Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 P ender Gardens b'għoli ta' 23 sular kważi lest wara għaxar snin kontinwi ta' kostruzzjoni. Ix-xahar li għadda l-Awtorità tal- Ippjanar approvat l-applikazzjoni għal Mercury House, tefa' ta' ġebla 'l bogħod li għandu jogħla 31 sular. Is-simboli falliċi qed ifaqqsu u joktru. Nhar il-Ħamis li ġej il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ser jikkonsidra l-applikazzjoni bin-numru PA2478/16 li ġiet sottomessa minn Garnet Investments Limited dwar medda sostanzjali ta' art fil-Bajja ta' San Ġorg, limiti ta' Paceville f 'San Ġiljan. L-applikazzjoni hi biex jitwaqqa' l-bini kollu tas-St. George's Bay Hotel, Dolphin House, Moynihan House u Cresta Quay. Minflokhom ser jinbnew faċilitajiet għall-parking, lukandi, żona kummerċjali, akkomodazzjoni turistika, bungalows, skola għat-tagħlim tal-lingwi bl-akkomodazzjoni magħha, kif ukoll ser isir restawr ta' Villa Rosa flimkien ma' titjib tal-faċilitajiet assoċjati magħha, inkluża kċina u facilitajiet sanitarji għal lokalità fejn isiru t-tiġijiet. Il-proġett ikopri total ta' 48,723 metru kwadru ta' art li minnha ser jinbnew 18,345 metru kwadru msaqqfa totali ta' 82,917 metru kwadru. Din l-art kienet parti miż- żona li l-abbozz ta' Masterplan għal Paceville kien ikkunsidra. L-abbozz kien ikkritikat b'qawwa mill-opinjoni pubblika tant li kien irtirat biex ikun ikkunsidrat mill-ġdid. Huwa f 'dan il-kuntest li jiena nqis li l-fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar baqgħet għaddejja b'din l-applikazzjoni wara dan il-verdett ċar tal-opinjoni pubblika bħala nuqqas serju ta' etika. Kulħadd kien qed jistenna li l-konsiderazzjoni ta' din l-applikazzjoni kellu tal-inqas ikun pospost sakemm ikun konkluż Masterplan aċċettabbli għal Paceville biex l-iżvilupp permissibli (forsi) jkun hemm xi forma ta' kunsens dwaru. L-Awtorità tal-Ippjanar, sfortunatament, hi insensittiva għall-opinjoni pubblika. Hu ċar daqs il-kristall li kemm l-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll dawk li jaħtru l-parti l-kbira tal-membri tal-Bord tagħha jaħsbuha bħall-iżviluppaturi li la ġiehom iċ-ċans iridu jordmuna fil-konkos. Issa waslet is-siegħa tal-Bajja ta' San Ġorġ... Il-proġett kiseb ir- rakkomandazzjoni li jkun approvat f ' rapport ta' 43 paġna mħejji mid-Direttorat tal- Ippjanar. Il-problema b'dawn il-proġetti kbar hi li dawn ikunu kkunsidrati għalihom waħedhom mingħajr ma jitqiesu fil-kuntest tal-impatti ta' proġetti oħra madwarhom, kemm dawk li diġà saru kif ukoll dawk ippjanati. Bosta minn dawn il-proġetti kienu jibqgħu fuq il-karta (reali jew virtwali) kieku kellhom jkunu kkunsidrati fil-kuntest ta' dak li diġà hemm inkella li hu ppjanat li jkun hemm madwarhom. Iktar kmieni din il-ġimgħa kelli l-opportunità nitkellem dwar l-istess problema f 'kummenti li għamilt dwar l-istudji ambjentali li saru inkonnessjoni mal-proġett ippjanat għas-sit tal-Istitut tal- Istudji Turistiċi, tefa' ta' ġebla 'l bogħod. Hemm ħames proġetti kbar ippjanati madwar il-Bajja ta' San Ġorġ. Flimkien ser joħolqu t-taħwid mill-mument li jibda t-tqattigħ tal-blat, waqt il- kostruzzjoni u mbagħad meta l-proġetti jibdew joperaw. Min ser jagħti każ? Lura fis-sena 2006 meta kien ser jibda l-proċess tal- implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar l-istudju tal-impatti strateġiċi ambjentali, id-duo Lawrence Gonzi – George Pullicino għaġġlu bl-implimentazzjoni tal-Pjani Lokali b'mod li jkunu jistgħu jassiguraw li l-impatti ambjentali tagħhom ma jkunux skrutinizzati. Il-problema kbira li qed niffaċċjaw illum hi riżultat dirett ta' din id-deċiżjoni rresponsabbli ta' Gonzi u Pullicino tnax-il sena ilu. L-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kultant tipprova tirrimedja ftit. Pereżempju fil-kuntest tal-istudji ambjentali (EIA) tal-proġett fuq is-sit tal- Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) l-ERA issuġġeriet li l-istudju dwar it-traffiku taż-żewġ proġetti (jiġifieri l-ITS u Villa Rosa) kellhom ikunu kkonsolidati. Imma dan ukoll ġie evitat. U issa? Il-lobby favur l-iżvilupp qed jaħdem qatigħ biex japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni fejn kollox jgħaddi. L-iżvilupp eċċessiv u bosta drabi bl-addoċċ li qed jifforma madwarna hu mżejjen