Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Sports 31 fosthom Gary Giordimaina, Adam Vella u David Galea f 'kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom il-British Championship fejn Adam Vella kiseb il- midalja tal-fidda waqt illi Gary Giordimaina rebaħ dik tal-bronż. Mexxa l-FML f 'sitt tournaments internazzjonali fl-2017. Noel MERCIECA – Malta Kickboxing Association : Mexxa l-klabb YingYang Team Noel u s-sena 2017 kienet waħda ferm pożittiva għall-Kickboxing lokali. Mexxa diversi kickboxers għas-suċċess fix- sena internazzjonali b'rebħiet barra minn Malta għall- kickboxers Keith Azzopardi u Christopher Rotin it-tnejn li huma ddikjarati bħala ġellieda professjonali fiċ- ċirkwiet tal-World Kicboxing Network. Damien NEIL – Malta Rugby Football Union : Is-sena 2017 kienet sena ta' waħda ta' sfida kbira għat-tim nazzjonali Malti tar-rugby fejn introduċa fit-team aktar plejers li jilagħbu fil- Kampjonat Malti. Mexxa lit- team li rebaħ il-Conference 1 South u kisbu d-dritt illi jikkompetu għal promotion play-offs. Tim tas-Sena 2017 ATLETIKA : Tim 'A' tar-Relay 4 X 100 metru magħmul minn Sarah Busuttil, Annalise Vassallo, Rachel Fitz u Charlotte Wingfield kiseb il-medalja tal-fidda fil-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li saru f ' San Marino. L-istess tim ġie fit-tielet post fil-Kampjonati tal-Ewropa tat-Timijiet li saru hawn Malta f 'Ġunju 2017. BASKETBALL : It-tim Nazzjonali Malti 'A' tan- Nisa. Immexxi mill-kowċ nazzjonali Angela Adamoli, it- tim rebaħ il-medalja tad- deheb il-Kampjonati tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li saru f 'San Marino. Fil-finali t- tim Malti għeleb lil Lussemburgu 52 – 50 filwaqt li fil-proċess rebaħ wkoll lil Iżlanda u Ċipru. It-tim Malti rebaħ wkoll il-Kampjonat Divijoni C ta' FIBA Europe. MUTURI – DRAG RACING :Simon Giordmaina Racing Team : Immexxi minn Simon Giordimaina li huwa wkoll 'tuner' u Franklyn Borg bħala sewwieq, it-tim ha sehem b'suċċess fil- European Super Street Bike Drag Racing Championship mifrux fuq erba' rawnds li saru fl-Ungerija, Santa Pod , Hockenheim fejn inkiseb il-ħin ta' 7.06 sekondi u mill- ġdid f 'Santa Pod fejn wara 7.07 sekondi t-tim irreġistra record ta' 6.91 sekondi. Kien l-aktar tim veloċi fl-Ewropa u tmemm il-Kampjonat fit- tielet posizzjoni. TEN PIN BOWLING : It- Tim Nazzjonali magħmul minn Sue Abela, Sara Xuereb, Justin Caruana Scicluna u Mauro Anastasi rebaħ il- medalja tad-deheb fil-Mixed Team Event wara li għelbu lil Cipru fil- finali. Fil-proċess fil-mixed doubles Abela u Caruana Scicluna rebħu wkoll il-medalja tad-deheb filwaqt li Xuereb u Anastasi fl-istess kompetizzjoni rebġu l-medalja tal-Bronż. Fil- kompetizzjoni Xuereb rebħet il-Masters filwaqt li Abela, Caruana Scicluna u Anastasi rebħu l-medalja tal-bronż u żewġ medalji tal- bronż fid- doubles tal-irġiel u nisa. WATERPOLO : San Ġiljan ASC: It-tim tal-waterpolo ta' San Giljan iddomina x-xena tal-waterpolo lokali fl-2017 fejn rebaħ il-Kampjonat