Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
7 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet tal-ILLUM dwar il-mandat kontra Efimova Business Mail). Kien is-sit illum.com.mt li żvela li din il-mara kienet tkeċċiet mill-Bank Pilatus f 'Marzu 2016 u qed tiġi mfittxija fuq akkużi li użat fondi mill-bank għal skopijiet privati. Kien żvelat ukoll kif kienet diġà ġiet investigata mill-pulizija u kienet il-Qorti, akkużata bi frodi u rapporti foloz. Min-naħa tagħha, Efimova dejjem sostniet illi hi qatt ma tħallset ta' 'internship' li kienet għamlet mal-Bank Pilatus. Il-Bank ċaħad u sostna illi din kienet allegazzjoni 'falza'. Il-Bank Pilatus akkużaha wkoll u allega illi fi proċess ta' 'booking' tal-lukanda fil- Ġermanja hi bbukkjat kamra addizzjonali għaliha u tellgħet lill-familja, għas-spejjeż tal- bank. L-għada, Daphne Caruana Galizia qalet li mhu veru xejn illi Efimova wettqet reat ta' frodi. F'artiklu fil-blogg tagħha tispjega kif 'Mrs. X' (għax sa dak iż-żmien ma kienx magħruf isimha), ħadmet fil-Bank Pilatus għal tliet xhur u qatt ma tħallset, anke jekk kienet imwiegħda illi l-paga se tirċiviha fil- posta. Caruana Galizia spjegat kif għamlet rapport lill- awtoritajiet kompetenti. "Malli l-Bank sar jaf bir- rapport, huma (il-Bank Pilatus) mill-ewwel fetħu rapport b'ritaljazzjoni kontriha u akkużawha li kienet qed tuża l-flus tal-bank biex issiefer mal-familja... żammewha f 'ċella minn filgħodu sa filgħaxija u l-uffiċjal li kien qed jinterrogaha beda ripettutament jgħidilha; "għamiltha. Ammetti. Għamiltha." Hi rrispondiet; "għamilt xiex? Kif nista' nammetti għal xi ħaġa li jien m'għamiltx... f 'Ottubru li għadda ommha mietet u l-Pulizija ma tawhiex il- permess li tmur id-dar biex tara lil ommha tindifen." Stramba, imma hekk hu... Fost il-ħafna stramberiji u mistoqsijiet li qed tibqa' tqajjem din l-istorja ta' Maria Efimova hemm il-fatt illi minkejja li din suppost għandha mandat ta' arrest kontriha, kemm minn Malta kif ukoll minn Ċipru, hija telqet minn Malta, qed tgħid li marret f 'pajjiżi Ewropej differenti u Membri Parlamentari Ewropej saħansitra qed jitolbu għall- protezzjoni tagħha. Fil-fatt ma' din il-gazzetta l-MEP Ana Gomes, f 'telefonata li saret ftit ġimgħat ilu, kienet żvelat kif hi flimkien ma' numru ta' MEPs qed jitolbu lill- awtoritajiet ta' fejn tinsab Efimova biex jagħtuha l-protezzjoni meħtieġa. Wara l-artiklu fuq is-Cyprus Business Mail, il-Kunsill tal-Ewropa stess talab biex Efimova tkun protetta. Il-mistoqsija pertinenti tibqa' allura; kif MEPs u saħansitra l-Kunsill tal-Ewropa qed jitolbu l-protezzjoni ta' mara li suppost għandha mandat ta' arrest Ewropew u internazzjonali? It-telefonata mal-Interpol... ILLUM: Hello is that Interpol? Interpol: Yes ILLUM: My name is... I'm a journalist from Malta. I would like to ask you a question. The Cypriot Police have, or should have, issued an arrest warrant against Maria Efimova... why is she not on the Interpol site? Interpol: Can I ask who you are? Are you a citizen? ILLUM: Yes, a journalist. I checked on the Interpol site, for wanted people in Cyprus. There is only one Russian woman who is wanted; Anna Maksimova... Unless Maria Efimova is not Anna Maksimova... Interpol: I cannot answer any questions... ILLUM: But it's public. Wanted people are public on your site... Interpol: Yes, if you go on the Interpol site... ILLUM: I went on the site... Why is Maksimova public but Efimova not public? Interpol: You can go on the site and you can find the information you want... ILLUM: So if the name is not on the site, there is no police