Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Intervista 12 I l-Partit Demokratiku m'ilux wisq jeżisti, imma minkejja kollox u permezz ta' koalizzjoni li orma mal-Partit Nazzjonalista rnexxielu jikteb l-istorja hekk kif kien l-ewwel partit lil hinn mill-PN u l-PL li r- realtà eleġġa mhux Deputat, imma tnejn. Teknikament u skont deċiżjoni tal-Qorti l-fatt ma tella' xejn għax is-siġġijiet tal-PD jaqgħu taħt il-kappa tal-Oppożizzjoni li, mill-ġdid legalment, hija magħmula mill-Partit Nazzjonalista. Lil hinn mil-legaliżmi imma huwa fatt li l-eks Kap tal-PD Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia rnexxielhom iressqu l-ideat tagħhom qrib biżżejjed ta' dawk tal-PN, bil-konsegwenza li ngħataw ħafna spazju u anke ħin fuq il-midja u l-podju tal-mass meetings. Strateġikament, din kienet ġenjali. Ġara dak li l-PD kien se jsib diffiċli li jottjeni waħdu. Illum iżda, taħt it-tmexxija ta' Anthony Buttigieg u f 'arja tqila ta' diżillużjoni fiż-żewġ partiti, il-PD numerikament ma tantx jidher li qed jagħmel suċċess. Fl-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il- gazetta Maltatoday, il-Partit Demokratiku ma jissemma minn ħadd bħala partit li persuna tivvotalu kieku ssir elezzjoni llum. Allura dan mhux falliment għall-PD? "Kont sorpiż meta ħareġ dan l-istħarriġ, għax qed ikun hemm ammont konsiderevoli ta' nies li qed jagħmlu kuntatt magħna. Ma tgħaddix ġurnata li ma jċemplulix bejn erba' u ħamsa minn nies li juru interess li jsiru jafu aktar dwar jew jissieħbu mal-PD." Imma min huma dawn in-nies li qed jersqu lejn Buttigieg? "Dawn huma nies li qed jaraw illi ż-żewġ partiti saru qishom l-istess. Ftit li xejn għad fadal x'jiddistingwihom. Hawn din is-sensazzjoni fost parti dejjem tikber tal-popolazzjoni li ż-żewġ partiti m'għadhomx il-vuċi tal-ħaddiem li jqum u jmur għal ġurnata xogħol kuljum, imma l-vuċi ta' kumpaniji kbar miljunarji," jgħid Buttigieg. 'Il-PN ta' tmien xhur ilu, differenti minn dak tal- lum...' Imma jekk, skont Anthony Buttigieg, iż-żewġ partiti huma l-istess, mela għalfejn għamlu koalizzjoni ma' wieħed minnhom? Buttigieg jibda bil-premessa illi "l-PN ta' tmien xhur ilu huwa differenti mill-PN tal- lum." "Jien kont nħares lejn Simon Busuttil bħala persuna onesta u li jaf fejn irid imur, forsi għax kellu wkoll l-esperjenza fl-Unjoni Ewropea. Jiena ma dħaltx fil-politika biex inkisser lill- Partit Laburista jew inkella lill-Partit Nazzjonalista. Dħalt biex inrażżnu naqra l-poter ta' dawk li qed jinfluwenzaw lill-partiti minn barra. Illum għandek nies u korporazzjonijiet kbar li jagħtu donazzjonijiet kbar liż-żewġ partiti biex jitla' min jitla', huma garantiti li se jgawdu." Għalhekk huwa jinsisti li t-twemmin tiegħu jibqa' dejjem li ebda partit m'għandu jiggverna waħdu. Imma nerġa' nistaqsih xi jrid jgħid biha eżatt meta jgħid li huwa differenti l-PN illum.. Buttigieg jgħid illi filwaqt li hija normali li koalizzjoni pre-elettorali tisfuma mal- elezzjoni jekk il-koalizzjoni