Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 LISEM Maria Efimova mhux talli ma jidher imkien f 'listi ta' persuni li huma 'wanted' fuq is-sit tal- Interpol, talli la l-Pulizija Ċiprijotta, la l-Interpol f 'Nikosija (Ċipru) u lanqas il-kumpanija li allegatament keċċietha ma jridu jispjegaw għaliex l-isem Maria Efimova ma jidher imkien fuq listi ta' nies 'wanted', minkejja li kemm pajjiżna kif ukoll Ċipru ħarġu mandati ta' arresti Ewropej internazzjonali. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' IDF Fragrance, mal-Korp tal-Pulizija f 'Ċipru kif ukoll mal-uffiċċju tal- Interpol f 'Ċipru. Dan apparti, li tat ħarsa wkoll lejn is-siti tal-Interpol u tal-Pulizija f 'Ċipru. L-ewwel telefonata ta' din il-gazzetta saret nhar il- Ħamis lill-kumpanija IDF Fragrance. Skont artiklu li deher fuq is-'Cyprus Business Mail', il-Pulizija Ċiprijotta ħarġu mandat ta' arrest kontra Efimova, kemm nazzjonali kif ukoll Ewropew. Minkejja dan, meta wieħed jidħol fis-sit tal-Pulizija Ċiprijotta fuq il-lista ta' persuni li huma 'wanted' ma jsibx lil Efimova. Meta wieħed jidħol fuq is-sit tal-Interpol u jfittex il-persuni li huma fil-lista ta' nies imfittxija mill-Pulizija Ċiprijotta, ma jsib lil ħadd bl- isem Maria Efimova. L-unika persuna Russa fuq il-lista hija Anna Maksimova. Maksimova qed tiġi mfittxija għal serq u ħasil ta' flus. L-ILLUM ċemplet lil IDF Fragrance. Il-persuna li wieġbet it-telefon qaltilna li kien diġà ċempel xi ħadd u li Natalia Antoniou, il-persuna li allegatament irrappurtat lil Efimova lill-Pulizija Ċiprijotta, setgħet twieġeb biss b'email. L-ILLUM bagħtet email dak il-ħin stess illi fiha staqsiet lil Antoniou tikkonfermax ir-rapport li għamlet kontra Efimova u biex tikkonferma fiċ-ċert li l-impjegata inkwistjoni hija Maria Efimova, jew xi isem varjant ieħor Russu. Staqsejna wkoll lil Antoniou jekk hix konxja tal-fatt illi, għallinqas pubblikament, l-uniku mandat ta' arrest minn Ċipru huwa fil-konfront ta' Anna Maksimova, mhux ta' Efimova (ara kaxxa). Sussegwentement, din il-gazzetta ċemplet ukoll lill-Pulizija Ċiprijotta u staqsiet għalfejn minkejja rapporti li ħarġu mandat ta' arrest kontra Efimova, isimha ma jidher imkien. Wara li għaddewna minn Dipartiment għall-ieħor, fost mistoqsijiet ta' għalfejn irridu din l-informazzjoni (meta fil-fatt hija l-Pulizija stess li tippubblika tali informazzjoni), spiċċajna għand l-Uffiċċju tal-Interpol, f 'Nikosija Ċipru. Il-gazzetta ILLUM staqsiet għalfejn isem Efimova mhux qiegħed fil-lista. Imma l-persuna mill-Interpol qalet biss li ma tistax tagħti informazzjoni. Ħeġġet biss lil din il-gazzetta biex tfittex l-informazzjoni li trid fuq is- sit tal-Interpol. Fuq is-sit tal-Interpol isem Efimova ma jidhirx. Mistoqsija jekk dan ifissirx li persuna li mhix qiegħda fil- lista mhux qed tkun mfittxija mill-Pulizija, il-Pulizija li kellmitna reġgħet ħeġġet biex inħarsu lejn il-lista ppubblikata fuq is-sit tal- Interpol. Fuq il-lista tal-Interpol: Nies b'akkużi simili bħal Efimova Fuq din il-lista, taħt is- sezzjoni ta' Ċipru, hemm diversi persuni li huma 'wanted'. Fosthom, persuni li qed ikunu mfittxija fuq akkużi ta' serq, simili ħafna għall-akkużi li qed isiru fuq Efimova. Pereżempju, Salavat Gubaidulin qed ikun imfittex mill-Pulizija Ċiprijotta minħabba akkużi ta' serq ta' flus 'fuq pretensjonijiet foloz'. Theodor Andrew Naberbaumer qed ikun imfittex minħabba akkużi ta', fost oħrajn, frodi. Persuni oħrajn lanqas biss għandhom l-akkużi mniżżlin ħdejn isimhom. Mal-istess gazzetta Ċiprijotta Efimova kienet ikkwotata tgħid li f 'Novembru l-gazzetti Maltin kien irrappurtaw illi hemm mandat ta' arrest kontriha, "imma minn dakinhar mort f 'diversi pajjiżi Ewropej u staqsejt lill-awtoritajiet jekk hemmx mandat t'arrest kontrija imma ħadd ma ried jgħidli xejn." ("In November, all newspapers wrote that Malta issued an arrest warrant against me," the whistle- blower continued. "But since then I have travelled to various European countries and asked police authorities if there is a warrant against me and nobody wanted to carry it out," she said." - Cyprus agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Ħaż-Żabbar Città Hompesch Laqgħa Pubblika – PA/11060/17 Il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar javża li ser issir laqgħa pubblika ta' konsultazzjoni dwar il-proġett propost fejn ser jinbena stabbiliment tal-ikel u parkeġġ fi Triq tal-Labour. Il-laqgħa ser issir nhar l-Erbgħa 7 ta' Frar 2018 fis-6.00 ta' filgħaxija fis-Sala tal- Kunsill, Ċentru Ċiviku, Triq iċ-Ċawsli, Ħaż-Żabbar. Il-Kunsill jixtieq il-parteċipazzjoni tiegħek f'din il-laqgħa. L-Interpol ma tweġibx mistoqsijiet tal-ILLUM Ara t-traskrizzjonijiet taż-żewġ telefonati li għamlet l-ILLUM mal-Pulizija u ma' IDF Fragrance... L-istorja ta' Daphne Caruana Galizia li warajha kien hemm Maria Efimova...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018