Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- hockey? Il-Hockey huwa l-isports prinċipali tiegħi. Nieħu sehem ukoll meta jkolli ċans fil-long distance running. Il- Hockey bdejtu fl-età tenera ta' erba' snin ma' ħija Zak fil-garaxx tan- nannu. Imbagħad fin-nursey ta' Qormi Hockey Club. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Kmieni bdejt nilgħab mal-Juniors u ta' 9 snin lgħabt mal-Under 12 u Under 14. Dik is-sena stess irbaħt l-ewwel unur individwali tiegħi ta' 'Most Promising Player' kategorija Under 10. Fl-istaġun ta' wara, 2006/7, kont parti mill-iskwadra li rebħu kemm l-Under 12 kif ukoll l-Under 14. Minn hawn 'il quddiem lgħabt regularment mal-Juniors. Sal-età ta' sittax-il sena rbaħt kull unur fil- kategorija tal-Juniors fosthom il- 'Player of the Year Award tal-Hockey Association Malta'. Mas-Seniors bdejt nilgħab ta' sittax-il sena u komplejt niżviluppa l-karriera tiegħi mal-Qormi Hockey Club. Mal- club irbaħt għall-ewwel darba l-Best Player Award ta' tmintax-il sena. Fl-istaġun ta' wara erġajt irbaħt dan l-unur. Bejn is-snin 2012-16 irbaħt il-League Nazzjonali erba' darbiet infila u rbaħt ukoll is-Super Cup u K.O Cup darbtejn il-waħda. Irbaħt ukoll tliet darbiet ic-Challenge Cup, dejjem ma' Ħal Qormi, fejn għadni nilgħab sal-lum. F'dan il-perijodu ħadt sehem mal-club fil-EuroHockey Club Challenge IV li kien organizzat mill-club tagħna fil-Kumpless Nazzjonali tal-Hockey f 'Kordin. Kellna suċċess għax irbaħna din il- kompetizzjoni meta skorjajt fl-aħħar minuta li għadni nqisu sal-lum l-aktar gowl memorabbli tiegħi li bih ġejna promossi għal Level III. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek mat- tim nazzjonali Malti tal-Hockey Mat-tim Nazzjonali lgħabt l-ewwel darba ta' tmintax-il sena meta ħadna sehem fil-European Nations Championship IV li nżamm f 'Vilnius, il-belt kapitali tal-Litwanja. Din kienet esperjenza sabiħa għalija għaliex, sabiħ li tirrappreżenta lil pajjiżek imma sabiħ iktar meta ġġib riżultati pożittivi għax ġejna promossi. Sentejn wara, f 'Sveti Ivan Zelina, fil-Kroazja, fejn ksibt l-ewwel gowl għat-tim Nazzjonali f 'rebħa kontra Slovakkia bl-iskor ta' 5-1 irnexxielna nżommu postna f 'dan il-livell. Nittamaw li fi żmien sena oħra nkunu qegħdin nerġgħu nieħdu sehem fil-European Nations Championship. Naf li kellek esperjenza siewja wkoll barra minn Malta. Tina iktar dettalji L-istaġun li għadda kelli l-opportunità li ningħaqad mal- klabb ta' Canterbury Christ Church University kif ukoll mat-tim lokali ta' Canterbury Hockey Club. Inzertajt kont l-Ingilterra nistudja permezz tal- Erasmus u naturalment ridt ukoll fejn nilgħab il-hockey. Esperjenza sabiħa oħra dik li tilgħab ma' timijiet barranin għax għandhom faċilitajiet ħafna aktar avvanzati minn tagħna u ma jistax jonqos li għandhom livell aktar għoli. Għall- ewwel kelli nieħu sehem f 'logħbiet ta' prova sakemm ġiet magħżul mal-ewwel tim tal-Università. Jidher li ġbidt l-attenzjoni tal-kowċ tal-klabb tal-lokal għaliex riedni ningħaqad magħhom. Hekk nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa kont nitrenja u nilgħab mal-Università u nhar ta' Ħamis u s-Sibt kont nilgħab ma' Canterbury Hockey Club. Mal-Università ġejna promossi għal South Prem B u rbaħna wkoll id-derby kontra l-University of Kent fil-kompetizzjoni ta' Varsity. Bdejt mat-tielet tim imma sa Novembru bdejt nilgħab mat-tieni tim u l-kowċ staqsieni jekk kontx se nibqa' Canterbury għax riedni mal-ewwel tim tal-lokal li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-Ingilterra. Ma' Canterbury lgħabt ma' Wei Adams, internazzjonali Skoċċiż u ma' players oħra ta' livell internazzjonali. Xtaqt li bqajt imma kelli niġi lura Malta biex inkompli l-istudji tiegħi fl-Università fejn nittama li din is-sena niggradwa fit-Tourism Studies. Imbagħad jekk jirnexxieli, għandi nirritorna f 'Canterbury biex nagħmel il-Masters u m'għandniex xi ngħidu nkompli fejn ħallejna mat-tim tal-Università u mal- klabb tal-lokal. "Bħalma jien sibt is-sodisfazzjon fil-Hockey, Cristian Antony Muscat Thomas Degiovanni - wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-Hockey lokali f 'dawn l-aħħar snin fejn huwa plejer indispensabbli kemm ta' Qormi Daikin kif ukoll tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Hockey. "F'kull sport, biex tirnexxi, trid tieħdu bis-serjetà. U mhux biss. Trid tkun dixxiplinat. Trid issib il-ħin għat-taħriġ ta' spiss imma wkoll trid torganizza ħajtek biex tlaħħaq kemm mal-istudji jew xogħol, il-ħruġ u d-dieta u l-isport tiegħek. Uħud jemmnu li l-isport u l-istudju ma jmorrux flimkien, telf ta' ħin. Jien ma naħsibhiex hekk. Kemm jien kif ukoll ħija u plejers oħra tat-tim tagħna komplejna l-istudji tagħna fl-Università u magħna hemm inġiniera, perit u professjonisti oħra. Kif għidt, trid tkun lest li tagħmel sagrifiċċji, xejn kbir."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018