Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Floriana ..........................1 Hamrun S .......................0 FLORIANA kisbu rebħa minima iżda ferm impoertanti ta' 1-0 kontra Hamrun Spartans. Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu wara 16-il minuta meta xutt mid- distanza ta' Mario Fontanella ġie salvat bla diffikultà mill- goalkeeper tal-Ispartans, Jake Galea. Il-Greens komplew jattakkaw u minuta biss wara cross-shot insidjuż ta' Juninho Cabral ma sab lil ħadd minn sħabu biex jagħmel kuntatt mal-ballun. Floriana komplew juru l-aħjar logħob u meritatament fetħu l-iskor fis-27 minuta meta Juninho Cabral avvanza tajjeb fuq il-lemin, u qabel ra lil Jake Galea ħiereġ minn postu, tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Minuta biss wara, xutt ta' Mario Fontanella, dejjem għall-Greens, ġie mdawwar f 'korner minn Jake Galea. Mumenti biss qabel intemmet l-ewwel taqsima, Hamrun Spartans, tilfu okkażjoni tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn freekick insidjuż ta' Marco Criaco, għola tajjeb Cristian Zaccardo, li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jinremm ftit barra. Il-Greens ħarġu ferm b'saħħithom fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-47 minuta, freekick tal-ispeċjalista Mario Fontanella ġie devjat mingħajr wisq diffikultà mill- goalkeepeer tal-Ispartans, Jake Galea. Floriana resqu ferm viċin li jirduppjaw l-iskor fl-64 minuta iżda xutt ta' Juninho Cabral wara li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Ispartans, stampa ma' sieq il-wieqfa. Fl-74 minuta, Hamrun Spartans,qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Thiago Espindola De Paula, wara li rċieva żewġ karti sofor fi- partita. Il-Greens bdew juru logħob tal-ogħla kwalità u wieġbu fit-80 minuta permezz ta' xutt ta' Alex Cini li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Ispartans, Jake Galea. Floriana Akpan (Grech 68), Nayar, Pepe, Ruiz, Pisani, Cabral, Cini, Oyama, Grima, Fontanella, Marcelina Hamrun S. Galea, Criaco, Zerafa, Zaccardo, De Castro, Micallef (Micallef 55'), Faria Machedo, Espindola De Paula, Souza Da Silvera, Camilleri (Caruana 66'), Nilsson Referi Malcolm Spiteri Floriana jiksbu rebħa minima fuq Hamrun Spartans JUINHHO CABRAL Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl uniku tant importanti għal Floriana. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. Azzjoni mill-konfront bejn Floriana u Hamrun Spartans Ritratt - Christine Borg Manchseter City jiddiżappuntaw iżda jikkonsolidaw l-ewwwl post minn Cristian Antony Muscat MANCHESTER City iddiżappuntaw bis-sħiħ iżda baqgħu jokkupaw l-ewwel post meta ħadu punt wieħed barra minn darhom għand Burnley. Huma marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Danilo fit-22 minuta. b'Burnley jġibu d-draw fit-tieni taqsima b'gowl ta' Gudmonsson fit- 82 minuta. Manchester United kisbu rebħa ta' 2-0 f 'Old Trafford kontra Huddersfield bIl- gowls għalihom jaslu fit- tieni taqsima minn Romelu Lukaku fil-55 minuta u Alexis Sanchez fit-68 minuta wara li kien falla penalty. Bournemouth għelbu lil Stoke City bi skor ta' 2-1. Stoke fil-vantaġġ wara 5 minuti b'gowl ta' Shakiri. Iżda Bournemouth idawwru r-riżultat b'gowls minn Joshua King fis-70 minuta u Lys Mousset fid-79 minuta. Brighton jegħlbu lil West Ham f 'darhom bi skor ta' 3-1. Murray jiskurja għal Brighton wara 8 minuti, Hernandez iġib id-draw fit-30 minuta. Fit-tieni taqsima żewġ gowls oħra ta' Brighton skurjati minn Izqueirdo fid-59 minuta u Gross kwarta mit-tmiem. Leicester City u Swansea City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 fil-King Power Stadium. Il-Foxes marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Jamie Vardy wara 17-il minuta. b'Fernandez iġib id-draw fit-53 minuta. Southampton kisbu rebħa tajba barra minn darhom kontra West Bromwich Albion bl-iskor ta' 3-2. Kien Hegazy li fetaħ l-iskor għal West Bromwich Albion wara biss erba' minuti, b'Southampton jiskorjaw tliet darbiet permezz ta' Lemina, Stephens u Ward- Pro rispettivament. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 3 ta' Frar Burnley vs Manchester City 1-1 AFC Bournemouth vs Stoke City 2-1 Brighton & Hove Albion vs West Ham United 3-1 Leicester City vs Swansea City 1-1 Manchester United vs Huddersfield Town 2-0 West Bromwich Albion vs Southampton 2-3 FIXTURES Il-Ħadd 4 ta' Frar 15:15 Crystal Palace vs Newcastle United 17:30 Liverpool vs Tottenham Hotspur It-Tnejn 5 ta' Frar 21:00 Watford vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 4 ta' Frar 12:30 Hellas Verona vs Roma 15:00 Atalanta vs ChievoVerona 15:00 Bologna vs Fiorentina 15:00 Cagliari vs SPAL 2013 15:00 Juventus vs Sassuolo 15:00 Udinese vs AC Milan 20:45 Benevento vs SSC Napoli It-Tnejn 5 ta' Frar 20:45 Lazio vs Genoa Azzjoni mill-konfront bejn Manchester City u Burnley

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018