b'torrijiet, replika ta' simboli falliċi ta' kull qies u għamla. Pender Place għandu 23 sular. Mercury House ser ikollha 31 sular. Is-simboliżmu falliku tal-ITS ser ikun ikbar: torri residenzjali ta' 37 sular, filwaqt il-proġett ta' Villa Rosa/Cresta Quay ser ikun ftit iktar modest. Nhar il-Ħamis l-Awtorità tal- Ippjanar ser ikollha l-opportunità biex tgħarbel il-proposta ta' żvilupp għall-proġett ta' Villa Rosa-Cresta Quay. Ser ikollna ċ-ċans biex għal darba oħra naraw kemm l-Awtorità tal- Ippjanar hi għaġina f 'idejn il-lobby tal-konkos li ħafna drabi tieħu li trid. carmel.cacopardo@alternattiva. org.mt • http://carmelcacopardo. wordpress.com Ir-rettur ma kienx jaf Ir-rettur tal-Università Alfred J Vella sar jaf li d-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil sar lekċerer mill-gazzetti, sorsi infurmati qalu lil din il-gazzetta. Issa ma hemm xejn b'dan tafux, li huwa importanti hu li nafu li l-persuna li qal lil Busuttil biex jidħol mal-grupp ta' għorrief kien ċertu Ivan Sammut dottore u senior lekċerer f 'xi ħaġa stramba. Kulħadd b'xortih. Good luck Dr Busuttil, ipprova kun ġentili mal-istudenti and give them a smile! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Joe Saliba lekċerer U kif qegħdin fuq l-istess suġġett nixtieq infakkarkom kif ftit qabel l-elezzjoni Joe Saliba dak il-bravu segretarju ġenerali tal- PN kien qed jispera li jidħol lekċerer ukoll imma għal xi raġuni jew oħra ma ġiex aċċettat. X'ħasra, ara bniedem bħal dak li tant għen biex il-partit ikollu dejn ta' miljuni – mhux sew li trattat b'dan il-mod. Infatti xi lsiena ħżiena qalulna li Saliba kien ser jgħallem dwar id-dejn. Imma jiena kont pront u kkorreġejthom u fakkartkom li Saliba kien persuna kapaċi, l-iktar ma' George Pullicino meta nbiddlu l-pjanijiet lokali tal-iżvilupp! U rranġajna 'l-Malta tagħna lkoll. Kemm hu bully Casa Issa David Casa qed ikollu field day bir-rapport tal-FIAU dwar Konrad Mizzi. Ovjament Casa jaf li r-rapport hija l-kitba ta' xi ħadd li wara li kiteb dak li ried, mingħajr provi għall-grazzja tal-ħanin Alla ġiet imxandra l-ewwel minn Pierre Portelli f 'Mejju li għadda u issa minn Casa. Casa li mhux avukat u lanqas li kieku qatt ma jista' jkun, jaf li r-rapport huwa bbażat fuq stqarrijiet mingħajr bażi. Anke jekk ma nħobbux lil Konrad Mizzi, id-dritt ta' fair play huwa sangrosant. Gorg Abela the nice guy Mela Gorg Abela vera wera kemm hu raġel sew u dritt meta litteralment waħħalulha lil Marie Louise meta qal lil kulħadd fil-qorti li hu dejjem kien hands on meta kien president. U fakkar kif meta Paqpaqli kien jorgannizah hu, he was at the top. Bravu, tafux. Li ma qalx Gorg Abela li aħna m'aħniex sorpriżi bl-aġir tiegħu għax min jaf lil Ġorg jaf xi jsarraf. Bil-Malti hemm kelma għalih, imma jiddispjaċini l-editur avżani biex noqgħod bilgħaqal. Minn hawn lil Gorg ngħidulu: keep it up! 138 ġurnata Isma', għaddew 138 ġurnata minn mindu Delia qal li ser iħallas it-taxxa dovuta ta' madwar €80,000. Lil Adrian ngħidulu inti ma tistax taqbad lil Pierre Portelli li minflok ma jiġri biss wara flus għas-salarji jiġborlok 80,000 għalik. Għax miskin kulħadd jaf li qed tmut bil-ġuħ. U isma' aħna nifhmuk li trid tkompli tgħix kif kont tgħix imma bejnietna hemm għalfejn tixtri dik il-proprjetà ta' ħdejk. Forsi mhux aħjar għalissa tħallas it-taxxa. U bilħaqq kif qed nitkellmu ta' ħbieb, il-Joe Portelli tal-Mercury House orrajt. Sellili għalih tafx, kemm hu orrajt hux. Kemm hu baħbuħ. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Be cool U issa min kien dak il-bravu li ordna li l-billboards ta' dawk l-Ingliżati ta' Occupy Justcie jitniżżlu għandu bżonn xebgħa ħadida. Intom qed tiġġennu jew meta madwar Malta kollha kulħadd għamel li jrid u għamel mandra mill-pajsaġġ bil- billboards. U ejja. Hemm bżonn li tkunu cool u ma tagħmlux ċuċati. Imma insomma kif jgħidu wara ċertu żmien kulħadd isir balalu jibda jagħmel il-frejjeġ. Ejja boys and girls, be cool! Ħallu tal-Occupy Justice to break the law. Iktar ma tħallu lil kulħadd jagħmel li jrid iktar tirbħu brownie points. Ejja boys ħallu lil Occupy Justice jiġu jaqgħu u jqumu mir-rule of law. Ole! Waslet is-siegħa tal-bajja ta' San Ġorġ CARMEL CACOPARDO Opinjoni

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018