tax- Xitwa, il-Kampjonat tas-Sajf u il-Kompetizzjoni tan- Knock. Tul dawn is-suċċessi it-tim rebaħ il-partiti kollha li lagħab. Uffiċjal tas-Sena 2017 Joe BAJADA – FEDERAZZJONI MALTIJA TAĊ-ĊIKLIŻMU : Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Ġie elett fil-European Cycling Union fejn jifforma parti minn delegazzjoni ta' 15 –il persuna li jkollha dritt tivvota f 'isem 50 pajjiż Ewropew li huma affiljati fil-Kungress Ġenerali Annwali tal-UCI għall-erba' snin li ġejjin. F'Novembru 2017 inħatar membru tas-Solidarity and Small Countries Commission of the World Cycling Union, il-UCI. Kien segretarju tat-Tour ta' Malta kif ukoll responsabli mit-timijiet li ħadu sehem b'suċċess fil-Grand Fondo f 'Ċipru u l-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f 'San Marino. Jesmond CARUANA – ASSOĊJAZZJONI MALTIJA TAL-WEIGHTLIFTING : Mexxa l-ġurija fil- Kampjonati Ewropej li saru fi Split f 'April 2017 l-ikbar attività tal-weightlifting li matulha inkiser rekord dinji tal-weightlifting minn Georgia. Caruana ġie elett Segretarju Ġenerali tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej u President tal-Unjoni Ewropea tal- Weightlifing filwaqt li f 'pajjiżna huwa l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal- Weightlifting. Saviour PORTELLI – FEDERAZZJONI MALTIJA TAL-ISPARAR: President tal-Federazzjoni Maltija tal-iSparar li rebħet id-dritt li torganizza t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar li ser tkun qed tiġi organizzata f 'pajjiżna fl- 2018. Portelli huwa l-persuna li qed imexxi l-Kumitat Organizzativ li ser jkun qed jieħu ħsieb l-organizazzjoni kollha li ġib magħha kompetizzjoni kbira bħal din. Paul SULTANA – ASSOĊJAZZJONI MALTIJA TAL-BASKETBALL : Wara 45 sena ta' logħob f 'Hanger, illum pajjizna għandu Arena tal-Basketball mill-aqwa grazzi għal ħidma tiegħu bħala President tal-assoċjazzjoni Maltija tal-basketball. Strumentali fil-binja ta' courts għat- taħriġ biex klabbs lokali jkunu jistgħu jitħarrġu matul il-ġimgħa bl-istess courts jintużaw għall-Kampjonati tal- Juniors. Bernard VASSALLO – ASSOċJAZZJONI MALTIJA TAL-BASKETBALL : Bla dubju wieħed mill- aqwa referees tal-basketball fl- Ewropa. Irreffja kull ġimgħa partiti fil-kompetizzjonijiet ewlenin organizzati minn FIBA Europe. Jibqa' wkoll ir- referee ewlieni fil-Kampjonat u kompetizzjonijiet organizzati mill-MBA. Fl-2017 ikontrolla xejn inqas minn 50 logħba internazzjonali. Direttur tas- sezzjoni Referees tal- MBA u responsabbli mill- kummunikazzjoni u l-media tal-Assioċjazzjoni. ILKALENDARJU tat- tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club ġie mniedi fil-jiem li għaddew bit-tellieqa Sport Boat Class - Grand Harbor Marina – Act 1 Il-Klassi Boat Sport ġiet imwaqqfa reċentement minn grupp ta'dilettanti tal-ibburdjar li ħassew li kien hemm opportunitàsabiex din il-klassi partikolari tikber. Il-Klassi tapplika għal-dawk id-dgħajjes ta' bejn 20 u 30 pied. L-ewwel tellieqa tal-istaġun kienet sponsorjatamill- Grand