Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 F'SEBA' xhur, bejn Ottubru tal-2013 u Mejju tal-2014, il- Gvern xtara b'aktar minn €3.6 miljun f 'apparat mediku għall- Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dan kien jinkludi apparat mediku ġenerali kif ukoll tagħmir ieħor li mmodernizza s-swali tal-operazzjonijiet tal- istess sptar. Minn riċerka li għamlet l-ILLUM, jirriżulta li f 'Ottubru tal-2013, il-Gvern ħareġ tender li permezz tiegħu xtara b'aktar minn €91,000 apparat mediku biex bejn April u Mejju tal- 2014, sena biss qabel mal-VGH intgħażlu biex jieħdu f 'idhom it-tmexxija tal-istess sptar, ippubblika erba' tenders oħra u xtara tagħmir mediku li jiswa aktar minn €3.5 miljun. Iżda ftit tal-ġimgħat ilu, fuq The Sunday Times kien żvelat li meta l-Gvern iffirma l-ftehim ma' Vitals Global Healthcare, f 'Marzu tal-2016, dan l-apparat u tagħmir ieħor fl-istess sptar u fl-isptarijiet San Luqa u Karin Grech, inbiegħ lill-VGH għal €1 biss. Minkejja li din l-aħbar ħarġet fuq il-mezzi tax-xandir f 'Diċembru li għadda, il-Gvern għadu qatt ma rrisponda diversi mistoqsijiet minn gazzetti differenti inkluż l-ILLUM dwar dan is-suġġett. Il-VGH sabu s-sodda mifruxa? L-ewwel tender (CT3077/2013), li huwa disponnibbli fuq is-sit tal- Gvern etenders.gov.mt, huwa dwar tagħmir mediku u aċċessorji oħra għas-sala tal-operazzjonijiet tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dan kien ippubblikat fl-2013. B'kollox intrebħu disa' kuntratti li jammontaw għal aktar minn €91,000. Dan kien jinkludi mobile station (€8,424), apparat għall- proċedura tal-loppju (€15,431) u aċċessorji oħra (€27,474). F'April tal-2014 ingħalaq il-proċess biex jintgħażlu kumpaniji għal żewġ ten- ders oħra (CT3022/2014 u CT3019/2014) għal tagħmir mediku ieħor, wieħed għas-sala tal-operazzjonijiet u l-ieħor dwar tagħmir għad-diżinfettar u sterilizzazzjoni. Dawn iż- żewġ tenders ukoll ingħataw f 'lottijiet u ntrebħu kuntratti li kienu jammontaw għal aktar minn €1.3 miljun u aktar minn €994,000. Dawn iż-żewġ tenders, kienu jinkludu apparat għad-diżinfettar (€524,500), 'anaesthesia workstations' (€105,000), sistema tal- endoskopija HD (€372,157) u 'fibre endoscopy system' (€220,000). Xahar biss wara kienu jagħlqu żewġ tenders oħra (CT3021/2014 u CT3020/2014), li fost oħrajn, bħal dawk ta' qabilhom, kienu dwar aktar tagħmir mediku speċjalizzat għas-sala tal-operazzjonijiet. Dawn iż-żewġ ten-ders ingħataw f 'kuntratti li kienu jammontaw għal ftit inqas minn €670,000 u ftit inqas minn €586,000. Dawn kienu jinkludu x-xiri ta' tagħmir bħal 'Mobile C-Arm Radiographic Unit' (€278,114), 'HDU / ITU Point of Care System Procedures' (€97,247), 'Operating Table' (€296,900) u sodod elettroniċi (€760,400), fost oħrajn. Dan it-tagħmir kollu nxtara bl-għajnuna ta' fondi Ewropej fosthom il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). Dawn l-ammonti ma jinkludux xogħol ieħor li sar fl-istess sptar. Dan apparti investiment ieħor ta' €3.8 miljun, fis-swali tal- operazzjonjiet tal-istess sptar u li kien ġie inawgurat fis-6 ta' Frar tal-2013 mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Lawrence Gonzi. €1.5 miljun oħra kienu ntużaw biex is-sistema diġitali tal-isptar ta' Għawdex tkun konnessa ma' dik ta' Mater Dei u sptarijiet oħra f 'Malta. Fost il-kumpaniji li ngħataw l-akbar kuntratti kien hemm Associated Equipment, E. J. Busuttil, PharmaCos, Charles De. Giorgio u Technoline. Minkejja li t-tmexxija tal- isptarijiet għaddiet f 'idejn il-VGH fl-2016, informazzjoni pubblika turi li l-Gvern baqa' jixtri apparat/servizzi għall- Isptar ta' Għawdex, bl-aħħar tender kien jagħlaq fi Frar tal-2017 u kien għal xiri ta' gass LPG. Kollox jgħaddi minn id it-Technoline Il-Vitals Global Healtchare fdat lil Technoline Ltd. b'kuntratt esklussiv għax-xiri tat-tagħmir mediku li jkollha bżonn fit-tliet sptarijiet li ħadet f 'idha minn Ġunju tal-2016. Dan ifisser li kumpaniji oħra li wkoll jipprovdu tagħmir mediku, iridu jgħaddu l-ewwel minn idejn Technoline, kumpanija li tikkompeti magħhom, jekk ikunu jridu jbigħu lil VGH. Fi kliem sorsi li tkellmu mal-ILLUM, dan huwa kunflitt ta' interess. Is-sid tal-kumpanija Technoline huwa Ivan Vassallo. Qabel mal-kumpanija ntgħażlet mill-VGH, Vassallo kien 'marketing manager' tagħha, iżda skont rapporti, fi ftit xhur, l-istess Vassallo, permezz tal- kumpanija Gateway Solution, xtara l-kumpanija, bl-assi kollha tagħha, mingħand iż-żewġ sidien oriġinali. Jidher ukoll li l-istess Vassallo huwa direttur ta' tliet kumpaniji oħra, fosthom il-kumpanija MMXVI. Wieħed mix- shareholders f 'din il-kumpanija huwa Brian Tonna, ta' Nexia BT, l-istess kumpanija li kienet għenet lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff Keith Schembri, biex fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama. L-uniku informazzjoni li teżisti dwar din il-kumpanija, hija li twaqqfet fit-12 ta' Frar Aħbarijiet Tliet kwart ta' miljun f 'sodod sena ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Meta daħlu fl -Isptar ta' Għawdex il-VGH sabu miljuni ta' ewro f 'apparat ġdid li nxtara b'Fondi Ewropej L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt inawgurazzoni ta' proġett fis-swali tal-operazzjonijiet fl-2013 L-eks Ministri Anton Refalo u Godfrey Farrugia waqt żjara fl- Isptar ta' Għawdex Xogħlijiet li kienu saru fl-Isptar fl-2012

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018