ma tirbaħx, il-Kap tal-PN Adrian Delia kien "għamilha ċara waqt l-elezzjoni għal Kap ġdid tal-PN li ma riedx il-koalizzjoni. Kien ċar allura li mhux se nimxu 'l quddiem u allura kont iddikjarajt (mal-gazzetta The Times) li għalija l-koalizzjoni kienet xolta." Imma lil hinn mill-aspett elettorali tax-xoljiment. L-eks Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia kienet qalet diversi drabi li Delia mhux idoneu, jekk xejn għax m'għandux awtorità morali jitkellem dwar il-governanza tajba. Buttigieg jaqbel? "Hemm ċertu kwistjonijiet fil-passat ta' Delia," jibda jispjega l-Kap tal-PD, "li jinkwetawni... kellu rabtiet ta' negozju mal-Ministru Chris Cardona, li kellu kont f 'Jersey u minkejja li qal li mhux se jibqa' direttur ta' numru kumpaniji, jidher illi fil-fatt għadu jidher bħala Direttur ta' ċerti kumpaniji." Jiġifieri Buttigieg qed jasal għal konklużjoni tal- karattru politiku ta' Delia fuq l-assunzjoni li dak li kienet allegat Daphne Caruana Galizia, huwa minnu? "Jiena mhux qed ngħid li dak kollu li nkiteb dwaru huwa minnu. Jiena rrid nara biex nemmen u qabel nikkumenta," jinsisti Buttigieg li xorta iżda jerġa' jinsisti li ma jarax l-onestà f 'Delia. "Ma jagħtix l-idea ta' persuna kompletament onestà." l-ILLUM tistaqsi lil Buttigieg jekk jaħsibx li Delia bħala Prim Ministru jkunx differenti minn Muscat. Bir- risposta tkun ċara; "Le. Kif għidt fil-bidu ż-żewġ partiti huma l-istess." 'Tal-VGH tant hi gravi, li iva xi ħadd irid jirreżenja...' Infakkru imma, li allura x-xenarju politiku Malti huwa tali li min jaqbel mal- Gvern jivvota lill-PL. Min ma jridx lill-Labour fil-Gvern jista' jivvota lill-Alternattiva Demokratika, lill-Partit Nazzjonalista jew inkella lill-Partit Demokratiku. Dan ifisser illi l-vot tal- oppożizzjoni jinqasam bejn tlieta, xenarju li jivvantaġġja lill-Partit Laburista. "Illum, bħalissa, għandek mitt raġun. Imma jiena fl-aħħar ġimgħat, minn mindu ħareġ dan l-iskandlu tal-Vitals Global Healthcare (VGH) qed jersqu lejn il-PD numru ta' Laburisti wkoll. Minkejja kollox, bdejna naraw l-ewwel xquq fl- edifiċju tal-Partit Laburista." Nistaqsih għalfejn huwa biss illum li dawn il-votanti qed jipprotestaw jew juru diżapprovazzjoni kontra ftehim li sar qabel l-elezzjoni. "Infakkrek illi l-biċċiet moħbija fil-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH issa bdew ħerġin. Ħafna minn dawn il-votanti ħasbu li dak li sar kien għal ġid tal-pajjiż." "Issa ħa nagħmluha ċara aħna favur Public Private Partnerships, imma tal-VGH kien magħmul biex dawn jagħmlu xeba' flus u ma jagħtu xejn lura." Imma qed jirreferi għal xi ħadd partikolari Buttigieg? "Ifhem aħna nafu ta' min hi 70% tal-VGH, it-30% l-oħra ma nafux ta' min huma." U jemmen li għandu jkun hemm riżenji wara dan l-iskandlu? "Iva. Issa jien m'iniex xi wieħed li noqgħod ngħid lil dak u lill-ieħor biex jirreżenja. Imma dan il- kuntratt tant hu gravi, li iva nemmen li għandu jkun hemm riżenji." Buttigieg jasal għall- konklużjoni