bragi Gregori segwit minn plejer ta' Tarxien Rainbows

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018