Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 minn Albert Gauci Cunningham ILKAP tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħabbar tibdil il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista b'bidliet fis-'shadow ministers'. L-aktar bidla sinjifikattiva hija l-kariga li ngħtat lill-eks Kap tal- Partit Simon Busuttil li nħatar bħala l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Governanza Tajba. Adrian Delia stess se jkun il-Kelliem tal-Ġustizzja flok Jason Azzopard, li minflok sar il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent u l-Affarijiet Marittimi. Il-Viċi Kap għall- Affarijiet Parlamentari David Agius inħatar Kelliem dwar l-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, filwaqt li l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo nħatar Kelliem dwar it-Turiżmu. Clyde Puli, li huwa wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu f 'idejh ir- responsabbilità tal-Kelliem għall-Edukazzjoni, li qabel kienet f 'idejn Therese Comodini Cachia, li minflok inħatret Kelliema għall- Midja u l-Kultura. L-eks Viċi Kap Mario de Marco baqa' Kelliem għall-Finanzi, l-istess l-eks Viċi Kap Beppe Fenech Adami li baqa' Kelliem tal- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar inħatar Kelliem dwar il-Kunsilli Lokali u l-Fondi Ewropej, filwaqt li d-Deputat Whip Frederick Azzopardi nħatar Kelliem tal-Edukazzjoni u l-Affarijiet Soċjali f 'Għawdex. Kelliem għal Għawdex baqa' Chris Said, li kien il-kontestant ewlieni ma' Adrian Delia għall-kariga tal- Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono nħatret Kelliema dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazzjoni. Il-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-promozzjoni tal-Kummerċ issa sar Carm Mifsud Bonnici, filwaqt li Stephen Spiteri baqa' Kelliem għas-Saħħa. Fil-ħatriet l-oħra, Ivan Bartolo sar Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, Toni Bezzina nħatar Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it- Trasport u l-Infrastruttura. Maria Deguara nħatret Kelliema dwar l-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità u Mario Galea nħatar Kelliem għas-Saħħa Mentali u d-Drittijiet tal-Annimali. Hermann Schiavone nħatar Kelliem dwar id-Djalogu Soċjali u l-Volontarjat, David Stellini sar il-Kelliem tal-Affarijiet Ewropej u l-Brexit, Edwin Vassallo nħatar Kelliem għas-Self Employed, Negozji Żgħar, Koperattivi, Biedja u Sajd, Marthese Portelli nħatret Kelliema għall-Proġetti Kapitali, l-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà filwaqt li Ryan Callus inħatar Kelliem għaż- Żgħażagħ u l-Isport. Id-Deputat Speaker tal- Oppożizzjoni Claudette Buttigieg inħatret Kelliem għad-Drittijiet Indaqs, Libertajiet Ċivili u Drittijiet taċ-Ċittadin, Karl Gouder issa huwa l-Kelliem dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Claudio Grech inħatar Kelliem dwar il-Benesseri tal- Familja, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet, Drittijiet tat-Tfal u tat-Trabi fil- Ġuf u finalment Karol Aquilina nħatar Kelliem dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku, Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal- Proċessi. MATUL din il-ġimgħa ġiet inawgurata sala ġdida fl-Isptar Mater Dei bil-għan li tilqa' fiha pazjenti li jkollhom problemi f 'saqajhom konsegwenza tad- dijabete. "Id-dijabete hija kundizzjoni li f 'pajjiżna tolqot eluf kbar ta' nies. Hija kundizzjoni li tista' toħloq ukoll numru ta' kumplikazzjonijiet fis-snien, fl-għajnejn u anke fis-saqajn. Kawża tad-dijabete diversi persuni jgħaddu minn amputazzjonijiet," qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. F'pajjiżna filwaqt li l-amputazzjonijiet tas- sieq minn taħt jew fuq l-irkoppa f 'dawn l-aħħar għaxar snin naqsu bin- nofs, iżda min-naħa l-oħra l-amputazzjonijiet minuri tas-swaba' jew pala tas-sieq irduppjaw. Għaldaqstant din is-sala għandha l-għan li tilqa' mill-ewwel biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm lok li jsiru amputazzjonijiet maġġuri. Is-sala tesa' 14-il pazjent u huwa stmat li f 'sena tkun tat servizz lil madwar 1,000 persuna b'kumplikazzjonijiet fis- saqajn kawża tad-dijabete. Is-sala saret b'investiment ta' €400,000. "Fl-aħħar snin rajna investiment qawwi fil-qasam tad-dijabete, anke grazzi għall-Pjan Nazzjonali tad-Dijabete. Kellna introduzzjoni ta' mediċini ġodda fuq il-formularju tal-Gvern, il-ġliptins u repaglinide, kellna numru ta' servizzi miżjuda fuq il-karuna s-safra għal dawk li huma dijabetiċi u fuq kollox dawk kollha li għandhom dijabete Type 1 u dawk li għandhom dijabete Type 2 u huma fuq l-insulina qegħdin jingħataw ukoll erba' sticks b'xejn kuljum biex jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor tagħhom," qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Chris Fearne qal li matul din is-sena l-iskema ta' sticks b'xejn għad-dijabetiċi se tibda tingħata wkoll lil dawk li għandhom dijabet Type 2 u mhumiex fuq l-insulina. 1,000 pazjent fis-sena mistennija jingħataw kura f 'sala ġdida fl- Isptar Mater Dei Adrian Delia jħabbar 'reshuffle' fix- 'Shadow Cabinet' tal-Oppożizzjoni L-eks Kap Simon Busuttil huwa l-Kelliem għall-Governanza Tajba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018