Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat "IRRID nkomplu nikkonfermaw l-istorja!" - Dan hu l-kliem li qalu kemm il-president tal-ASA, Joe Carauna Curran, kif ukoll il-coach ta-team nazzjonali tal- waterpolo Karl Izzo. Dan hekk kif Malta se tkun impenjata f 'żewġ partiti ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonat Ewropew li f 'Minsk fil-Belarus fl-24 ta' Frar u fil-Pixxina Nazzjonali f ' Tal-Qroqq fit-3 ta' Marzu, kontra l-istess Belarus. F'konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata fil-jiem li għaddew fil-Kwartieri li jinsabu biswit il-Pixxina Nazzjonali, Karl Izzo, kowċ nazzjonali ta' Malta, jara lit- tim nazzjonali Malti b'50% ċans li jikkwalifika kontra l-Belarus biex għat-tieni darba jilagħbu fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo li se jsiru f 'Barcelona fi Spanja f 'Lulju li ġej. Karl Izzo saħaq li iċ-ċansijiet tal-Maltin li jirbħu lill-Belarus huma 50 fil-mija. Iżda l-istess Maltin jinsabu fiduċjużi li se jerġgħu jagħmluha", temm jgħid l-istess Karl Izzo. Huwa tenna li l-Mlatin ilhom ġimgħatejn għaddejjin bi preparazzjoni kbira sakemm tasal din il-partita. Huwa afferma li l-plejers tiegħu jridu jagħmlu minn kollox. Dan filwaqt li saħaq li għall-Maltn din tista' tkun aktar difficli minħabba l-fatt li Malta hu l-uniku pajjiż fejn il-kampjonat jintlagħab fis-sajf u f 'dan iż-żmien, il-kampjonat tal-Maltin se jkun wieqaf," kompla l-coach nazzjonali tal- Waterpolo. Għal dawn il-partiti, Karl Izzo għażel skwadra ta' plejers żgħażagħ ma' oħrajn ta' esperjenza. Dan hekk kif fit-tim nazzjonali se jkun hemm ħames plejers li kienu fl-iskwadra ta' taħt id-19-il sena sa ftit taż-żmien ilu iżda imbagħad hemm ħames plejers oħra ta' esperjenza kbira li saħansitra jilagħbu barra l-pajjiż. L-uniku player li Karl Izzo xtaq li jkun fit-tim u ma setax ikun kien Jerome Gabarretta. Izzo saħaq li jiddispjaċih ħafna li minħabba raġunijiet ta' xogħol ma setax jagħmilha. Karl Izzo kompla jafferma li: "Lil Belarus studjajnihom sew fil-partiti passati riċenti li kellhom. Li nista' ngħid fuqhom hu li hu tim żagħżugħ u veloċi ħafna u rridu noqgħodu attenti ferm għal dan. "Rigward il-Len Europa Cup, ma naħsibx li se taffettwa fin-negattiv lill-players. Anzi naħseb li rridu nilagħbu mat- tajjeb biex naraw x'għandna ħażin. Inutli nilagħbu ma' timijiet biex nirbħu żgur. Il-LEN CUP hi l-uniku ċans ta' kompetizzjoni tal-għola livell qabel iż-żewġ partiti tal- Belarus," qal Karl Izzo. Karl Izzo sejjaħ din il-lista finali ta' players għal dan it- tournament: Nicholas Grixti (Sirens), Nicholas Bugelli (Sliema), Andreas Galea (San Ġiljan), Darren Zammit (San Ġiljan), Jeremy Abela (San Ġiljan), Matthew Zammit (San Ġiljan), Steven Camilleri (Neptunes), Jordan Camilleri (Neptunes), Ben Plumpton (San Ġiljan), Aurelien Cousin (Exiles), Zachary Mizzi (Sliema), Dino Zammit (San Ġiljan), u l-goalkeeper Jake Tanti (San Ġiljan). Intant il-president tal-ASA, Joe Caurana Curran saħaq li: "Kieku fil-waterpolo niġu mal- Ażerbajġan, il-Gżejjer Faroe u l-Kosovo, immorru nilagħbu u nirbħu bit-team nazzjonali ta' taħt id-19-il sena u mhux noħorġu ngħidu li polza diffiċli" Fl-istess konferenza, kompla jitkellem Joe Caruana Curran, li qal li din kienet wisq probabbli l-aktar konferenza importanti li qed jindirizza fil-karriera tiegħu. Joe Caruana Curran afferma li l-isport tal-waterpolo hu l-isport nazzjonali li jgħaqqad lill-Maltin għaliex minbarra li hu 'team sport', għandna livell li bħala nazzjon żgħir nistgħu nkunu kburin bih. "Jekk nikkwalifikaw kontra l-Belarus ikun ifisser li għal darbtejn wara xulxin, Malta kkwalifikat għall-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo. Ifisser li xi ħaġa tajba għamilna żgur," qal Joe Caruana Curran. Il-president tal-ASA qal li l-Assoċjazzjoni saret taf