Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Sports 35 Malta għal dan it-training camp' Twieled l-belt ta' Rimini s-26 ta' Jannar 1960. Huwa kowċ Taljan ta' esperjenza kbira, fejn mexxa diversi timijiet Taljani bħal Salernitana, Foggia, Pescara, Genoa, Lecce, Atalanta, Lazio, Fiorentina, Palermo, Sampdoria u Bologna. Bħalissa qed imexxi lill-klabb Bulgaru ta' Levski Soa u jinsab Malta sabiex iħarreġ lit-tim trainingcamp qabel ma jissokta l-kampjonat l-Bulgarija. Delio Rossi lok għal taħriġ bis-sens. Għalhekk ridna nagħżlu pajjiż fejn il-klima huwa wieħed li tieħu pjaċir fih u Malta bla dubju huwa l-aħjar post biex nagħmlu dan. Jien kelli x-xorti illi niġi Malta għaxar snin ilu meta ġejt mistieden mis-supporters club tal-Lazio u mal-ewwel għoġobni hawnhekk. Insemmi b'mod partikolari lill-president tal- Lazio Supporters Club Malta, Edward Psaila, li huwa ħabib kbir tiegħi. Nitkellmu issa dwar suġġett ieħor: it-tim nazzjonali Taljan illi ma rnexxielux jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja. Ħafna tefgħu l-ħtija fuq il-kowċ Giampiero Ventura filwaqt illi oħrajn waħħlu fil-federazzjoni Taljana. X'taħseb illi ġara? Jien ma ngħidx illi hi ħtija ta' persuna waħda, lanqas xejn! Ifhem kulħadd bħalissa qed jagħti ħtija lil Ventura għax kien hu li jidher wara kollox fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Taljan. Iżda mhux sew illi wieħed iwaħħal fi bniedem wieħed. Jien xi kultant ngħid illi l-problemi fil-futbol Taljan bdew qabel is-sena 2006 meta rbaħna t-Tazza tad-Dinja. Veru li ħadna l-iktar turnament maġġuri fid-dinja iżda dan ma jfissirx illi konna l-iktar tim b'saħħtu. Nemmen illi ċ-ċirkostanzi u anke x-xorti għenuna mhux ftit biex ħadna dan is-suċċess. Illum il-ġurnata l-klabbs Taljani m'għandhomx il-flus biex iġibu l-aqwa plejers tad-dinja kif kien ġara lura fis-snin 80 u 90. B'hekk qed naraw timijiet bħall-Ġermanja, l-Ingilterra u anke Spanja illi qed javvanzaw fir-rankings u fil-livell ta' futbol għax hemm plejers ta' kalibru li jgħollu dan l-istess livell. Issa toqgħod tgħid, ironikament dawn il-pajjiżi kienu warajna f 'dawn l-istess rankings u issa għaddewna. Illum il-ġurnata dawn il-pajjiżi għandhom talenti żgħażagħ illi qed jiżviluppaw fi plejers għall- futur. Nitkellmu fuq it-teknoloġija fil-futbol u l-VAR illi daħlet fil-kampjonat Taljan matul din is-sena. Taqbel magħha? Ifhem forsi tista' ssejjaħli bniedem antik iżda nemmen illi żball tar-referi narah bħala parti mil-logħba. Forsi nemmen illi t-teknoloġija tista' tgħin meta jkun hemm xi partita kruċjali li fiha jista' jiġi deċiż xi kampjonat jew tazza importanti. Jien ngħid illi t-teknoloġija ser tgħin iżda mhux issolvi xi problema jew dubju li jeżisti. Wara kollox il-logħba tal-futbol hija segwita minn kulħadd minħabba s-sempliċità illi għandha u li iżda xi kultant qed inkunu aħna l-bnedmin stess illi nikkumplikawha. Madankollu kif nafu llum il- ġurnata t-teknoloġija daħlet sew fil-ħajja tagħna u jidher illi anke fil-futbol instab lok għaliha. Eventwalment daħlu wkoll aktar inizjattivi bħal goal-line technology. Xi tgħidli dwar din l-innovazzjoni? Din l-innovazzjoni naqbel ħafna magħha għax ma jistax ikun illi wasalna fis-sena 2018 u għadna ma nafux jekk ma daħalx jew le il-ballun fil-lasta! Kien hemm diversi partiti illi ġew deċiżi minn żball minħabba gowl illi ma ngħatax meta l-ballun kien qabeż il-linja l-bajda. U għalhekk din l-introduzzjoni kienet importanti. B'xorti ħażina l-futbol illum il-ġurnata huwa mifni bil- fenomenu tal-betting. Kif taħseb illi wieħed jista' jkisser dan il-kankru fil-futbol? Ifhem meta flejjes kbar iduru dawra mal-logħba tal-futbol dejjem ser tara azzjonijiet ħżiena jseħħu. Ħafna nies isiru żaqqieqa għall-flus fil-veru sens tal-kelma. U għalhekk jiġri illi jkollna logħbiet illi jkunu miftiehma u li mingħajr ma trid iqajmulek ċerti dubji. Jien naħseb illi rridu naħdmu ħafna fuq il-valuri u l-moralità taż-żgħażagħ illi tilgħin. Irridu nkunu stess aħna illi naħdmu f 'din il-logħba biex nagħtu promozzjoni dwar kemm il-moralità hija importanti fil-futbol u li sportivi veri ma jaslu qatt biex jagħmlu dawk l-affarijiet. Sfortunatament dejjem ser issib dik it-tuffieħa mħassra kullimkien iżda aħna jrid ikollna s-saħħa biex ma nħallux ċerti nies iħammġu din il-logħba tant sabiħa. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ illi jħobbu l-futbol u qed iħarsu biex isiru plejers ta' din il- logħba tant sabiħa. L-ewwel ħaġa illi ngħidilhom hija illi importanti illi meta tilagħbu l-futbol tagħmlu dan biex tiddevertu. Nieħdu eżempju mit-tfal. Dawn jilagħbu għax jieħdu gost jagħmlu dan xi kultant bis-sempliċità kollha tagħhom. Jekk int titlef dan il-fattur għalija tista' ma tilgħabx futbol! Issa jekk aktar 'il quddiem dawn l-istess żgħażagħ ikollhom it-talent neċessarju, għaliex le jistgħu anke jsiru plejers professjonisti. Importanti illi l-ġenituri ma jagħmlux daqshekk pressjoni lit-tfal u jħalluhom jilagħbu u jieħdu gost. "Illum il-ġurnata l-klabbs Taljani m'għandhomx il-flus biex iġibu l-aqwa plejers tad-dinja kif kien ġara lura fis-snin 80 u 90. B'hekk qed naraw timijiet bħal Ġermanja, l-Ingilterra u anke Spanja illi qed javvanzaw fir- rankings u fil-livell ta' futbol għax hemm plejers ta' kalibru li jgħollu dan l-istess livell."