li l-flus li qed jinvestu l-VGH mhumiex il-€200 miljun li suppost kellhom jinvestu, imma flus tal-poplu. "Il-ftit li sar s'issa, bi flus il-poplu. Bil-€190,000 kuljum li qed tingħata din il-kumpanija minn flus il- poplu. Il-VGH ma nvestiet xejn, għax kellhom jipotekaw l-istess sptarijiet biex jieħdu self ta' €900,000 tant m'għandhomx flus. "Ma ninsewx, ta. Dawn il-pagi mhux huma qed joħorġuhom imma l-Gvern. Il-ftit li sar, il-poplu mit-taxxi tiegħu investiehom mhux il-VGH." Huwa jgħid li issa l-poplu għandu jistenna l-inkjesta tal-Awditur Ġenerali. "Nagħtu ċans lil min għandu jinvestiga jagħmel dan." 'Ma tistax tqabbel lili ma' Marlene...' Huma bosta li jħossu li l-personalità ta' Marlene Farrugia titfa' dik tiegħu bħala Kap xi ftit jew wisq fid-dell. Iħoss li din il- perċezzjoni hija ġusta u tirrifletti l-verità? "Jiena u Marlene karattri differenti, veru. Jiena persuna li naħdem iktar fil-kwiet, però nkun qed naħdem u nista' ngħidlek li xogħol fil- PD bħalissa għaddej ħafna. Qed nikbru bħala partit u ta' kuljum qed ikollna kuntatt man-nies. Biex inwieġbek, onestament, ma tistax tqabbel lili ma' Marlene. Karattri differenti." U Marlene Farrugia se toħroġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew? Buttigieg jgħid li din hija deċiżjoni li għadha ma tteħditx. Iżid jgħid ukoll iżda li jekk Farrugia toħroġ u jirnexxilha tkun eletta bħala MEP, "aħna nitilfu Deputat minn tal-PD fil-Parlament. Peress li ħriġna mal-PN, is-siġġu tagħna jittieħed mill-PN. Jiġifieri hemm prezz kbir politiku." U Buttigieg fejn iħoss li Farrugia hija l-aktar ta' siwi? Bħala Deputata fil-Parlament Malti? Jew Deputata fil- Parlament Ewropew? "Onestament? F'Malta.' Kannabis: Iva bħala mediċina, le għar- rikreazzjoni... Induru naqra fuq kwistjonijiet differenti, imma pjuttost pressanti. Nibdew bil-legalizzazzjoni tal-kannabis għal skopijiet rikreattivi. Buttigieg jaqbel? "Le, jien ma naqbilx li għandha tkun legali. Naqbel biss li sempliċiment m'għandhiex tkun kriminalizzata, jiġifieri li ma taffetwax il-kondotta jekk kemm-il darba persuna tinqabad bi ftit għall-użu personali." Infakkru illi fil-fatt din diġà hija s-sitwazzjoni fil-preżent wara li ddaħħlet il-liġi li ddikriminalizzat il-kannabis u nistaqsih jekk allura hux qed jgħid li l-affarijiet għandhom jibqgħu l-istess. Ir-risposta tiegħu hija ċara, "Iva. Daqs kemm hemm effetti tajbin hemm ukoll effetti ħżiena." Imma jaqbel li tabib għandu jkollu l-libertà li ma jippreskrivix mediċina li tkun derivata mill-kannabis? Huwa jwieġeb billi jfakkar illi f 'kollox u f 'kull tip ta' mediċina, mhux dik ġejja mill-kannabis biss, it-tabib għandu jedd ma jissuġġerixix Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'L-akbar siwi għal Marlene Farrugia huwa Il-Kap tal-PN Adrian Delia kien "għamilha ċara waqt l-elezzjoni għal Kap ġdid tal- PN li ma riedx il-koalizzjoni. Kien ċar allura li mhux se nimxu 'l quddiem " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018