bid-dettalji u d-dati tal-LEN CUP xi xahrejn ilu u fuq talba tal-kowċ nazzjonali dħalna flok it-Turkija li rtiraw mit- tournament. It-tournament se jkollu 14-il pajjiż differenti u t-timijiet se jkunu maqsuma fi tliet gruppi differenti. Il-president tal-ASA, Joe Caruana Curran qal li l-preparazzjoni għal dan it-tournament qed tkun waħda mill-iktar impenjattiva u ġimgħatejn ilu, hu u l-kowċ nazzjonali Karl Izzo, saħansitra marru Minsk fil- Belarus biex jaraw x'se jsib il- kontinġent malli jasal hemm. "Kontra l-Belarus se jkun mument storiku ieħor għal Malta, l-isport Malti u l-waterpolo. Jekk nikkwalifikaw għal- Kampjonat Ewropew f Lulju li ġej se jkollna effett fuq il- kampjonat nazzjonali tagħna iżda l-klabbs kollha qablu li n-nazzjonal jieħu priorità u li opportunità hekk għal pajjiżna żgur li m'għandix tintilef." Intant, dan il-ġurnal kien pront u saqsa lil Karl Izzo u jekk l-ASA irċivitx xi notifika dwar is-sospensjoni tiegħu wara l-argument li qam fil-partita ta' ħbiberija li Malta lagħbet ftit tal-ġimgħat ilu kontra l-Iran, Caruana Curran qal li kien iltaqa' ma' xi uffiċjali tal-FINA u qalulu li kien ġie deċiż li l-kwistjoni tgħaddi f 'idejn il-Kumitat tad-Dixxiplina. Il-president tal-ASA, Joe Caruana Curran faħħar ukoll lill-Gvern b'fuq quddiem nett lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, l-Onorevoli Dr Clifton Grima, tal-appoġġ u s-sostenn li l-ASA dejjem sabu mingħandu. Il-president tal-ASA irringrazzja wkoll lill-Onorevoli Prim Ministru, Dr Joseph Muscat tal- għajnuna li se jagħti lill-ASA jekk kemm-il darba t-tim jikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew f 'Barcelona fi Spanja f 'Lulju li ġej. Intant, Joe Caruana Curran, tkellem ukoll fuq il-qabża ta' kwalità li għamel it-team nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-aħħar snin. Dan hekk kif afferma li t-tim nazzjonali Malti jinsab mal- aqwa 20 tim fl-Ewropa u fid-dinja tar-rankings u dan jikkonferma l-livell għoli li għandha Malta f 'dan l-isport tant popolari mal-Maltin. "Irridu nkomplu nikkonfermaw l-istorja" - Karl Izzo Mix-Xellug għal-Lemin: Anthony Farrugia, Karl Izzo, Joe Caruana Curran u Rita Azzopardi Rebħiet tajba għal Southampton u Brighton & Hove Albion SOUTHAMPTON barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Wesley Hoedt u Dusan Tadic. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal WBA wasal minn Jose Salomon Rondon fit-58 minuta. Brighton & Hove Albion ġewwa darhom għelbu lil Coventry City bl-iskor ta' 3-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Jurgen Locadia, Connor Goldson u Jose Leonardo Ulloa. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Coventry City wasal minn Jonson Clarke-Harris. Dan filwaqt li l-konfront bejn Sheffield Wednesday u Swansea City ntemm fi draw ta' mingħajr gowls. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma barra minn darhom għelbu lil Udinese bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Cengiz Under u Diego Perotti. RIŻULTATI FA CUP Il-Ħames Rawnd Is-Sibt 17 ta' Frar Sheffield Wednesday vs Swansea City 0-0 Brighton & Hove Albion vs Coventry City 3-1 West Bromwich Albion vs Southampton 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 18 ta' Frar 17:00 Rochdale vs Tottenham Hotspur It-Tnejn 19 ta' Frar 20:55 Wigan Athletic vs Manchester City Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 17 ta' Frar Udinese vs Roma 0-2 Il-Ħadd 18 ta' Frar 12:30 Torino vs Juventus 15:00 Benevento vs Crotone 15:00 Bologna vs Sassuolo 15:00 SSC Napoli vs SPAL 2013 18:00 Atalanta vs Fiorentina 20:45 AC Milan vs Sampdoria It-Tnejn 19 ta' Frar 20:45 Lazio vs Hellas Verona Id-difensur Olandiż Hoedt jifraħ wara li skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-okk ta' Southampton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018