warrant. Am I right? Interpol: I cannot give more information. You can go on the Interpol site and find the information you want... It-telefonata ma' IDF Fragrance... ILLUM: Hello is this IDF Fragrance in Cyprus? IDF: Excuse me... ILLUM: Is that IDF Fragrance in Cyprus? IDF: This is (tgħid isem ta' stabbiliment imma mhux IDF Fragrance) office yes... ILLUM: We're trying to speak to an employee, her surname is Antoniou... she works there IDF: Natalia Antoniou? ILLUM: Yes IDF: So you need Natalia Antoniou? Where are you calling from? ILLUM: I'm calling from Malta, about an arrest warrant from the Police after accusations against a person who used to work with Antoniou IDF: Oh! You called yesterday from some newspaper... ILLUM: No IDF: Natalia has no comments, she doesn't want to talk... ILLUM: What we wanted to ask is if first of all we're talking about a Maria Efimova here... or an Anna Maksimova becuase there is nothing regarding Efimova, anywhere... IDF: I don't know who this woman is... ILLUM: Can I ask Miss Antoniou? She would know... IDF: She has an email, she can talk to you there (Tagħtina l-email ta' Natalia Antoniou) ILLUM: We will send the email soon.... IDF: You can send your question and she will reply... (Sakemm morna għall-pubblikazzjoni konna għadna bla risposta) It-telefonata mal-Pulizija Ċiprijotta Pulizija: Jirrispondi bil-Grieg...(u nistaqsu jitkellimx bl-Ingliż) ILLUM: So, my name is Albert Gauci Cunningham and I'm calling from Malta. On the Cypriot Police wanted list, the name Maria Efimova is not there. I would like to know if there is an arrest warrant or not, against this woman. Do you have Maria Efimova... Pulizija: Maria? ILLUM: Yes, Efimova Pulizija: Wait a moment (pawsa ta' kważi minuta... sakemm tqabbadna ma' pulizija ieħor) Pulizija 2: Hi ILLUM: Hi do you speak English? Pulizija 2: Yes ILLUM; I'm a journalist calling from Malta... I wanted to ask if the Cyprus Police have an arrest warrant for Maria Efimova... on the wanted list of your site, she is not there... Pulizija 2: You have to speak to Headquarters... ask them there... I will connect you there ILLUM: And they'll be able to answer me? Pulizija 2: Maybe they can answer... ILLUM: This information about the arrest warrant was on a news site in Cyprus... Pulizija 2: I will connect you and they will tell you... (Iqabbadna mal-Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija Ċiprijotta) Pulizija 3: Hello ILLUM: My name is Albert Gauci Cunningham. I am calling from Malta Pulizija 3: Yes? ILLUM: There was a report on the 'Cyprus Business Mail' saying that the Cypriot Police have an arrest warrant against Maria Efimova. Now on the Cypriot Police website her name is not there as a wanted person. Can you can confirm if there was an arrest warrant or not please? Pulizija 3: Why do you want this information? ILLUM: Because it's not on the site... and the 'Cyprus Business Mail' said there was an arrest warrant from the Cyprus Police... Pulizija 3: But what are you? Why are you interested...? ILLUM: I'm a journalist. That's why I'm calling. I work for a Sunday newspaper... Pulizija 3: I will connect you with Interpol... There you can see if this person is wanted or not ILLUM: I have checked on the site but there is no Maria Efimova... Pulizija 3: On this site there is wanted person but... I will connect you to Interpol... (Iqabbadna mal-uffiċċju tal-Interpol, f 'Nikosija Ċipru –Ara kaxxa differenti) L-unika persuna Russa li qed tkun mfittxija mill-Pulizija Ċiprijotta hija Anna Maksimova. Il-Bank Pilatus fejn kienet taħdem Efimova