Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Sliema W ..................... 2 Lija A........................... 0 ŻEWĠ gowls fit-tieni taqsima taw rebħa meritata ta' 2-0 lil Sliema Wanderers fuq Lija Athletic. Kienu Lija Athletic li ħolqu l-ewwel periklu meta wara erba' minuti, żewġ korners konsekuttivi ma taw l-ebda frott hekk kif id-difiża tas- Sliema Wanderers biegħdet il-periklu. Fit-12-il minuta, kien hemm fawl fuq Erjon Beu li twaqqa' barra l-kaxxaa mill-plejer Peter Xuereb, fejn l-istess Erjon Beu nkariga ruħu permezz ta' freekick dirett, iżda ma kien hemm l-ebda problema għall- goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Wara kwarta, kellna freekick mid-distanza għal Sliema Wanderers, li minnu nkariga ruħu Matias Muchardi, iżda Daniel Scerri tajjar tajjeb bir-ras biex b'hekk evita kull periklu. Tliet minuti biss wara, xutt b'saħħtu ta' Erjon Beu kważi ħasad lil Zammit li salva f 'żewġ tentattivi. Fil-21 minuta, kross fil- baxx ta' Milinceanu għadda tul il-kaxxa ta' Lija Athletic iżda ma sab lill-ebda plejer tal-Wanderers. Dan sabiex fit-58 minuta minn free kick ta' Correa kien il-plejer ta' Lija Athletic, Ousmane Sidibe li b'daqqa ta'ras għeleb lill- goalkeeper tiegħu stess, biex b'hekk irriżulta auto-gowl klassiku. Sliema Wanderers komplew jattakkaw u ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni gowl wara biss żewġ minuti mill-ewwel gowl meta minn korner mogħti qasir bejn Correa u Temile, difensur ta' Lija Athletic irritorna l-ballun lil Frank Temile li għadda lejn Michele Sansone li b'xutt fil- baxx għeleb lil Bonnici. Sliema W. Zammit, Bianciardi, Muchardi, Temile, Milinceanu, Scerri (Shaw 86'), Sansone (Spiteri 70'), Xuereb, Correa, Mintoff, De Assis (Agius 58') Lija A. Bonnici, Cassar (Agius 78'), Muscat, Scerri, Sammut, Borg, Sidibe, Hysa (Clinch 84'), Hirose, Beu, Sammut (Kooh Sohna 56') Referi Fyodor Zammit minn Cristian Antony Muscat Naxxar L .........................0 Birkirkara .......................2 BIRKIRKARA komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu l-isfida ta' Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-0, biex b'hekk kisbu s-seba' rebħa konsekuttiva. Birkirkara kienu perikolużi mas-sitt minuta logħob meta Cain Attard indirizza kross fil- kaxxa li wasal għand Dimitrov li iżda x-xutt b'saħħtu tiegħu kien imtajjar minn Nicht, bid- difiża Naxxarija jirnexxielha tikklerja f 'corner. Erbatax-il minuta u din id-darba kien Andjelkovic li ttanta xortih minn barra l-kaxxa, imma għal darb'oħra Nicht kien attent biex tajjar. Il-goalkeeper Naxxari reġa' kien involut f 'azzjoni oħra fit-28 minuta meta Dimitrov prova jaħsdu b'xutt mid-distanza, imma Christoph Nicht l-ewwel tajjar u filwaqt li Acosta Ferreira pprova jikkonkludi għal ġewwa, il-goalkeeper irnexxielu jżommlu l-ballun. Fis-47 minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ meta Da Silva Goncalves tefa' kross li d-difensuri Naxxarin ma kklerjawx, bil-ballun jasal għand Terence Agius li tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka Fit-52minuta Srdjan Dimitrov impenja lil Christoph Nicht f 'save ieħor. Fis-57 minuta, Birkirkara irduppjaw l-iskor meta minn kross ta' Da Silva Goncalves, il-ballun wasal għand Barbosa li llobbja lejn Waldemar Jesus Acosta Ferreira li din id-darba minn quddiem Christoph Nicht bir-ras ma żbaljax u tefa' fix-xibka biex għamilhom 2-0. Fl-74 minuta Naxxar Lions, kellhom azzjoni rari meta Messias mill-freekick ra lil Naumovski jsalva. Żewġ minuti biss wara mill- korner ta' Srdjan Dimitrov, Acosta Ferreira bir-ras reġa' prova għal ġewwa imma l-ballun kien maqlugħ mid- difiża ta' Naxxar Lions. Fil-81 minuta Srdjan Dimitrov reġa' ttanta xortih għal Bikirkara, iżda Christoph Nicht għal darb'oħra milli jsib ix-xibka. Naxxar L. Nicht, Santos Henriques Caetano, Souza Duarte Junior, Moser (Fenech 69'), Micallef, Falzon (Ellul 70'), Bonnici, Bustos, Buhagiar (Cassar 84'), Ndoye, De Jesus Messias Birkirkara Naumovski, Barbosa Pereira, Andjelkovic, Grech (Farrugia 90'), Zammit, Vukanac, Da Silva Goncalves, Acosta Ferreira (Zammit 83'), Dimitrov (Attard 87'), Attard, Agius Referi Eman Grech Żewġ gowls t-tieni taqsima jagħtu r-rebħa lil Sliema Wanderers Birkirkara jkomplu jikkonfermaw il-qawwa tagħhom u jiksbu s-seba' rebħa konsekuttiva RICARDO CALIXTO CORREA DUARTE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mll-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Huwa fost l-aqwa plejers barrnain li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier SRDJAN DIMITROV Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Irritorna fil-formazzjoni ta' Birkirkara fil-ġimgħat li għaddew. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - Dominic Borg Azzjoni mill-konfront bejn Lija Athletic u Sliema Wanderers Kurt Zammit jipprova jirbaħ il-ballun bir-ras mingħand plejer ta' Naxxar Lions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018