Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Sports 31 KRISHNA CC rebħu l-Kampjonat tax-Xitwa wara rebħa fil-logħba finali tagħhom fil-Kampjonat tax-Xitwa kontra Melita CC. Għat-tim Krishna kien hemm Basil George (35), Varun Prasath (30) ikunu l-aħjar battituri. B'total ta' 158 ġirja, deher li Krishna kellhom skor difendibbli. Għall Melita CC, Andrew Naudi ġab wicket għal 17-il ġirja. Fit-tieni innings, għalkemm Melita sofrew wickets regolarment, Sean Byrne (32) u Andrew Naudi (27) laħqu 66 ġirja bejniethom, biex b'hekk żammew lil Melita CC fil logħba. Basil George, Bikram Arora u Varun Prasath ħadu 3 wikits kull wieħed għal Krishna. Plejer tal Logħba: Basil George Umpire: John Grima Skorer: Eric Balakrishnan Klassifika Kampjonat tax- Xitwa: Krishna CC 77; Melita CC 26; Marsa CC 23. Krishna CC jirbħu l-kampjonat tax-xitwa tal-Cricket Bongailas u Buttigieg jirbħu l-unuri fil-Eurosport Duathlon organizzata minn Agones SFC ILĦAMES edizzjoni tas-Safi Duathlon, organizzata minn Agones SFC u sponsorjata minn Eurosport Malta, kienet l-ewwel avveniment multisport għall-istaġun tal-2018. It-tellieqa nżammet f 'Ħal- Safi, taħt l-awspiċji tal- Malta Triathlon Federation. Il-punti miksubin min din it-tellieqa kienu validi għal-premju Triathlete of the Year. It-tellieqa, li kienet diżinjata fuq korsa ċatta, attirat sitta u erbgħin atleta, u kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 4.4 kilometri (żewġ dawriet), 18-il kilometru bir-rota (tmien dawriet) u ġirja oħra ta' 2.2km (dawra waħda). Minħabba li t-tellieqa kienet fuq sistema draft legal, kien hemm bidu separat għall-Irġiel u n-Nisa. L-Għawdxi Michael Bongailas issiġilla l-ewwel rebħa tiegħu għall-istaġun meta spiċċa it-tellieqa f 'ħin ta'55 minuta 47 sekonda. Wara l-ewwel ġirja kien Jesrit Angel Camilleri li rreġistra l-aħjar hin, segwit minn Bongailas u Malcolm James Vassallo. Fit-taqsima tar-rota, iċ-Ċampjon Nazzjonali tat-Triathlon Graham Borg wera is-saħħa tiegħu f 'din id-dixxiplina, meta naqqas id-distakk bejnu u bejn Bongailas u ġab l-aħjar ħin f 'din it- taqsima. Minkejja l-isforzi ta 'Borg, Bongailas ta spinta determinata biex jegħleb Borg b'erba' sekondi biss. Il- veteran Kevin Muscat daħal fit-tielet post. "Il-preparazzjoni tiegħi kienet waħda tajba, kemm mil-lat fiżiku kif ukoll psikoloġiku. Soddisfatt partikolarment bit-taqsima tar-rota u kuntent li spiċċajt b' ġirja soda. Il-fatt li kont qed intellaq mal-aqwa triatleta f 'Malta, ġagħlitni niġġieled iktar għal-ewwel post" - Michael Bongailas, Il-Kategorija tan-Nisa rat lil Anjelika Ruggier tagħti prestazzjonijiet b'saħħita fit-taqsima tal-ġiri, fejn hi rreġistrat l-aħjar ħinijiet fost in-nisa. Madankollu, il-prestazzjoni tagħha fuq ir-rota ma kienitx tal-istess livell tal-ġirja u b'hekk spiċċat fir-raba post. Wirja solida minn Lara Buttigieg fuq ir-rota rata tnaqqas id-distakk u tiggwadanja ħin prezzjuz li ppermettilha tirbaħ it-tellieqa. It-Tieni u t-Tielet post ittieħdu minn Dzintra Grech u Bronwyn Hunter, żewġ uċuh ġodda f 'din ix-xena sportiva. . "Tellieqa iebsa, fejn kelli naħdem sew biex innaqqas id-distakk wiegħsa li Anjelika Ruggier stabbilixxiet fl- ewwel ġirja. Għalkemm naqqast id-distakk fl-ewwel tranżizzjoni, kelli kompetizzjoni qawwija minn Dzintra Grech li żammet viċin u rrispondiet tajjeb għall- attakki tiegħi. Kien biss f 'dawn l-aħħar tliet dawriet li rnexxieli nwessa 'd-distakk. Nirringrazzja lil-organizzaturi Agones SFC u Elite Sports Triathlon Training Team għat-taħriġ u appoġġ matul is-sena "- Lara Buttigieg Fl-aħħar tat-tellieqa saret preżentazzjoni tal-premjijiet lir-rebbieħa mis-Sur Carlo Stivala, Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Ħal-Safi u Johann Mifsud, Koordinatur Sportiv ta'Eurosport Malta. : Krishna Cricket Club jiċċelebraw bil- kbir ir-rebħ tal-kampjonat tax Uħud mill-parteċipanti waqt it-tluq tal-Eurosport Duathlon Ritratt - Sam Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018