Harbour Marina u rat sitt dgħajjes jieħdu sehem. Għalkemm il-pjan kien li t-tlielaq jinfirxu bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-kundizzjonijiet tat-temp ħżiena mbassra għall- Ħadd rat lil-organizzaturi jisfruttaw il-kundizzjonijiet favorevoli tas-Sibt u biex b'hekk ikkonkludew ħames tlielaq is-Sibt. Matul il- ġurnata, il-flotta laqgħat ukoll tlett dgħajjes mill-Grand Harbour Marina. L-ekwipaġġi kienu magħmula min tnax- il kaptan u ekwipaġġi tas- superyachts. Sitt jottijiet irmeġġiati fil-Marina stess, ntbatu fuq rotta lejn il- Munxar. Wirja ta' klassi kienet dik ta' Paul Borg Cardona (Farr Out) u l-ekwipaġġ tiegħu li rebħu it-tlielaq kollha. Minkejja ir-rebħiet tagħhom, it-tellieqa kienet missielta sew specjalment mill-ekwipaġġi ta' Robert Ciantar (Seriously Bonkers) u Adrian Gauci Borda (Maltese Musketeers) li it-tnejn taw prestazjoni konsistenti. Ciantar u Gauci Borda spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. "Kellna tmiem il-ġimgħa meraviljuż, mhux biss għall- isfidi li kellna fuq li-ilma, iżda wkoll l-atmosfera u l-uċuh ġodda li ngħaqdu magħna. Nirringrazzjaw lir-Royal Malta Yacht Club u il-Grand Harbour Marina tal-appoġġ tagħhom"- Paul Borg Cardona. "L-għan tal-Klassi Boat Sport huwa li jipprovdi iktar opportunitajiet lis-sidien biex jtellqu flimkien. Is-sena li għaddiet organizzajna żewġ avvenimenti zgħar sabiex nintroduċu il-Klassi. Dawn ġew milqugħa tajjeb u l-ewwel avveniment ta'din is-sena kien suċċess ieħor ", ikkummenta Robert Ciantar, wieħed mill-Uffiċjali tal- Klassi "Din is-sena għandna kalendarju sħiħ skedat. Nittamaw li l-entużjażmu li wrew l-ekwipaġġi nhar is- Sibt ser jinfirex m'ekwipaġġi oħra sabiex din il-Klassi tkompli tikber. Nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzja lil-Kumitat Organizzattiv, voluntiera, ir- Royal Malta Yacht Club għall- appoġġ loġistiku tagħhom u naturalment il-Grand Harbour Marina li sponsorjata dan l-avveniment ". Hekk kif spiċċaw it-tlielaq, l-ekwipaġġi ġew milqugħa b'riċeviment offrut mil-Grand Harbour Marina, Bradbury Yacht Concierge u No12 Fine Wines. Il-grupp lokali BNBees, b'għażla ta'melodiji popolari u klassiċi għalqu l-avveniment. It-Tellieqa li jmiss tal-Klassi Sport Boat ser issir fl-24 u 25 ta' Frar. Aktar tagħrif jinstab fuq www.rmyc.orgjew fuq il-paġni Facebook tar-Royal Malta Yacht Club u l-iSport Boat Class –Malta. Riżultati - Sport Boat Class – Grand Harbour Marina – Act 1 L-Ewwel Post - Farr Out (Paul Borg Cardona, Nicky Vassallo, Isaac Saliba, Alan Tabone Ferrante) It-Tieni Post - Seriously Bonkers (Robert Ciantar, Jan Rossi, Duncan Camilleri, Ray Gerada) It-Tielet Post - Maltese Musketeers (Adrian Gauci Borda, Nicolai Portelli, Pierre Mifsud, Simon Posjak) Jinfetaħ l-istaġun tar-Royal Malta Yacht Club bl- Isport Boat Class - Grand Harbor Marina –Act 1 Sail Boat li ħadet sehem t-tellieqa Sport Boat Class - Grand Harbor Marina – Act 1 Ritratt - Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018