Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Sports 35 X'inhu s-sigriet biex tirnexxi fl- isport? F'kull sport, biex tirnexxi, trid tieħdu bis-serjetà. U mhux biss. Trid tkun dixxiplinat. Trid issib il-ħin għat-taħriġ ta' spiss imma wkoll trid torganizza ħajtek biex tlaħħaq kemm mal-istudji jew xogħol, il-ħruġ u d-dieta u l-isport tiegħek. Uħud jemmnu li l-isport u l-istudju ma jmorrux flimkien, telf ta' ħin. Jien ma naħsibhiex hekk. Kemm jien kif ukoll ħija u plejers oħra tat-tim tagħna komplejna l-istudji tagħna fl-Università u magħna hemm inġiniera, perit u professjonisti oħra. Kif għidt, trid tkun lest li tagħmel sagrifiċċji, xejn kbir. Jien nittrenja mat-tim kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis u nilagħbu fil-Ħdud. Imma meta l-Ħadd ikollna l-logħob, is-Sibt ma noħroġx u norqod kmieni. Jien ukoll għandi sessjoni coaching tal- Under 17. Meta ma jkollix Hockey immur il-gym bejn tlieta u erba' darbiet fil-ġimgħa fejn nittrenja fuq programm disinjat prinċipalment għalija sabiex niżviluppa aktar fiżikament. Il-Hockey f 'Malta huwa sports dilettantesk filwaqt li fl-Ingilterra, l-Olanda, il-Ġermanja u l-Awstralja u pajjiżi oħra huwa sport semi-professjonali u għal xi ftit professjonali. Tina iktar dettalji fuq il-Hockey f 'Malta kif ukoll fuq il-Malta Hockey Association. Bħalissa f 'Malta għandna ħames klabbs tal-Hockey: Qormi Daikin, Floriana Young Stars, Rabat Depiro, Sliema Lightshop Hotsticks u Laferla White Hart. Il-Hockey Association Malta għandha l-headquarters tagħha f 'Kordin fejn hemm ukoll pitch sintetiku li fuqu jintlagħbu l-kompetizzjonijiet kollha. Idealment il-Hockey jintlagħab fuq water based pitch iżda jidher li għadu mhux possibbli li jkollna din il-faċilità peress li l-ispejjeż huma kbar. Apparti s-sinthetic pitch ta' Kordin, il-klabb ta' Qormi għandu wkoll pitch sintetiku ta' livell approvat mill- European Hockey Association. Biss id-daqs tiegħu, għax ftit żgħir, mhux addattat għal-logħob kompetittiv. Bħal kull sport ieħor il-Hockey jintlagħab mill-irġiel u anki min- nisa. F'Malta nsibu xi ftit tfajliet jilagħbu mal-klabbs, kemm mal- juniors kif ukoll mas-seniors. Peress li l-Hockey aktar jitqies bħal sport żgħir allura ma tantx jiġbed it-tfal. Il-klabbs għandhom nurseries iżda jinħtiġilhom jaħdmu aktar sabiex jippromwovu dan l-isport sabiħ. Għaddi l-aħħar messaġġ tiegħek fuq il-benefiċċji li jiggwadanja persuna li jibda jieħu bis-serjetà l-Hockey. Mill-esperjenza personali tiegħi ma' Qormi Hockey Club nista' ngħid li dan l-isport tani sodisfazzjon kbir, għamilt ħafna ħbieb kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta. Il-Hockey sar l-aqwa sport tiegħi u bħalma jien sibt dan is-sodisfazzjon irrid li tfal oħra jkollhom ix-xorti li kelli jien. Illum jien kowċ ikkwalifikat u kull nhar ta' Tlieta inkun il-pitch Ħal Qormi nittrenja lil Under 17 u min jitħajjar jiġi, merħba bih. Ritratt: James Bianchi fil-Hockey, irrid li oħrajn ikollhom l-istess xorti" Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-Hockey lokali f 'dawn l-aħħar snin fejn huwa plejer indispensabbli kemm ta' Qormi Daikin kif ukoll tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Hockey. Beda jipprattika dan l-isport -età tenera ta' erba' snin ma' ħuh Zak, imbagħad n- nursey ta' Qormi Hockey Club. Mas-Seniors bed jilgħab ta' sittax-il sena u kompla jiżviluppa l-karriera tiegħu mal- Qormi Hockey Club. Ma' dan il-klabb rebaħ għall-ewwel darba l-Best Player Award ta' tmintax-il sena u -istaġun ta' wara reġa' rebaħ dan l-unur. Bejn is-snin 2012-16 rebaħ il-League Nazzjonali 4 darbiet inla u rebaħ ukoll is-Super Cup u K.O Cup darbtejn. Rebaħ ukoll tliet darbiet iċ-Challenge Cup, dejjem ma' Ħal Qormi, fejn għadu jilgħab sal-lum. Thomas Degiovanni "Mill-esperjenza personali tiegħi ma' Qormi Hockey Club nista' ngħid li dan l-isport tani sodisfazzjon kbir, għamilt ħafna ħbieb kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta. Il-Hockey sar l-aqwa sport tiegħi."